This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0416
Case C-416/23, Österreichische Datenschutzbehörde: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 6 July 2023 — Österreichische Datenschutzbehörde
Kawża C-416/23, Österreichische Datenschutzbehörde: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – Österreichische Datenschutzbehörde
Kawża C-416/23, Österreichische Datenschutzbehörde: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – Österreichische Datenschutzbehörde
ĠU C, C/2023/12, 9.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/12/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/12 |
9.10.2023 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – Österreichische Datenschutzbehörde
(Kawża C-416/23, Österreichische Datenschutzbehörde)
(C/2023/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Österreichische Datenschutzbehörde
Parti oħra fil-proċedura: FR
Domandi preliminari
1. |
Il-kunċett ta’ “talba” jew “talbiet” imsemmi fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, iktar ’il quddiem il-“GDPR”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll l-“ilmenti” skont l-Artikolu 77(1) tal-GDPR? |
2. |
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: L-Artikolu 57(4) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed, biex ikun hemm “talbiet eċċessivi”, li persuna tkun ressqet matul ċertu perijodu ta’ żmien ċertu numru ta’ talbiet (ilmenti skont l-Artikolu 77(1) tal-GDPR) lil awtorità superviżorja, indipendentement mill-punt jekk dawn jikkonċernawx fatti differenti u/jew jekk it-talbiet (ilmenti) jikkonċernawx lil persuni differenti responsabbli għall-ipproċessar, jew għandu jkun hemm ukoll intenzjoni ta’ abbuż mill-persuna kkonċernata flimkien mar-repetizzjoni frekwenti tat-talbiet (ilmenti)? |
3. |
L-Artikolu 57(4) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità superviżorja tista’, fil-preżenza ta’ talba (ilment) “manifestament infondata” jew “eċċessiva”, tagħżel liberament bejn li teżiġi l-ħlas ta’ spejjeż raġjonevoli bbażati fuq l-ispejjeż amministrattivi u li tirrifjuta immedjatament li titratta l-ilment; f’każ ta’ risposta fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi jew il-kriterji li l-awtorità superviżorja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, u din hija b’mod partikolari marbuta li teżiġi b’mod prijoritarju, bħala mezz inqas restrittiv, il-ħlas ta’ spejjeż raġjonevoli u hija awtorizzata li tirrifjuta t-trattament sabiex jitrażżnu t-talbiet (ilmenti) infondati jew eċċessivi biss jekk il-ġbir tal-ħlas ikun jidher li mhux ser jirnexxi? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/12/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)