This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0080
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE, THE COMMITTEE OF THE REGIONS AND THE EUROPEAN INVESTMENT BANK A Framework Strategy for a Resilient Energy Union with a Forward-Looking Climate Change Policy
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U L-BANK EWROPEW GĦALL-INVESTIMENT Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U L-BANK EWROPEW GĦALL-INVESTIMENT Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem
/* COM/2015/080 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U L-BANK EWROPEW GĦALL-INVESTIMENT Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem /* COM/2015/080 final */
1. GĦALIEX NEĦTIEĠU UNJONI TAL-ENERĠIJA L-għan ta’ Unjoni tal-Enerġija
reżiljenti b’politika ambizzjuża dwar il-klima biex tagħti
lill-konsumaturi tal-UE — unitajiet domestiċi u negozji — enerġija
sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. Il-kisba ta’ dan l-għan
tirrikjedi bidla fundamentali tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa. Il-viżjoni tagħna hija ta’ Unjoni
tal-Enerġija fejn l-Istati Membri jaraw li dawn jiddependu fuq xulxin
għat-twassil tal-enerġija sigura għaċ-ċittadini
tagħhom, ibbażata fuq solidarjetà reali u l-fiduċja, u ta’
Unjoni tal-Enerġija li titkellem b’leħen wieħed f’affarijiet
globali; Il-viżjoni tagħna hija waħda
ta' sistema tal-enerġija integrata fmadwar il-kontinent kollu fejn
l-enerġija timxi b’mod ħieles bejn il-fruntieri, ibbażata fuq
il-kompetizzjoni u l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi, u
b’regolamentazzjoni effettiva tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-UE
fejn meħtieġ; Il-viżjoni tagħna hija ta' Unjoni
tal-Enerġija sostenibbli, b’livell baxx ta’ karbonju u ekonomija favur il-klima
li hija maħsuba biex isservi fit-tul; Il-viżjoni tagħna hija waħda
ta' kumpaniji Ewropej b’saħħithom, innovattivi u kompetittivi li
jiżviluppaw prodotti industrijali u teknoloġija meħtieġa
biex jiksbu aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u teknoloġiji
b’livell baxx ta’ karbonju ġewwa u barra l-Ewropa, Il-viżjoni tagħna hija li jkun hemm
forza tax-xogħol Ewropea b’ħiliet għall-bini u l-ġestjoni
tas-sistema tal-enerġija ta’ għada; Il-viżjoni tagħna hija ta’
fiduċja tal-investituri permezz ta’ sinjali tal-prezzijiet li jirriflettu
l-ħtiġijiet fit-tul u l-objettivi ta’ politika; L-aktar importanti, il-viżjoni
tagħna hija waħda ta’ Unjoni tal-Enerġija
biċ-ċittadini fil-qofol tagħha, fejn iċ-ċittadini
jieħdu s-sjieda tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jibbenefikaw minn
teknoloġiji ġodda biex jitnaqqsu l-kontijiet tagħhom,
jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq, u fejn il-konsumaturi vulnerabbli jkunu
protetti. Sabiex nilħqu l-għan tagħna,
irridu nimxu lil hinn minn ekonomija bbażata fuq il-karburant fossili,
ekonomija fejn l-enerġija hija bbażata fuq approċċ
ċentralizzat, min-naħa tal-provvista u li tiddependi fuq
teknoloġiji qodma u mudelli ta’ negozju antikwati. Irridu nagħtu
lill-konsumaturi s-setgħa li tingħatalhom informazzjoni,
għażla u permezz tal-ħolqien ta’ flessibilità
għall-ġestjoni tad-domanda kif ukoll tal-provvista. Irridu
nitbiegħdu minn sistema frammentata kkaratterizzati minn politiki
nazzjonali mhux koordinati, ostakoli għas-suq u żoni iżolati
mill-enerġija. Is-sistema Ewropea tal-enerġija f’ċifri L-aħħar dejta turi li l-UE importat 53 % tal-enerġija tagħha bi spiża ta’ madwar EUR 400 biljun, li jagħmilha l-ikbar importatur tal-enerġija fid-dinja. Sitt Stati Membri jiddependu fuq fornitur estern waħdieni għall-importazzjonijiet kollha tal-gass tagħhom u għalhekk għadhom wisq vulnerabbli għal xokkijiet tal-provvista. Ġie stmat ukoll li kull żieda addizzjonali ta' 1 % ta' ekonomija fl-użu tal-enerġija tnaqqas l-importazzjonijiet tal-gass bi 2,6 %[1]. Mal-75 % tal-unitajiet residenzjali tagħna huma ineffiċjenti fl-enerġija. Mal-94 % tat-trasport jiddependi fuq prodotti taż-żejt, li 90 % minnhom huma importati. Kollettivament, l-UE nefqet aktar minn EUR 120 biljun fis-sena — direttament jew indirettament — fuq sussidji tal-enerġija, ħafna drabi mhux ġustifikati[2]. Aktar minn EUR 1 triljun għandhom jiġu investiti fis-settur tal-enerġija fl-UE sal-2020 biss[3]. Il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa għall-pajjiżi Ewropej jinsabu f’livelli baxxi, minkejja li huma 30 % ogħla milli fl-Istati Uniti. Fl-istess ħin, wara t-taxxa, il-prezzijiet tal-elettriku għall-unitajiet domestiċi żdiedu b’medja ta’ 4,4 % mill-2012 sal-2013. Il-prezzijiet tal-gass bl-ingrossa għadhom aktar minn darbtejn ogħla minn dawk fl-Istati Uniti[4]. Id-differenza fil-prezz ma’ ekonomiji oħrajn għandha impatt fuq il-kompetittività tal-industrija tagħna, b’mod partikolari l-industriji tagħna li jużaw ħafna enerġija. In-negozji tal-enerġija rinnovabbli Ewropea flimkien għandhom dħul ta’ EUR 129 biljun fis-sena u jħaddmu aktar minn miljun persuna[5]. Il-kumpaniji tal-UE għandhom sehem ta’ 40 % tal-privattivi kollha għal teknoloġiji rinnovabbli[6]. L-isfida hija li jinżamm ir-rwol ewlieni tal-Ewropa fl-investiment globali f’enerġija rinnovabbli[7]. Illum, l-Unjoni Ewropea
għandha regoli tal-enerġija stabbiliti fil-livell Ewropew, iżda
fil-prattika għandha 28 qafas regolatorju nazzjonali. Ma
nistgħux nibqgħu sejrin hekk Huwa meħtieġ suq integrat
tal-enerġijabiex tinħoloq aktar kompetizzjoni, li jwassal għal
effiċjenza akbar fis-suq permezz ta’ użu aħjar ta’
faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija madwar l-UE u biex
jiġu prodotti prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi. Is-suq tal-bejgħ
bl-imnut mhuwiex qed jiffunzjona kif suppost. Ħafna konsumaturi
domestiċi jkollhom ftit wisq għażla ta’ fornituri tal-enerġija
u ftit wisq kontroll fuq l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom.
Perċentwal għoli inaċċettabbli tal-unitajiet domestiċi
Ewropej ma jistgħux jaffordjaw li jħallsu l-kontijiet
tal-enerġija tagħhom. L-infrastruttura
tal-enerġija qed tiqdiem u mhijiex aġġustata għal
żieda fil-produzzjoni mill-enerġiji rinnovabbli. Hemm bżonn li
jiġu attirati l-investimenti, iżda t-tfassil attwali tas-suq u
l-politiki nazzjonali ma jistabbilixxux l-inċentivi adattati u jipprovdu
prevedibilità insuffiċjenti għall-investituri potenzjali. Gżejjer
tal-enerġija jkomplu jeżistu minħabba li bosta swieq mhumiex
konnessi tajjeb mal-ġirien tagħhom. Dan iżid l-ispejjeż li
jħabbtu magħhom il-klijenti u joħloq vulnerabilità f’termini
tas-sigurtà tal-enerġija. Għadna fuq
quddiem fl-innovazzjoni u l-enerġija rinnovabbli, iżda partijiet
oħra tad-dinja qed jilħquna b’rata mgħaġġla u
diġà tlifna l-pożizzjoni fir-rigward ta' uħud
mit-teknoloġija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju nodfa. Il-bini
fl-investiment ta’ kumpaniji b'teknoloġija għolja, li jikkompetu
globalment permezz ta’ politiki stabbli se jġibu l-impjiegi u t-tkabbir
għall-Ewropa. Se jfeġġu setturi ġodda tan-negozju, mudelli
ġodda ta’ negozju u opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. Tali bidla
trasformattiva taffettwa profondament ir-rwoli tal-atturi kollha fis-sistema
tal-enerġija, inklużi l-konsumaturi. L-Ewropa
teħtieġ li tagħmel l-għażliet it-tajba minn issa. Jekk
tkompli fuq din it-triq, l-isfida inevitabbli ta' bidla għal ekonomija
b’livell baxx ta’ karbonju se ssir dejjem aktar diffiċli minħabba
l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' swieq
tal-enerġija nazzjonali frammentati. Il-prezzijiet baxxi attwali
taż-żejt u tal-gass, sakemm idumu, għandhom jinħatfu
bħala opportunità storika — meta kkombinati mal-ispiża li qed tonqos
ta’ forom iktar ekoloġiċi ta’ enerġija, UE b’politika dwar
il-klima b'saħħitha u l-emerġenza ta’ teknoloġiji
ġodda — biex terġa' tpoġġi l-politika tal-enerġija
tal-UE fid-direzzjoni t-tajba: dik ta’ Unjoni tal-Enerġija. 2. IT-TRIQ ’IL QUDDIEM L-istrateġija tal-Unjoni dwar
l-enerġija għandha ħames dimensjonijiet interrelatati
mill-qrib u li jsaħħu lil xulxin, imfassla biex iġibu sigurtà
tal-enerġija akbar, sostenibilità u kompetittività: - Sigurtà, solidarjetà u fiduċja
tal-enerġija; - Suq Ewropew tal-enerġija integrat b’mod
sħiħ; - Effiċjenza enerġetika li
tikkontribwixxi lejn il-moderazzjoni tad-domanda; - Dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, u - Riċerka, Innovazzjoni u Kompetittività 2.1. Sigurtà, solidarjetà u fiduċja
tal-enerġija F’Mejju 2014, il-Kummissjoni spjegat
fl-Istrateġija tas-Sigurtà tal-Enerġija[8] tagħha kif l-UE
baqgħet vulnerabbli għal xokkijiet esterni fil-qasam
tal-enerġija u talbet lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali
u tal-UE biex jagħmlu ċar għaċ-ċittadini
l-għażliet involuti biex titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq
fjuwils, fornituri u rotot tal-enerġija partikolari. L-Unjoni
tal-Enerġija hija bbażata fuq din l-istrateġija. L-ixpruni ewlenin tas-sigurtà
tal-enerġija huma t-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u konsum aktar
effiċjenti tal-enerġija. Dan jiddependi fuq aktar trasparenza kif
ukoll fuq aktar solidarjetà u fiduċja bejn l-Istati Membri. Is-sigurtà
tal-enerġija tal-UE hija marbuta mill-qrib mal-ġirien tagħha. Approċċi konġunti
fil-qasam tal-enerġija jista’ jagħmel lil kull parti tal-Unjoni
Ewropea aktar b’saħħitha, pereżempju f’każ ta’ nuqqas ta’
provvista jew tħarbit. L-ispirtu ta’ solidarjetà fi kwistjonijiet
tal-enerġija huwa espliċitament imsemmi fit-Trattat, u huwa fil-qalba
tal-Unjoni tal-Enerġija. Id-diversifikazzjoni tal-provvista
(is-sorsi tal-enerġija, il-fornituri u rotot) L-isfidi politiċi
matul dawn l-aħħar xhur urew li d-diversifikazzjoni tas-sorsi
tal-enerġija, il-fornituri u r-rotot huma importanti ħafna biex
jiġu żgurati provvisti tal-enerġija sikuri u
b’saħħithom għaċ-ċittadini Ewropej u kumpaniji, li
jistennew aċċess għal enerġija bi prezz li jista’
jintlaħaq u bi prezzijiet kompetittivi fi kwalunkwe mument. Sabiex tiġi żgurata d-diversifikazzjoni tal-provvista
tal-gass, għandha tiġi intensifikata l-ħidma fuq il-Kuritur
tal-Gass tan-Nofsinhar biex tippermetti lill-pajjiżi tal-Asja
Ċentrali jesportaw il-gass lejn l-Ewropa. Fl-Ewropa ta’ Fuq,
l-istabbiliment ta’ ċentri tal-gass likwidu b’bosta fornituri qed itejjeb
bil-ħafna s-sigurtà tal-provvista. Dan l-eżempju għandu
jiġi segwit fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u fiż-żona
tal-Mediterran, fejn ċentru tal-gass tal-Mediterran qed jinħoloq. Il-bini tal-infrastruttura li tagħti
sorsi ġodda ta’ gass lill-UE tinvolvi bosta sħab, u hija kemm
kumplessa kif ukoll għolja. Is-soluzzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet
jeħtieġu azzjoni determinata fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-appoġġ
tagħha għal dan il-proċess permezz tal-użu
tal-istrumenti Komunitarji ta’ finanzjament disponibbli kollha b’mod partikolari
l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (European Fund for
Strategic Investments, EFSI) futuri, u bl-involviment sħiħ
tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej. Madankollu, l-infrastruttura
meħtieġa għandha wkoll tiġi stabbilita fl-UE, inkluża
l-possibilità ta’ flussi fid-direzzjoni opposta, li jġibu l-gass sa fejn
ikun meħtieġ. Se nesploraw il-potenzjal sħiħ ta’
gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, LNG), inkluż bħala
back-up f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi meta l-gass li jkun dieħel lejn
l-Ewropa permezz tas-sistema tal-pipeline eżistenti jkun
insuffiċjenti. Żidiet fil-kummerċ tal-LNG se jgħin biex
iqarreb il-prezzijiet tal-gass naturali dinjija lejn xulxin. Il-prezzijiet
tal-LNG matul dawn l-aħħar snin kienu għola meta mqabbla
mal-gass tal-pipeline minħabba, b’mod partikolari, l-ispejjeż
għolja u d-domanda ta' likwefazzjoni, rigassifikazzjoni u trasport
fl-Asja. Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni se tipprepara
strateġija komprensiva tal-LNG, li se tħares ukoll lejn l-infrastruttura
tat-trasport meħtieġa li tgħaqqad punti ta’ aċċess
tal-LNG mas-suq intern. Il-potenzjal ta’ ħażna tal-gass fl-Ewropa u
l-qafas regolatorju li hu meħtieġ sabiex tiġi żgurata
ħażna tal-gass suffiċjenti għax-xitwa se tiġi
indirizzata wkoll f’dan il-kuntest. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll biex
tneħħi l-ostakli għall-importazzjonijiet tal-LNG mill-Istati
Uniti u produtturi oħra tal-LNG. Minħabba d-dipendenza
tal-UE fuq l-importazzjoni u l-isfidi globali tat-tibdil fil-klima,
jeħtieġ li nieħdu miżuri addizzjonali biex jitnaqqas
il-konsum taż-żejt tagħha. Il-prezzijiet taż-żejt huma
attwalment baxxi minħabba l-produzzjoni żejda, flimkien ma’ konsum
aktar baxx u żieda fl-effiċjenza tal-enerġija[9]. L-UE hija dipendenti
ħafna fuq l-importazzjoni ta’ fjuwil nukleari u servizzi relatati
għal Stati Membri fejn l-enerġija nukleari hija parti
mit-taħlita tal-enerġija. Id-diversifikazzjoni tal-provvista hija
importanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Il-Kummissjoni se taġġorna u
ssaħħaħ ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha
tingħata, skont l- Artikolu 41 tat-Trattat Euratom, dwar
proġetti ta’ stallazzjoni nukleari. L-enerġija prodotta
internament tikkontribwixxi wkoll biex titnaqqas id-dipendenza fuq
l-importazzjoni tal-enerġija tal-Ewropa. Dan jinkludi partikolarment
rinnovabbli, meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni, kif ukoll
konvenzjonali u — għal dawk l-Istati Membri li jagħżluha —
riżorsi fossili mhux konvenzjonali. Il-produzzjoni taż-żejt u
l-gass minn sorsi mhux konvenzjonali fl-Ewropa bħall-gass tax-shale hija
għażla, sakemm il-kwistjonijiet ta’ aċċettazzjoni pubblika
u tal-impatt ambjentali jkunu indirizzati b’mod adegwat.
Ħidma flimkien dwar is-sigurtà tal-provvista
L-Istati Membri,
l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, l-industrija tal-enerġija u
l-partijiet interessati l-oħra kollha jridu jaħdmu flimkien mill-qrib
biex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tal-enerġija
għaċ-ċittadini u l-kumpaniji Ewropej. Fir-rigward
taż-żejt, ittieħdu passi importanti diġà bl-adozzjoni ta’
direttiva dwar il-Ħażniet taż-Żejt tal-2009[10], li tipprevedi obbligi
fuq l-Istati Membri biex jibnu u jżommu ħażniet minimi ta’
prodotti taż-żejt mhux maħdum u petroliferi. L-Istati Membri
għandhom ikunu żgurati li f’sitwazzjonijiet tal-provvista ristretta,
huma jistgħu jiddependu fuq il-ġirien tagħhom. Ir-rapport
tal-Kummissjoni tal-2014 dwar ir-reżiljenza fis-settur tal-gass[11] enfasizza
l-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha
fit-tweġiba għal interruzzjoni potenzjali tal-provvista. Biex
tintroduċi ġestjoni tal-kriżi komuni, il-Kummissjoni se
tipproponi pjanijiet ta’ prevenzjoni u ta’ emerġenza fil-livell
reġjonali u fil-livell tal-UE, inklużi l-partijiet kontraenti
tal-Komunità tal-Enerġija. Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, b’mod partikolari
fi żminijiet ta’ kriżijiet tal-provvista, għandha
tissaħħaħ. Dawn il-kwistjonijiet u l-esperjenza miksuba
fl-implimentazzjoni tar-Regolament se jiġu kkunsidrati meta tkun qed
tipproponi reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista
tal-Gass. Il-Kummissjoni se tivvaluta
l-għażliet għal mekkaniżmi volontarji
għall-aggregazzjoni tad-domanda għal xiri kollettiv ta’ gass matul
kriżi u fejn l-Istati Membri huma dipendenti fuq fornitur wieħed. Dan
għandu jkun kompletament konformi mar-regoli tad-WTO u r-regoli tal-kompetizzjoni
tal-UE. Bosta Stati Membri
bħalissa għandhom oqfsa ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku
inadegwata fis-seħħ u jużaw approċċi skaduti u
inkonsistenti biex jivvalutaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.
F'ħidma flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni se tistabbilixxi firxa
ta’ livelli aċċettabbli ta’ riskju għall-interruzzjonijiet
fil-provvista, u valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista bbażata fuq
il-fatti, oġġettiva, madwar l-UE kollha kemm hi, u li tindirizza
s-sitwazzjoni fl-Istati Membri. Dan se jqis il-flussi transfruntiera,
produzzjoni rinnovabbli varjabbli, ir-rispons għad-domanda u
l-possibilitajiet ta’ ħżin. Il-mekkaniżmi ta’ kapaċità
għandhom jiġu żviluppati biss biex jindirizzaw is-sigurtà
tal-provvista jekk valutazzjoni tal-adegwatezza tas-sistema reġjonali
tindika ħtieġa bħal din, filwaqt li jitqies il-potenzjal
tal-effiċjenza tal-enerġija u r-reazzjoni min-naħa tad-domanda[12]. Ir-rwol Ewropew aktar b’saħħitu
fis-swieq globali tal-enerġija L-Unjoni tal-Enerġija
mhuwiex proġett li jħares ’il ġewwa. UE aktar
b’saħħitha u aktar magħquda tista' timpenja ruħha b’mod
aktar kostruttiv mal-imsieħba tagħha, għall-benefiċċju
reċiproku tagħhom. Il-politika
tal-enerġija ta’ spiss tintuża bħala għodda ta’ politika
barranija, b’mod partikolari fl-akbar pajjiżi li jipproduċu
l-enerġija u pajjiżi ta’ tranżitu. Din ir-realtà għandha
titqies meta tiġi diskussa l-politika barranija tal-enerġija
tal-Ewropa. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandha ttejjeb l-abilità tagħha li
tipproġetta l-piż tagħha fuq is-swieq globali tal-enerġija. Flimkien mal-imsieħba ewlenin
tagħha, l-Unjoni Ewropea se taħdem lejn sistema mtejba ta’
governanza globali għall-enerġija, li twassal għal swieq globali tal-enerġija aktar kompetittivi u
trasparenti. Il-politika tal-UE dwar il-kummerċ tikkontribwixxi għal
sigurtà akbar fl-enerġija u diversifikazzjoni permezz tal-inklużjoni
ta’ dispożizzjonijiet relatati mad-dispożizzjonijiet
tal-enerġija fil-ftehimiet kummerċjali mal-imsieħba tagħha.
Meta l-UE tinnegozja ftehimiet ma’ pajjiżi li huma importanti
mill-perspettiva ta’ siġurtà ta’ provvista, il-Kummissjoni se jkollha
l-prijorità li tinnegozja dispożizzjonijiet speċifiċi
tal-enerġija li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-enerġija, b’mod
partikolari l-aċċess għar-riżorsi, u l-miri tal-enerġija
sostenibbli tal-Unjoni tal-Enerġija. B’mod
ġenerali, il-Kummissjoni se tkompli b’aġenda
kummerċjali u ta’ investiment attiva fil-qasam tal-enerġija,
inkluż l-aċċess għas-swieq barranin għal
teknoloġija u servizzi tal-enerġija Ewropew[13]. Bħala parti
mid-diplomazija Ewropea tal-enerġija u l-klima rivitalizzata, l-UE se
tuża l-istrumenti kollha tagħha ta' politika barranija biex
tistabbilixxi sħubijiet strateġiċi tal-enerġija ma’
pajjiżi produtturi u ta’ transitu dejjem aktar importanti jew reġjuni
bħall-Alġerija u t-Turkija; l-Azerbajġan u t-Turkmenistan;
il-Lvant Nofsani; l-Afrika u fornituri potenzjali oħra. L-UE se tiżviluppa
iktar is-sħubija tagħha man-Norveġja, it-tieni l-akbar fornitur
tal-UE ta' żejt mhux maħdum u gass naturali. L-UE se tkompli tintegra
n-Norveġja bis-sħiħ fil-politiki interni tagħha
tal-enerġija. L-UE se tiżviluppa wkoll is-sħubijiet tagħha
ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti u l-Kanada. Meta l-kundizzjonijiet
ikunu tajbin, l-UE se tikkunsidra qafas
ġdid għar-relazzjoni tal-enerġija mar-Russja bbażati fuq
kundizzjonijiet indaqs f’termini ta’ ftuħ tas-suq, kompetizzjoni
ġusta, protezzjoni ambjentali u sigurtà, għall-benefiċċju
reċiproku taż-żewġ naħat. Se tingħata
attenzjoni partikolari lit-titjib tas-Sħubija Strateġika dwar
l-enerġija mal-Ukraina. Dan se jindirizza kwistjonijiet relatati
mal-importanza tal-Ukraina bħala pajjiż ta’ tranżitu kif ukoll
dawk relatati ma’ riformi tas-suq tal-enerġija tal-Ukraina,
bħall-aġġornament tan-netwerk tal-gass tagħha,
l-istabbiliment ta’ qafas regolatorju xieraq għas-suq tal-elettriku u
ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija fl-Ukraina bħala
mezz biex titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija importata. Fil-viċinat immedjat tagħna, il-Kummissjoni se
tipproponi t-tisħiħ tal-Komunità
tal-Enerġija, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva
tal-acquis tal-UE dwar l-enerġija u l-kompetizzjoni, ir-riformi tas-suq
tal-enerġija u inċentivati l-investimenti fis-settur
tal-enerġija. L-għan huwa integrazzjoni iktar mill-qrib tal-UE u
s-swieq tal-Enerġija tal-Komunità . Ir-relazzjonijiet tal-enerġija
mal-pajjiżi tas-Sħubija Ewropea tal-Viċinat (PEV) se jitqiesu
fl-eżami li għaddej tal-PEV. Aktar trasparenza dwar
il-provvista tal-gass Element importanti
fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija (u b’mod partikolari l-gass) hija
l-konformità sħiħa tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija minn
pajjiżi terzi mal-liġi tal-UE. Dawn il-kontrolli ta’ konformità
għal Ftehimiet Intergovernattivi (IGAs) u ftehimiet kummerċjali
relatati bbażati fuq id-Deċiżjoni[14] rilevanti attwalment
qed isiru wara Stat Membru u pajjiż terz ikunu kkonkludew ftehim.
Fil-prattika, rajna li nnegozjar mill-ġdid ta' tali ftehimiet hija
diffiċli ħafna. Il-pożizzjonijiet tal-firmatarji jkunu diġà
stabbiliti, li joħloq pressjoni politika biex ma jinbidel ebda aspett
tal-ftehim. Fil-ġejjieni, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar
in-negozjar ta’ ftehimiet intergovernattivi minn stadju bikri, sabiex issir
valutazzjoni ex ante aħjar tal-kompatibilità tal-IGAs mar-regoli
tas-suq intern u jkunu żgurati l-kriterji tas-sigurtà tal-provvista.
Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f’dawn in-negozjati ma’ pajjiżi
terzi u moviment lejn klawżoli kuntrattwali standard tista’ wkoll b’mod
aktar effettiv tevita pressjoni mhux dovuta u tiżgura r-rispett tar-regoli
Ewropej. Għalhekk, il-Kummissjoni se tirrevedi d-Deċiżjoni
tal-Ftehimiet Intergovernattivi u se tipproponi għażliet biex
jiġi żgurat li l-UE titkellem b’vuċi waħda f’negozjati ma’
pajjiżi terzi. Fil-kuntest
tar-reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass,
il-Kummissjoni se tipproponi wkoll biex tkun żgurata trasparenza xierqa
ta’ kuntratti ta’ provvista tal-gass kummerċjali li jista’ jkollhom impatt
fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-UE, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità
ta’ informazzjoni sensittiva. 2.2. Suq intern tal-enerġija integrat
bis-sħiħ Minkejja l-progress li sar fi snin
reċenti, is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa għadha mhijiex qed
trendi l-potenzjal kollu tagħha. It-tfassil attwali tas-suq ma jwassalx
għal investimenti suffiċjenti, il-konċentrazzjoni tas-suq u
kompetizzjoni dgħajfa jibqgħu kwistjoni u x-xenarju tal-enerġija
Ewropea għadha frammentata wisq. Għandna nagħtu spinta politika
ġdida biex jitlesta s-suq intern tal-enerġija. Il-hardware tas-suq
intern: il-konnessjoni tas-swieq permezz ta’ interkonnessjonijiet F’dan il-mument,
is-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass Ewropea, b’mod
partikolari l-konnessjonijiet transfruntiera, mhumiex biżżejjed
sabiex is-suq intern tal-enerġija jaħdem kif suppost u biex ikun hemm
konnessjoni tal-gżejjer tal-enerġija li għad fadal fin-netwerk
ewlieni tal-elettriku. Il-ħidma fuq
proġetti infrastrutturali ġie aċċellerat f'dawn
l-aħħar snin, aktar u aktar fid-dawl ta’ avvenimenti reċenti
fil-fruntiera tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea. Fl-2013, l-Unjoni Ewropea
identifikat 248 Proġett tal-infrastruttura tal-enerġija ta’
Interess Komuni (Projects of Common Interest, PCIs). Il-lista se tiġi
riveduta u aġġornata aktar tard din is-sena u mbagħad
mill-ġdid kull sentejn[15].
Fl-2014, l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà għall-Enerġija
identifikat 33 proġett ta’ infrastruttura li huma essenzjali biex
tittejjeb is-sigurtà tal-provvista u biex jingħaqdu aħjar is-swieq
tal-enerġija. Mira minima
speċifika ta’ interkonnessjoni ġiet stabbilita għall-elettriku
ta’ 10 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ elettriku installata
tal-Istati Membri, li għandu jinkiseb sal-2020. Il-miżuri
meħtieġa biex tinkiseb din il-mira ta’ 10 % huma stabbiliti
fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f'dan il-Qafas
Strateġiku tal-Unjoni tal-Enerġija. Fl-2016, il-Kummissjoni
tirrapporta dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tintlaħaq
il-mira ta’ 15 % sal-2030. It-tranżizzjoni
lejn sistema ta’ enerġija aktar sigura u sostenibbli se teħtieġ
investimenti kbar f’ġenerazzjoni, netwerks u effiċjenza
enerġetika, stmat għal madwar EUR 200 biljun kull sena
fid-deċennju li ġej[16].
Filwaqt li s-settur privat se jġorr l-ispejjeż ta’ ħafna minn
dawn l-investimenti, l-aċċess għall-finanzjament se jkun
importanti. Illum, diġà jipprovdu l-mezzi l-Bank Ewropew tal-Investiment,
il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u finanzjament mill-Fondi Strutturali u
ta’ Investiment Ewropej. Barra minn hekk, il-proposta tal-Fond Ewropew
għal Investimenti Strateġiċi se tipprovdi appoġġ
addizzjonali, u għalhekk, jiġi ffaċilitat aktar
l-aċċess għall-finanzi għal proġetti ta’ sinifikat
Ewropew bħal fin-netwerks tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli u
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-Kummissjoni se tesplora
proposti għal reġimi tal-investiment fl-enerġija li jiġbru
riżorsi biex jiffinanzjaw investimenti ekonomikament vijabbli, biex
tiġi evitata d-distorsjoni u l-frammentazzjoni tas-suq. L-investituri
jistgħu jużaw il-Portal ta’ Investiment li qed jiġu stabbilit
bħala parti mill-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi
li huwa mfassal biex jagħti spinta lit-trasparenza ta’ sensiela ta’
proġetti ta’ investiment tal-UE biex jagħmlu l-informazzjoni
aċċessibbli għal investituri potenzjali. Il-Kummissjoni se
tiġbor ukoll informazzjoni dwar proġetti tal-infrastruttura ffinanzjati
permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fondi ta' Politika ta'
Koeżjoni tal-UE, biex ikun hemm aktar koerenza f’varjetà kbira ta’ skemi
ta’ finanzjament eżistenti u biex jiġi massimizzat l-impatt
tagħhom. Il-Kummissjoni se
tieħu kont regolarment tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar ta’
infrastruttura li jikkontribwixxu għall-Unjoni tal-Enerġija, b’mod
partikolari fil-qafas tas-segwitu tal-PCI. Bħala parti minn dan
l-eżerċizzju ta’ rendikont, hija se tagħmel rapport annwali dwar
il-progress biex tintlaħaq il-mira ta’ 10 % ta’ interkonnessjoni
tal-elettriku b’fowkus speċifiku fuq l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’
azzjoni reġjonali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se torganizza
wkoll struttura dedikata ta’ Forum għall-Infrastruttura tal-Enerġija
fejn il-progress għandu jiġi diskuss mal-Istati Membri, gruppi ta’
kooperazzjoni reġjonali rilevanti kif ukoll mal-istituzzjonijiet tal-UE.
Dan se jiltaqa’ għall-ewwel darba fi tmiem l-2015. L-implimentazzjoni u
l-aġġornar tas-software tas-suq intern tal-enerġija L-implimentazzjoni
sħiħa u l-infurzar strett tal-enerġija eżistenti u
leġislazzjoni relatata hija l-ewwel prijorità biex tiġi stabbilita
Unjoni tal-Enerġija. Ma hemm l-ebda punt li jiġu
żviluppati politiki ġodda u approċċi fuq pedamenti dgħajfa.
Il-Kummissjoni se tuża l-istrumenti
politiċi kollha disponibbli f’dan ir-rigward u se tinsisti li l-Istati
Membri jimplimentaw u jinfurzaw it-Tielet Pakkett tas-Suq Intern
tal-Enerġija, b’mod partikolari rigward is-separazzjoni u l-indipendenza
tar-regolaturi. Ċerti kundizzjonijiet ex ante għandhom
jiġu ssodisfati sabiex il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej
ikunu jistgħu jintużaw għall-kofinanzjament tal-investimenti
tal-enerġija. Dan se jgħin biex tiġi żgurata konformità
mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija. Infurzar strett tar-regoli tal-kompetizzjoni
tat-Trattat se jgħin biex jipprevjeni l-kumpaniji milli jfixklu s-suq
intern tal-enerġija. L-infurzar tal-antitrust jiżgura li
l-enerġija tista’ timxi b’libertà billi jiġu indirizzati restrizzjonijiet
territorjali f’kuntratti ta’ provvista kif ukoll iktar 'il fuq / iktar 'l isfel
fil-katina ta' attivitajiet u kwistjonijiet ta’ esklużjoni tan-netwerk
(inklużi l-interkonnetturi). Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll — permezz
tal-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni — l-evoluzzjoni u l-formazzjoni
tal-prezzijiet tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li jiffunzjona
sew jeħtieġ qafas regolatorju effikaċi. It-Tielet Pakkett
tas-Suq Intern tal-Enerġija jistabbilixxi korpi biex jiżguraw
il-kooperazzjoni fost l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u
r-regolaturi. Fil-kuntest tad-- diskussjoni tad-disinn tas-suq, il-funzjonament
ta’ dawn il-korpi se tissaħħaħ. Bħalissa,
deċiżjonijiet f’dawn il-korpi għadhom jirriflettu fehmiet
nazzjonali. L-operazzjoni tas-sistema ta’ trasmissjoni se
jkollha ssir ħafna aktar integrata biex tilħaq l-isfidi ta’ sistema
tal-enerġija mibdula. In-Netwerks Ewropej tal-Operaturi tas-Sistemi ta’
Trażmissjoni tal-Elettriku u tal-Gass (European Networks of Transmission
System Operators for Electricity and Gas, ENTSO-E/G), li kienu wkoll stabbiliti
permezz tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija, jeħtieġu
li jiġu aġġornati biex jaqdu dan ir-rwol. Se jinħolqu
ċentri operattivi reġjonali sabiex huma jkunu jistgħu jippjanaw
u jiġġestixxu b’mod effettiv flussi transfruntiera tal-elettriku u
l-gass. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni
tar-Regolaturi tal-Enerġija (Agency for Cooperation of Energy Regulators,
ACER) ġie stabbilit skont it-Tielet Pakkett tas-Suq Intern
tal-Enerġija biex tgħin lir-regolaturi nazzjonali, b’mod partikolari
dwar kwistjonijiet transfruntiera. Madankollu, ACER attwalment taġixxi
primarjament permezz ta’ rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet. Hija għandha
drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet limitata ħafna, pereż,
tista’ tieħu biss deċiżjonijiet wara talba tar-regolaturi
nazzjonali jew jekk jonqsu milli jieħdu deċiżjoni f’ċertu
perjodu ta’ żmien. Regolament għall-UE kollha tas-suq uniku
għandha tissaħħaħ, permezz ta’ tisħiħ sinifikanti
tas-setgħat u l-indipendenza tal-ACER biex iwettqu l-funzjonijiet
regolatorji f’livell Ewropew sabiex tkun tista’ tissorvelja l-iżvilupp
tas-suq intern tal-enerġija u r-regoli tas-suq relatati kif ukoll biex
tittratta l-kwistjonijiet transfruntiera kollha meħtieġa
għall-ħolqien ta’ suq intern mingħajr xkiel[17]. It-Tielet Pakkett tas-Suq Intern
tal-Enerġija jiddisponi wkoll għall-adozzjoni tal-kodiċijiet
tan-netwerk sabiex jgħin biex tiġi armonizzata l-fluss tal-elettriku
u tal-gass bejn sistemi ta’ trasmissjoni differenti. Dan ix-xogħol irid
jitlesta biex ikun żgurat funzjonament aħjar tas-swieq transfruntiera
tal-enerġija. L-integrazzjoni tas-suq ta’ ġenerazzjoni
ta’ elettriku rinnovabbli teħtieġ swieq flessibbli, kemm fuq
in-naħa tal-provvista kif ukoll tad-domanda, fi u lil hinn mill-fruntieri
ta’ Stat Membru. Il-grids tal-elettriku għandhom għalhekk jevolvu
b’mod sinifikanti. Hemm bżonn li jitwessgħu l-possibilitajiet ta’
ġenerazzjoni distribwita u l-ġestjoni fuq in-naħa tad-domanda,
inkluż is-swieq intraday, biex jiġu żviluppati konnessjonijiet
ġodda ta’ vultaġġ għoli fuq distanzi twal (supergrids) u
teknoloġiji ġodda ta’ ħżin. Il-Kummissjoni se tħejji proposta
leġiżlativa ambizzjuża biex jiġi mfassal mill-ġdid
is-suq tal-elettriku u li jorbot is-suq bl-ingrossa u bl-imnut. Dan se
jżid is-sigurtà tal-provvista u jiżgura li s-suq tal-elettriku se
jkun adattat aħjar għat-tranżizzjoni tal-enerġija li se
ġġib għadd kbir ta’ produtturi ġodda, b’mod partikolari ta’
sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll jippermetti parteċipazzjoni
sħiħa tal-konsumaturi fis-suq b’mod partikolari permezz ta’ reazzjoni
għad-domanda. Integrazzjoni aktar mill-qrib, inkluż fuq livell
reġjonali, aktar kummerċ transfruntiera u l-iżvilupp ta’ swieq
kemm għal perjodu qasir kif ukoll fit-tul b’formazzjoni tal-prezzijiet
effettiva se jagħti sinjali ta’ investiment tajbin kif ukoll
il-flessibilità meħtieġa biex tippermetti l-integrazzjoni tas-suq ta’
sorsi ta’ ġenerazzjoni ġdida. Suq intern tal-enerġija li jiffunzjona
bis-sħiħ, li jipprovdi sinjali ta’ investiment effiċjenti, huwa
l-aħjar mezz biex titnaqqas il-ħtieġa għal mekkaniżmi
ta’ kapaċità. Il-Kummissjoni diġà stabbiliet gwida[18] u regoli[19] li jillimitaw
l-effetti negattivi ta' interventi pubbliċi mhux koordinati, mhux imfassla
sew, u frammentati. Madankollu, l-applikazzjoni effettiva ta’ din il-gwida
tista’ tkun biss l-ewwel pass biex jiġi żgurat li l-arranġamenti
tas-suq nazzjonali diverġenti, bħall-mekkaniżmi ta’
kapaċità u l-iskemi ta' sostenn għall-enerġija rinnovabbli mhux
koordinati għandhom jiġu aktar kumpatibbli mas-suq intern[20]. Għalkemm f’xi
każijiet huma meħtieġa u ġustifikati biex jindirizzaw
nuqqasijiet tas-suq, xi forma ta’ intervent pubbliku kellhom impatt negattiv
serju fuq it-tħaddim effettiv tas-suq intern tal-enerġija.
Il-Kummissjoni se taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tiżgura li
l-mekkaniżmi ta’ kapaċità u sostenn għal elettriku rinnovabbli
huma kompletament konformi mar-regoli eżistenti u ma jfixklux is-suq
intern tal-enerġija. Is-sussidji li huma ta’ ħsara għall-ambjent
għandhom jitneħħew għal kollox[21]. Sistema tal-Iskambju
tal-Kwoti tal-Emissjonijiet riformata se jkollha rwol importanti wkoll
fl-istabbiliment ta’ sinjali ta’ investiment tajbin. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se
tiżgura aktar trasparenza fil-kompożizzjoni tal-ispejjeż u
l-prezzijiet tal-enerġija permezz tal-iżvilupp ta’
monitoraġġ u rappurtar regolari u dettaljati, inkluż dwar
l-impatti tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-enerġija fuq
il-kompetittività. Se tingħata attenzjoni partikolari għal interventi
pubbliċi bħal tariffi regolati, il-politiki ta’ tassazzjoni fuq
l-enerġija u l-livell ta’ appoġġ pubbliku, kif ukoll l-impatt
tagħhom fuq mekkaniżmi ta’ prezzijiet, inklużi
żbilanċi ta’ tariffi tal-elettriku. Kooperazzjoni reġjonali
msaħħa fi ħdan qafas komuni tal-UE F’Unjoni tal-Enerġija, l-Istati Membri
għandhom jikkoordinaw u jikkooperaw mal-ġirien tagħhom
fl-iżvilupp tal-politiki tal-enerġija tagħhom. L-implimentazzjoni teknika tal-elementi
differenti ta’ strateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna se tkun
kumplessa ħafna. Xi elementi, bħal arranġamenti ġodda
fis-suq għal żmien qasir tas-swieq tal-gass u tal-elettriku, jew
l-integrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni
għandhom jiġu żviluppati u implimentati fil-livell
reġjonali bħala pass lejn livell massimu ta’ integrazzjoni tas-swieq
mal-UE kollha. L-arranġamenti eżistenti bħall-Forum
Pentalaterali dwar l-Enerġija jew il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq
tal-Enerġija tal-Baltiku (Baltic Energy Market Interconnection Plan,
BEMIP) huma inizjattivi li fuqhom għandu jinbena aktar.
Is-suċċessi f’dawn ir-reġjuni għandu jaġixxi
bħala katalist għal reġjuni oħra. Il-Kummissjoni se
tiżgura li l-inizjattivi reġjonali kollha jevolvu b’mod koerenti u li
jwasslu lejn Suq Uniku tal-Enerġija integrat b’mod sħiħ. Minħabba l-vulnerabilità partikolari
tagħhom, hemm bżonn li titjieb il-kooperazzjoni, is-solidarjetà u
l-fiduċja f’din il-parti tal-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk.
Arranġamenti ta’ kooperazzjoni ddedikati jgħinu biex titħaffef
l-integrazzjoni aħjar ta’ dawn is-swieq fis-suq usa’ tal-enerġija
tal-Ewropa li ttejjeb il-likwidità u r-reżiljenza tas-sistema
tal-enerġija u tippermetti użu sħiħ tal-effiċjenza
tal-enerġija tar-reġjun u l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli.
Il-Kummissjoni se tieħu inizjattivi konkreti f’dan ir-rigward bħala
prijorità urġenti. Għall-Ibħra tat-Tramuntana u
Baltiku, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri u l-industrija dwar
il-kisba ta’ tnaqqis tal-ispejjeż għal dawn is-sistemi
tal-enerġija lil hinn mill-kosta. Patt ġdid għall-konsumaturi F’Unjoni tal-Enerġija, il-konsumaturi fi
Stat Membru wieħed għandhom ikunu jistgħu jagħmlu
għażliet infurmati u jixtru l-enerġija tagħhom b’mod liberu
u sempliċiment minn kumpanija fi Stat Membru ieħor. Dan
jeħtieġ aktar adattament tal-oqfsa regolatorji nazzjonali attwali
minħabba li l-biċċa l-kbira tad-unitajiet domestiċi Ewropej
jibqgħu l-konsumaturi passivi. F’xi Stati Membri, il-konsumaturi jkollhom
għażla limitata ta’ fornituri u l-bdil bejn fornituri huwa
relattivament ikkumplikati. Sabiex tingħata s-setgħa
lill-konsumaturi, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom
jeħtieġu li jimplimentaw bis-sħiħ u jinforzaw ir-regoli
Ewropej eżistenti, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni
tal-konsumatur. Għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji ta’
sostenn minn awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll, sabiex il-konsumaturi
jkollhom informazzjoni faċilment aċċessibbli, li tinftiehem,
għodod faċli għall-utent, u inċentivi finanzjarji biex
jiffrankaw l-enerġija. Teknoloġiji intelliġenti se
jgħinu lill-konsumaturi u l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija li
jaħdmu għalihom biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet
disponibbli fis-suq tal-enerġija billi jieħdu f’idejhom il-kontroll
tal-konsum tal-enerġija tagħhom (u possibbilment l-awtoproduzzjoni).
Dan se jagħti aktar flessibilità fis-suq u potenzjalment inaqqas
il-kontijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti spinta
għal standardizzazzjoni nazzjonali u biex tappoġġa t-tnedija ta'
arloġġ intelliġenti[22]
u biex jiġi promoss aktar żvilupp ta’ tagħmir intelliġenti
u grids intelliġenti, sabiex jiġi ppremjat l-użu flessibbli
tal-enerġija. Hija se tiżviluppa sinerġiji bejn l-Unjoni
tal-Enerġija u l-aġenda tas-Suq Uniku Diġitali u tieħu
miżuri sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-privatezza u
ċ-ċibersigurtà. Madankollu, dan se jirnexxi biss jekk
il-prezzijiet tas-suq jinbagħtu s-sinjali t-tajba. F’għadd ta’ Stati
Membri, it-tariffi rregolati għadhom jillimitaw l-iżvilupp ta’
kompetizzjoni effettiva, li jiskoraġġixxi l-investimenti u
l-emerġenza ta’ atturi ġodda fis-suq. Prezzijiet regolati
għall-utenti finali huma ta’ spiss użati biex l-unitajiet
domestiċi jew anki klijenti mhux domestiċi jiġu protetti minn
żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija. L-impatt ta’ miżuri bħal
dawn jaqa’ fuq il-klijenti mhux regolati, fuq kumpaniji tal-elettriku u / jew
il-finanzi pubbliċi, fejn żbilanċi ta’ tariffi tal-elettriku
huma sostnuti. Madankollu, fuq medda twila ta’ żmien, dawn il-miżuri
jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi li suppost jissalvagwardjaw.
Il-Kummissjoni se tfittex l-eliminazzjoni gradwali ta’ prezzijiet irregolati li
jkunu inqas mill-ispejjeż sal-2016 permezz tal-kompetizzjoni u oqfsa ta’
governanza ekonomika. Se tinkoraġġixxi wkoll lill-Istati Membri biex
jistabbilixxu pjan ta' direzzjoni għat-tneħħija gradwali
tal-prezzijiet regolati kollha. Il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli Il-faqar fl-enerġija jaffettwa b’mod
negattiv il-kundizzjonijiet tal-ħajja u s-saħħa. Hija
għandha diversi kawżi, li jirriżultaw l-aktar minn taħlita
ta’ introjtu baxx u kundizzjonijiet ġenerali fil-faqar, djar
ineffiċjenti u sistema ta' tenuta ta' djar li tonqos milli
tinkoraġġixxi l-effiċjenza tal-enerġija. Il-faqar
fl-enerġija jista’ jiġi indirizzat biss permezz ta’ taħlita ta’
miżuri, l-aktar fil-qasam soċjali u fil-kompetenza tal-awtoritajiet
nazzjonali, reġjonali jew lokali. Fl-eliminazzjoni ta’ prezzijiet
regolati, l-Istati Membri jeħtieġu li tipproponu mekkaniżmu
għall-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli, li jista' preferibbilment
jiġi pprovdut permezz tas-sistema ġenerali tas-sigurtà soċjali.
Jekk ikun ipprovdut permezz tas-suq tal-enerġija, jista' jiġi
implimentati permezz ta’ skemi bħal tariffi ta’ solidarjetà jew bħala
tnaqqis fuq il-kontijiet tal-enerġija. L-ispiża ta’ dawn l-iskemi
jeħtieġ li tiġi koperta minn klijenti mhux eliġibbli b’mod
kollettiv. Għalhekk, huwa importanti li sistema bħal din tkun
immirata sew biex l-ispejjeż globali jinżammu baxxi u biex jillimitaw
id-distorsjonijiet li joħorġu minn prezzijiet regolati (pereż.
ma jiżdiedux aktar żbilanċi ta’ tariffi fl-Istati Membri). 2.3. Effiċjenza fl-użu
tal-enerġija bħala kontribut lejn il-moderazzjoni tad-domanda
għall-enerġija Il-Kunsill Ewropew stabbilixxa
f’Ottubru 2014 mira indikattiva fil-livell tal-UE ta’ mill-inqas 27 %
għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija fl-2030. Dan se
jiġi rivedut sal-2020, b’kont meħud tal-livell tal-UE ta’ 30 %.
F’dan il-kuntest huwa meħtieġ li l-effiċjenza enerġetika
jiġi maħsub mill-ġdid b’mod fundamentali u tiġi trattata
bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha, li tirrappreżenta l-valur
ta’ enerġija ffrankata. Bħala parti mir-reviżjoni tad-disinn
tas-suq, il-Kummissjoni se tiżgura li l-effiċjenza tal-enerġija
u r-reazzjoni min-naħa tad-domanda jistgħu jikkompetu fuq termini
ugwali mal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol
irid isir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, iżda
l-Kummissjoni jista’ jkollha rwol b’saħħtu li joħloq il-qafas
xieraq għal progress. Il-Kummissjoni għalhekk se tinkoraġġixxi
lill-Istati Membri biex l-effiċjenza enerġetika tingħata
konsiderazzjoni primarja fil-politiki tagħhom. L-UE diġà stabbiliet sett ta’ miżuri
dinjija ewlenin biex insiru aktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija
tagħna. Permezz tal-leġiżlazzjoni tat-tikkettjar
tal-enerġija u tal-ekodisinn, il-konsumaturi jistgħu jagħmlu
għażliet informati dwar il-konsum tal-enerġija. Filwaqt li
s-setturi ekonomiċi kollha għandhom jieħdu passi biex
tiżdied l-effiċjenza tal-konsum tal-enerġija tagħhom,
il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni speċjali għal dawk
is-setturi b’potenzjal enormi tal-effiċjenza enerġetika, b’mod
partikolari fis-settur tal-bini u tat-trasport. Il-Kummissjoni se tkompli
tistabbilixxi sinerġiji bejn politiki ta’ effiċjenza
tal-enerġija, politiki tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekonomija
ċirkulari. Dan se jinkludi l-isfruttar tal-potenzjal ta’ “skart
għall-enerġija”. It-titjib
tal-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini It-tisħin u t-tkessiħ huwa l-akbar
sors uniku tad-domanda għall-enerġija fl-Ewropa u
l-maġġoranza tal-importazzjonijiet tal-gass tal-Ewropa huma
użati għal dawn l-għanijiet. Gwadanji kbar fl-effiċjenza
għad jistgħu jinġabru fir-rigward ta’ tisħin u tkessiħ
distrettwali, li se jiġi indirizzat fi strateġija tal-Kummissjoni. Azzjonijiet mill-Istati Membri, partikolarment
fil-livelli lokali u reġjonali, huma meħtieġa sabiex jiġi
sfruttat il-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini. L-attirar
ta' investimenti fuq l-iskala meħtieġa tibqa’ sfida, speċjalment
fil-livell lokali, l-aktar minħabba nuqqas ta’ għarfien u kompetenza
f’finanzjament fuq skala żgħira. Il-Kummissjoni se tappoġġa
modi biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal finanzjament
eżistenti kummerċjalment disponibbli għal strumenti finanzjarji
għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-partijiet interessati għall-Fondi
Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, tippromwovi skemi ta’ finanzjament
ġodda bbażati fuq ir-riskju u t-tqassim tad-dħul,
tiżviluppa metodi ġodda ta’ finanzjament u tappoġġa
f’termini ta’ assistenza teknika. Appoġġ finanzjarju
jeħtieġ li jkun ikkombinat ma’ appoġġ tekniku li jkun ta’
għajnuna biex tingħata għajnuna fl-aggregazzjoni ta'
proġetti fuq skala żgħira fi programmi akbar li jistgħu
jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jattiraw is-settur privat
fuq skala. Il-ħidma ta’ Bliet Intelliġenti u
Inizjattivi Komunitarji kif ukoll mal-Patt tas-Sindki, li primarjament huma
mmexxija 'l quddiem mis-sindki, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà
ċivili, l-investituri, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri
tas-servizzi, hija importanti biex jinkiseb progress dwar l-effiċjenza
tal-enerġija fl-UE u barra minnha. Din il-ħidma kellha
l-appoġġ sod tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll
l-inizjattiva “eċċellenza globali għall-effiċjenza
enerġetika tat-tfassil tal-politika” bħala kontribut lejn il-pjan ta’
azzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika G20. Hija se tippromwovi
bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ għanijiet u miri ambizzjużi
tal-effiċjenza tal-enerġija f’fora bħal tan-NU “Enerġija
Sostenibbli għal Kulħadd” u l-Aġenzija Internazzjonali
tal-Enerġija. Bħala mexxej globali fit-teknoloġija
b'effiċjenza enerġetika, dan għandu jkun xprun
għall-esportazzjonijiet, u t-tkabbir u l-impjiegi fl-UE. Il-fondi tal-UE u l-finanzjament tal-BEI
jista’ jagħmel differenza kbira. Il-Fond Ewropew għal Investimenti
Strateġiċi jipprovdi opportunità biex jinkisbu l-investimenti kbar
fir-rinnovazzjoni tal-bini. L-investimenti f’dan il-qasam jistgħu
jipprovdu profitti kbar f’termini ta’ tkabbir u impjiegi. Lejn settur tat-trasport dekarbonizzat,
b’użu effiċjenti tal-enerġija It-trasport jirrappreżenta aktar minn
30 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-Ewropa. It-twetti ta' dan
il-potenzjal fl-effiċjenza enerġetika jeħtieġ attenzjoni
kontinwa fuq ir-restrizzjoni tal-istandards tal-emissjonijiet CO2
għall-karozzi tal-passiġġieri u vannijiet wara l-2020, u fuq
miżuri għal żieda fl-effiċjenza tal-karburant u t-tnaqqis
ta' emissjonijiet CO2 għal vettura heavy-duty u xarabanks.
Ġestjoni aħjar tat-traffiku għandha wkoll tiġi promossa
bħala għodda moderna, li tħares’ il quddiem biex jitnaqqsu
l-emissjonijiet tas-CO2. Dan għandu jkun akkumpanjat minn
miżuri biex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tas-suq uniku u
biex jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni. Il-Kummissjoni se
tippromwovi l-użu tal-iskemi ta’ tariffa għall-użu tat-triq
ibbażata fuq il-prinċipju ta’ min juża jħallas u min
iniġġes iħallas u żżid l-isforzi biex tinħoloq
żona unika Ewropea tat-trasport, abbażi tal-aħjar użu
tal-flotta. Iffrankar konsiderevoli ta’ karburant jista' jintlaħaq ukoll
billi jitneħħew l-ostakli fuq modi b’inqas gassijiet b’effett ta’
serra tat-trasport, bħall-ferroviji, it-trasport marittimu u fuq
passaġġi tal-ilma interni, u billi dawn il-modi jsiru aktar attraenti
u kosteffiċjenti. Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-inizjattiva
"Shift 2Rail"[23]. Il-Kummissjoni se tieħu wkoll azzjonijiet
ulterjuri biex telimina l-karbonju mis-settur tat-trasport, li essenzjalment
għadu jaħdem fuq prodotti taż-żejt. Dan se
jeħtieġ trasformazzjoni gradwali tas-sistema kollha ta’ trasport kif
ukoll l-iżvilupp u l-użu ta’ karburant alternattivi. Il-Kummissjoni
se tieħu azzjoni ulterjuri biex tippromwovi l-iskjerament rapidu
tal-infrastruttura meħtieġa, jiġifieri stazzjonijiet ta’
riforniment u ta’ alimentazzjoni. [24]
L-adozzjoni fis-suq ta’ vetturi bħal dawn tiddependi fuq l-infrastruttura,
il-vetturi u l-karburanti li jitqiegħdu fis-suq flimkien. L-elettrifikazzjoni tat-trasport hija
importanti biex tinkiser id-dipendenza fuq iż-żejt u biex it-trasport
jiġi dekarbonizzat, speċjalment għat-trasport tat-triq (distanza
qasira u medja) u ferrovjarju. L-Ewropa għandha bżonn tħaffef
l-elettrifikazzjoni tal-karozzi tagħha u mezzi oħra ta’ trasport u
ssir mexxejja fl-elettromobbiltà u teknoloġiji ta’ ħżin
tal-enerġija. Dan jeħtieġ integrazzjoni sħiħa ta’
vetturi elettriċi fil-politiki ta’ mobilità urbana u fil-grilja
tal-elettriku, kemm bħala konsumaturi tal-enerġija kif ukoll
fil-faċilitajiet tal-ħżin potenzjali. 2.4. Id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Politika ambizzjuża dwar il-klima hija
parti integrali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna. Il-politika dwar
il-klima tal-UE hija bbażata fuq is-suq tal-karbonju mal-UE kollha
(l-iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet), miri
għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra ambizzjużi iżda ġusti għas-setturi
barra s-sistema tal-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet u politika
tal-enerġija li tagħmel l-Unjoni Ewropea fuq quddiem nett
fl-enerġija rinnovabbli. Politika
ambizzjuża dwar il-Klima tal-UE Il-ftehim dwar il-qafas dwar il-klima u
l-enerġija 2030 iddefinixxa l-impenn tal-UE ta’ mill-inqas 40 %
tat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta mqabbla
mal-1990. Dan hija kontribuzzjoni ambizzjuża għan-negozjati
internazzjonali dwar il-klima sabiex jintlaħaq ftehim vinkolanti dwar
il-klima fl-2015. Din il-kontribuzzjoni hija spjegata fil-komunikazzjoni
fit-Triq lejn Pariġi, ippreżentata fl-istess ħin bħal dan
il-Qafas Strateġiku tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-Kummissjoni, flimkien
mal-Istati Membri, se timpenja ruħha ma’ ekonomiji ewlenin oħra biex
tikkonvinċihom jingħaqdu fl-ambizzjoni tal-Ewropa. Se tagħmel
dan permezz ta' diplomazija tal-klima Ewropea attiva li tagħmel użu
sħiħ mill-kummerċ u l-istrumenti tal-iżvilupp. Il-pedament tal-politika dwar il-klima
tal-Ewropa hija skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li taħdem
sew. Bħala riżultat tar-Riżerva tal-Istabilità tas-Suq u
l-miżuri meħtieġa biex tintlaħaq iż-żieda
fl-ambizzjoni deċiża fil-qafas 2030, is-Sistema tal-UE
għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet se tagħti prezz
sinifikanti fuq l-emissjonijiet tal-karbonju u tistimula tnaqqis
kosteffiċjenti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.
Il-Kummissjoni Ewropea trid li s-sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti
tal-Emissjonijiet taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha bħala sewwieq
newtrali għat-teknoloġija, kosteffettiv u preżenti fl-UE kollha
għal investimenti b’użu baxx tal-karbonju. Permezz tal-formazzjoni
tal-prezzijiet tagħha fil-livell tal-UE ssaħħaħ
il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u tistimula l-użu ta’
enerġija rinovabbli u b’użu baxx tal-karbonju u teknoloġiji
effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Politiki li jevitaw
ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom jirriflettu
l-livell ta’ sforzi li saru f’ekonomiji kbar oħra. Għas-setturi li mhumiex inklużi
fl-skema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, miri
nazzjonali għad iridu jiġu stabbiliti u s-settur tal-art u
tal-forestrija se jkunu inkorporati fil-qafas tal-UE 2030, filwaqt li jiġi
żgurat li dawn is-setturi wkoll se jkollhom l-inċentivi t-tajbin biex
jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u jikkontribwixxu
għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Li ssir l-ewwel f’enerġiji rinnovabbli L-Unjoni Ewropea hija impenjata li li ssir
il-mexxej dinji fl-enerġija rinnovabbli, iċ-ċentru globali fejn
tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ enerġiji
rinnovabbli teknikament avvanzati u kompetittivi. L-UE stabbiliet mira tal-UE
ta’ mill-inqas 27 % għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli
kkunsmata fl-UE fl-2030. L-UE diġà qiegħda fit-triq it-tajba
biex tilħaq il-mira tagħha għall-2020 ta’ 20 % ta’
enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tagħha,
l-ispejjeż għall-kapaċità fotovoltajċi u tar-riħ
ġodda naqsu b’mod sinifikanti l-aktar minħabba l-impenn tal-UE f’dan
il-qasam, u fir-riforma tal-iskemi ta’ appoġġ għal aktar tnaqqis
fl-ispejjeż miexi sew. Iżda sabiex tintlaħaq il-mira ta’
27 %, iridu jiġu ffaċċjati sfidi ġodda. L-integrazzjoni progressiva u effiċjenti
ta’ produzzjoni rinnovabbli f’suq kompetittiv li jippromwovi l-enerġija
rinnovabbli u jmexxi l-innovazzjoni, is-swieq tal-enerġija u l-grilji
għandhom ikunu tajba għal sorsi li jiġġeddu[25].
Il-leġiżlazzjoni eżistenti u regoli ġodda fis-suq
jeħtieġu li jiġu implimentati bis-sħiħ, li jippermettu
t-twettiq ta’ teknoloġiji ġodda tal-grilji intelliġenti u
effiċjenti ta’ rispons għad-domanda tat-tranżizzjoni
tal-enerġija. F’konformità mal-linji gwida dwar
l-Għajnuna Ambjentali u tal-Enerġija, il-produzzjoni rinnovabbli
għandħa tiġi appoġġata permezz ta’ skemi bbażati
fuq is-suq li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jiżguraw
il-kosteffettività u jevitaw kumpens żejjed jew distorsjoni. Finanzjament
bi spejjeż baxxi għal rinnovabbli ta’ kapital intensiv jiddependi fuq
li jkun hemm qafas ta’ investiment stabbli li jnaqqas ir-riskju regolatorju..
Dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-fiduċja
tal-investituri u biex jiġbdu lejhom investimenti minn fondi
internazzjonali, promoturi ta’ proġett fuq skala kbira u kooperattivi u
unitajiet domestiċi f’qafas ibbażat fuq is-suq u li jżomm
l-ispejjeż kapitali baxxi. Il-Kummissjoni se tiffaċilita
l-kooperazzjoni[26]
u l-konverġenza tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali li jwassal
għal aktar ftuħ transkonfinali permezz ta’ diskussjonijiet fil-fond
mal-Istati Membri fuq il-Gwida rispettiva tal-Kummissjoni[27] u l-Linji Gwida dwar
l-Għajnuna Ambjentali u tal-Enerġija. Deċiżjonijiet ta’ investiment
fl-elettriku rinnovabbli għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi
fiżiċi u d-disponibilità tar-riżorsi mal-grilja;
aċċettazzjoni mill-pubbliku; il-post tal-konsum u l-ostakli amministrattivi.
Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi ġodda, b’mod
partikolari l-interkonnessjonijiet, jeħtieġ li jnaqqas l-ispiża
tal-integrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fis-suq intern tal-enerġija. Jeħtieġ li l-UE tinvesti f’karburant
alternattivi avvanzat, sostenibbli, inklużi proċessi ta’ produzzjoni
tal-bijokarburanti, u fil-bijoekonomija b’mod aktar ġenerali. Dan
jippermettilna nżommu t-tmexxija teknoloġika u industrijali u
nilħqu l-objettivi dwar il-bidla fil-klima. L-UE teħtieġ ukoll
li tikkunsidra l-impatt tal-bijoenerġija fuq l-ambjent, l-użu tal-art
u l-produzzjoni tal-ikel. Il-pjan ta’ investiment tal-UE, kif ukoll sorsi
oħra ta’ finanzjament tal-UE, jistgħu jgħinu sabiex jiġi
żgurat il-finanzjament meħtieġ. 2.5. Unjoni tal-Enerġija
għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kompetittività Strateġija ġdida
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) għandha tingħata
post fil-qalba tal-Unjoni tal-Enerġija. Jekk l-Unjoni Ewropea
tal-Enerġija trid tkun in-numru wieħed fl-enerġija rinnovabbli,
għandha tmexxi l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji
rinnovabbli kif ukoll is-soluzzjonijiet ta’ ħażna. Bl-istess mod, li l-UE tkun fuq quddiem nett
ta’ grilji intelliġenti u ta’ teknoloġija tad-dar intelliġenti,
trasport nadif, kif ukoll karburant fossili nodfa u l-ġenerazzjoni
nukleari dinjija l-iktar sikura, huwa ċentrali biex tkun possibbli li
l-Unjoni tal-Enerġija tkun mutur għat-tkabbir, l-impjiegi u
l-kompetittività. Għalkemm sar progress importanti
fit-titjib tal-effettività ta’ programmi ta’ riċerka tal-Ewropa, għad
jista’ jsir ħafna aktar. Għadna 'l bogħod minn riċerka
kkoordinata u ffukata bis-sħiħ, li tukkombina b’mod effettiv
il-programmi tal-UE u tal-Istati Membri madwar għanijiet komuni u
riżultati tanġibbli. Jekk irridu niksbu l-għanijiet tagħna,
għandna bżonn niżguraw l-ogħla riżultati possibbli
minn kull Euro investit madwar l-UE kollha. Dan ifisser li jittieħed
approċċ integrat biex joħloq sinerġiji; ħidma flimkien
biex nikkoordinaw l-isforzi u jinkisbu r-riżultati; l-iżgurar ta'
rabtiet aktar effettivi bejn ir-riċerka u l-industrija biex b’hekk
jitwasslu t-teknoloġiji l-ġodda fis-suq fl-UE. Sabiex jintlaħaq dan, l-approċċ
il-ġdid għar-Riċerka u Zvilupp Ewropea fl-Enerġija[28] għandha
tħaffef it-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Dan għandu
jibni fuq Orizzont 2020 u jinvolvi l-Istati Membri kollha, il-partijiet
interessati u l-Kummissjoni. L-azzjonijiet għandhom ikunu miġbura
madwar dawn l-erba’ prijoritajiet ewlenin, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni
għandhom jikkommettu: –
Li tkun fuq quddiem nett fid-dinja fl-iżvilupp
ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tal-ġenerazzjoni li
jmiss li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, inkluż fil-produzzjoni
u l-użu tal-bijomassa u l-bijofjuwils, flimkien mal-ħażna
tal-enerġija; –
L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni
tal-konsumaturi fit-tranżizzjoni tal-enerġija intelliġenti
permezz ta’ grids intelliġenti, tagħmir tad-dar intelliġenti,
bliet intelliġenti, u sistemi tal-awtomazzjoni fid-djar; –
Sistemi effiċjenti fl-enerġija, u
l-użu tat-teknoloġija biex jagħmlu tal-istokk tal-bini newtrali
fl-enerġija, u –
Sistemi ta' trasport aktar sostenibbli li
jiżviluppaw u jużaw fuq skala kbira teknoloġiji u servizzi
innovattivi biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jitnaqqsu
l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra. Barra minn dawn l-erba’ prijoritajiet komuni,
hemm aktar prijoritajiet ta’ riċerka li jistħoqqilhom livell
ħafna ogħla ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk l-Istati
Membri li jridu jużaw dawn it-teknoloġiji: –
Approċċ li jħares’ il quddiem
għall-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (carbon capture and storage,
CCS) u l-qbid u użu tal-karbonju (carbon capture and use, CCU)
għas-setturi tal-enerġija kif ukoll is-settur industrijali, li se
jkun kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-klima tal-2050 b’mod
kosteffettiv. Dan se jirrikjedi qafas ta’ politika ta’ abilitazzjoni,
inkluż riforma tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet
u l-Fond ta’ Innovazzjoni l-Gdid, biex jiżdiedu l-kummerċ u
ċ-ċarezza għall-investituri, li huwa meħtieġ biex
tiġi żviluppata aktar din it-teknoloġija. –
L-enerġija nukleari bħalissa
tipproduċi kważi 30 % tal-elettriku tal-UE[29].
L-UE għandha tiżgura li l-Istati Membri jużaw l-ogħla
standards ta’ sikurezza, ġestjoni tal-iskart u nonproliferazzjoni. L-UE
għandha wkoll tiżgura li żżomm it-tmexxija teknoloġika
fil-qasam nukleari, inkluż permezz ta’ ITER[30],
sabiex ma tiżdiedx id-dipendenza tal-enerġija u t-teknoloġija. Tranżizzjoni misjuqa mill-innovazzjoni
għal ekonomija b’użu baxx tal-karbonju toffri opportunitajiet kbar
għal tkabbir u impjiegi. Se jfeġġu setturi ġodda
tan-negozju, mudelli ġodda ta’ negozju u opportunitajiet ġodda ta’
xogħol. It-tmexxija teknoloġika għandha tiġi segwita minn
żvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni industrijali jew ktajjen
tal-provvista tat-teknoloġija fl-Ewropa kollha. Dan jeħtieġ li
jinġabru flimkien ir-riċerka, l-industrija, is-settur
tal-finanzjament u l-awtoritajiet pubbliċi. Strateġija industrijali
effiċjenti fuq dawn il-linji tippermetti lill-industrija tal-UE
tibbenefikaw mill-vantaġġ ta’ min jagħmel l-ewwel mossa, kemm
domestikament kif ukoll fi swieq internazzjonali tat-teknoloġija,
bl-effetti pożittivi fuq il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kummissjoni se tesplora kif l-akkwist
pubbliku jista’ jisfrutta l-potenzjal tagħha li taġixxi bħala
katalista għal innovazzjoni industrijali u tan-negozju, u tkabbir
ekoloġiku kemm fl-UE kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Se
tagħmel użu sħiħ mill-politika kummerċjali tal-UE biex
ittejjeb l-aċċess għas-swieq barranin għal teknoloġiji
u servizzi relatati mal-Unjoni tal-Enerġija kif ukoll biex jiġi
protett is-suq tal-UE minn prattiki kummerċjali inġusti, u
tappoġġja pajjiżi oħra fl-isforzi tagħhom biex
jistabbilixxu sistemi ta’ enerġija moderni u sostenibbli. Il-Kummissjoni
se taħdem mal-Istati Membri u r-reġjuni biex jiġu żgurati
sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-UE u biex jiġi sfruttat
il-potenzjal sħiħ tal-finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni
għall-innovazzjoni. Il-bidla tfisser ukoll li xi setturi, mudelli
ta’ negozju jew profili tal-impjiegi ser ikollhom jadattaw. Passaġġi
vokazzjonali u ta’ taħriġ ieħor għal profili
tax-xogħol ġodda jew adattati għandhom jiġu stabbiliti, li
jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ġodda ta’ negozju u li
jipprovdu lin-nies b’ħiliet professjonali tajba. It-tranżizzjoni
tal-enerġija li hija xierqa u ġusta għalhekk teħtieġ
taħriġ mill-ġdid jew il-bini tal-ħiliet tal-impjegati
f’ċerti setturi u, fejn meħtieġ, miżuri soċjali
fil-livell xieraq. Għarfien u esperjenza diretta tal-imsieħba soċjali
huma kruċjali f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni se tinforma lis-sħab soċjali
u tistedinhom sabiex jinkludu t-tranżizzjoni tal-enerġija fi djalogu
soċjali tagħhom fil-livell Ewropew. 3. Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija L-Unjoni
tal-Enerġija teħtieġ ukoll governanza integrata u l-proċess
ta’ monitoraġġ, biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet marbutin
mal-enerġija fil-livell Ewropew, reġjonali, nazzjonali u dak lokali
kollha jikkontribwixxu għal objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
Il-proċess ta’ governanza għandu jservi dawn l-objettivi li ġejjin: -
iġib flimkien l-enerġija u l-azzjonijiet dwar
il-klima kif ukoll azzjonijiet f’oqsma ta’ politika rilevanti oħrajn, li
jwassal għal aktar koerenza tal-politika u fuq medda itwal ta’ żmien.
Dan jipprovdi wkoll gwida u ċertezza fit-tul għall-investituri; -
implimentazzjoni sikura tas-suq intern tal-enerġija u
t-twassil tal-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija, b’mod partikolari
għall-implimentazzjoni tal-miri 2030 miftiehma dwar l-enerġija
rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, is-Sistema tal-Iskambju
ta' Kwoti tal-Emissjonijiet u l-interkonnetturi; -
simplifikazzjoni
tal-ippjanar attwali u r-rekwiżiti ta’ rappurtar, biex jiġi evitat
piż amministrattiv żejjed; -
involviment
ta' djalogu dwar l-enerġija ma’ partijiet interessati għat-tfassil
tal-politika u l-appoġġ għall-involviment attiv
fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija; -
kooperazzjoni
iktar profonda bejn Stati Membri, inkluż fuq livell reġjonali, u
mal-Kummissjoni; -
titjib
tad-dejta, ta’ analiżi u ta’ intelligenza meħtieġa biex jirfdu
l-Unjoni tal-Enerġija billi tiġbor flimkien għarfien rilevanti u
tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet kollha interessati, u -
rappurtar
annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-Istat tal-Unjoni
tal-Enerġija sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin u biex
jiġi ggwidat id-dibattitu ta’ orjentazzjoni. Il-Kummissjoni
se tniedi proċess dinamiku ta’ governanza tal-Unjoni Ewropea dwar l-Unjoni
tal-Enerġija Ewropea. Filwaqt li se jkun hemm rabtiet ċari bejn dan
il-proċess ta’ governanza u s-Semestru Ewropew, iż-żewġ proċessi
se jkunu ġestiti b’mod separat. 4. It-twettiq tal-Unjoni tal-enerġija Il-kisba
tal-Unjoni tal-Enerġija tfisser it-twassil fuq l-azzjonijiet deskritti
f’din l-istrateġija, li huma miġbura fil-qosor fil-15-il punt hawn
taħt. Il-pjan direzzjonali mehmuż li juri l-inizjattivi kollha li se
jiġi żviluppat bħala parti mill-Istrateġija, bi skeda
ċara għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni kif ukoll
ir-responsabilitajiet rispettivi. Il-Kummissjoni tqis dawn bħala marbuta
ma’ xulxin, indispensabbli u konsistenti mal-livell ta’ ambizzjoni li l-UE
teħtieġ biex tittrasforma s-sistema tal-Enerġija tal-Ewropa. L-implimentazzjoni
b’suċċess tiddependi fuq l-impenn politiku tal-atturi kollha
kkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri,
il-Bank Ewropew tal-Investiment u partijiet interessati oħra, inkluż
fil-livell reġjonali u lokali, b’konformità mal-prinċipji
tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-UE għandha
tkun tista’ tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija, taħtaf
opportunitajiet ġodda u tantiċipa u tadatta għal xejriet futuri.
Kull meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni se tuża d-dritt
tagħha ta’ inizjattiva biex tistabilixxi rispons xieraq għal
avvenimenti. Il-Kummissjoni
tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw din
l-istrateġija biex titwettaq l-Unjoni tal-Enerġija u biex ikunu
impenjati b’mod attiv fl-implimentazzjoni tagħha, f’kooperazzjoni
mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha. * * * L-Unjoni tal-Enerġija fi 15-il punt ta’ azzjoni 1. L-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar strett tal-leġiżlazzjoni tal-enerġija eżistenti u dik relatata hija l-ewwel prijorità biex tiġi stabbilita Unjoni tal-Enerġija. Ø Il-Kummissjoni se tuża l-istrumenti kollha biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija, b’mod partikolari t-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija, u se tinforza b’mod strett ir-regoli tal-kompetizzjoni fit-Trattat. 2. L-UE teħtieġ li tiddiversifika l-provvista tal-gass tagħha u ssir aktar reżiljenti għal interruzzjonijiet fil-provvista. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi pakkett ta’ reżistenza u ta’ diversifikazzjoni għall-gass fl-2015-2016 billi tirrevedi tar-Regolament eżistenti dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Ø Il-Kummissjoni se tħejji strateġija komprensiva għal gass naturali likwidu (LNG) u l-ħażna tiegħu, u Ø Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa aċċess għal fornituri alternattivi, inkluża rotta tal-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar, il-Mediterran u l-Alġerija, sabiex jonqsu d-dipendenzi eżistenti fuq fornituri individwali. 3. Ftehimiet intergovernattivi għandhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-UE u jkunu aktar trasparenti. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tad-Deċiżjoni dwar il-Ftehimiet Intergovernattivi fl-2016 biex tiġi żgurata l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-UE qabel ma jiġu nnegozjati l-ftehimiet, jinvolvu lill-Kummissjoni f’dawn in-negozjati, jiġu żviluppati klawżoli kuntrattwali standard li jkopru r-regoli tal-UE u kuntratti ta’ provvista ta’ gass kummerċjali jsiru aktar trasparenti. 4. L-infrastruttura adegwata hija prerekwiżit għat-tlestija tas-suq tal-enerġija, l-integrazzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista. Ø Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura kbar, b’mod partikolari Proġetti ta’ Interess Komuni, permezz tal-mezzi finanzjarji disponibbli, pereż. il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi futur biex jinkiseb il-finanzjament privat u pubbliku meħtieġ. Ø Il-Kummissjoni se tiġbor flimkien l-informazzjoni dwar proġetti ta’ infrastruttura ffinanzjati mill-UE biex iġġib aktar koerenza u biex jiġi massimizzat l-impatt tagħhom. Ø Il-Kummissjoni se toħloq Forum dedikat għall-Infrastruttura tal-Enerġija biex jiġi diskuss il-progress dwar proġetti kbar tal-infrastruttura mal-Istati Membri, gruppi ta’ kooperazzjoni reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE. Dan se jiltaqa’ għall-ewwel darba fi tmiem l-2015. 5. Il-ħolqien ta’ suq tal-enerġija intern mingħajr xkiel li jibbenefika liċ-ċittadini, l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, l-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli fis-suq u r-rimedju tal-iżvilupp tal-kapaċità li attwalment mhijiex ikkoordinata ta’ mekkaniżmi ta’ kapaċità fl-Istati Membri jsejħu għal reviżjoni tat-tfassil attwali tas-suq. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-2016. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi disinn ġdid tas-suq tal-elettriku Ewropew fl-2015, li se jkun segwit minn proposti leġiżlattivi fl-2016. 6. Il-qafas regolatorju stabbilit permezz tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija għandu jiġi żviluppat aktar biex iwassal -suq intern tal-enerġija bla xkiel għaċ-ċittadini u l-kumpaniji. Ø Il-Kummissjoni ser tirrevedi l-qafas regolatorju, b’mod partikolari l-funzjonament mal-ACER u l-ENTSOs, fl-2015-2016 u se tipproponi azzjonijiet adatti biex issaħħaħ il-qafas regolatorju Ewropew. 7. Approċċi reġjonali għall-integrazzjoni tas-suq huma parti importanti mill-mixja lejn suq tal-enerġija integrat kompletament madwar l-UE. Ø Il-Kummissjoni se tiżviluppa gwida dwar il-kooperazzjoni reġjonali u tipparteċipa b’mod attiv f’korpi reġjonali ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati. 8. Aktar trasparenza dwar l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll fuq il-livell ta’ appoġġ pubbliku se ttejjeb l-integrazzjoni tas-suq u l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet li jfixklu s-suq intern. Ø Il-Kummissjoni se tipproduċi rapporti kull sentejn dwar il-prezzijiet tal-enerġija, tanalizza fil-fond ir-rwol ta’ taxxi u sussidji u tfittex it-tneħħija gradwali ta’ prezzijiet regolati taħt il-kost. Ø Fil-livelli nazzjonali u lokali, għandha tittieħed azzjoni biex jiġu protetti l-klijenti vulnerabbli permezz tal-politika soċjali. 9. L-UE stabbilixxiet għaliha nnfisha l-mira li jintlaħaq mill-inqas 27 % ifrankar tal-enerġija sal-2030. Ø Fl-2015 u l-2016, il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-effiċjenza fl-enerġija u se tipproponi reviżjonijiet, fejn meħtieġ, biex jirfdu l-mira għall-2030. Ø L-stati Membri u r-reġjuni għandhom jagħmlu aktar użu mill-fondi Ewropej għar-rinovazzjoni ta’ djar. 10. Il-bini għandu potenzjal kbir għal żieda fl-effiċjenza tal-enerġija. L-attrezzar mill-ġdid ta’ bini eżistenti sabiex isiru effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’użu sħiħ tat-tisħin u t-tkessiħ tal-ispazju sostenibbli se titnaqqas l-ispiża għall-importazzjoni tal-enerġija tal-UE, tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija fid-djar u n-negozji. Ø Il-Kummissjoni se tiżviluppa l-inizjattiva “Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti” għal bini eżistenti biex isiru aktar effiċjenti, filwaqt li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal strumenti ta’ finanzjament eżistenti. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi strateġija biex jiġi ffaċilitat l-investiment fit-tisħin u t-tkessiħ. 11. L-UE għandha bżonn tħaffef l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni fis-settur tat-trasport, il-bidla għal karburant alternattivi progressiva tagħha u l-integrazzjoni ta’ sistemi tal-enerġija u tat-trasport. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi pakkett komprensiv tat-trasport fit-toroq li jippromwovu pprezzar aktar effiċjenti ta’ infrastruttura, l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ trasport intelliġenti u t-tisħiħ tal-effiċjenza fl-enerġija. Ø Il-Kummissjoni se tieħu aktar azzjoni biex toħloq kundizzjonijiet tajbin tas-suq għal aktar użu ta’ karburant alternattiv u biex tkompli tippromwovi l-akkwist ta’ vetturi nodfa. Dan se jitwassal permezz ta’ taħlita ta’ miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali, bl-appoġġ tal-UE. 12. L-UE qablet dwar qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 fil-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru. Din issa jrid jiġi implimentat. L-UE se tipprovdi kontribut ambizzjuż għan-negozjati internazzjonali dwar il-klima. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni sabiex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-gassijiet serra maqbul fil-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 kemm fis-Sistema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet kif ukoll fis-setturi barra s-Sistema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet. 13. L-UE qablet mal-objettiv ta’ mill-inqas 27 % fil-livell tal-UE għall-enerġija rinnovabbli sal-2030. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi Pakkett ġdid dwar l-Enerġija Rinnovabbli fl-2016-2017. Dan se jinkludi politika ġdida tal-bijomassa u l-bijofjuwils sostenibbli kif ukoll leġiżlazzjoni biex tiżgura li tintlaħaq il-mira tal-UE għall-2030 b’mod kosteffikaċi. 14. L-UE teħtieġ li tiżviluppa u strateġija ta' Riċerka u Żvilupp tal-enerġija u relatata mal-klima li tħares’ il quddiem biex tinżamm it-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa u tespandi l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni. Ø Il-Kummissjoni se tipproponi approċċ ta' Riċerka u Żvilupp Ewropew tal-Enerġija, li jinkludi Pjan Strateġiku ta' Teknoloġija tal-Enerġija u aġenda strateġika ta' Riċerka u Żvilupp għat-trasport, b’numru limitat ta’ prijoritajiet essenzjali u objettivi ċari, fl-2015-2016. Ø Il-Kummissjoni se tiżviluppa inizjattiva dwar it-tmexxija tat-teknoloġija u l-innovazzjoni globali dwar l-enerġija u l-klima biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir. 15. L-UE se tuża l-istrumenti kollha ta' politika esterna biex tiżgura li UE b'saħħitha u unita timpenja ruħha b'mod kostruttiv mal-imsieħba tagħha u titkellem b'vuċi waħda dwar l-enerġija u l-klima. Ø Il-Kummissjoni, flimkien mar-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President u l-Istati Membri se tagħti ħajja ġdida lid-diplomazija tal-enerġija u l-klima tal-UE. Ø Il-Kummissjoni, flimkien mar-Rappreżentant Għoli/Viċi President, se tiżviluppa aġenda attiva għat-tisħiħ tal-koperazzjoni tal-enerġija tal-UE ma' pajjiżi terzi, inkluż dwar enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika. Ø Il-Kummissjoni se tagħmel użu sħiħ mill-politika kummerċjali barranija tal-UE biex tippromwovi aċċess għar-riżorsi tal-enerġija u swieq barranin għat-teknoloġija u s-servizzi tal-enerġija Ewropea. [1] Il-Komunikazzjoni "L-Effiċjenza Enerġetika u
l-kontribut tas-sigurtà tal-enerġija u l-Qafas 2030 għall-politika
dwar il-klima u l-enerġija", COM(2014) 520. [2] L-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tal-Enerġija, COM
(2014) 330. [3] Estimi tal-Kummissjoni L-Aġenzija Internazzjonali
tal-Enerġija (IEA) tistma li EUR 1,3 biljun huma meħtieġa
sal-2025 f’ġenerazzjoni, trasport u distribuzzjoni. [4] Il-kalkoli tad-DĠ Enerġija bbażati fuq
ir-rapporti tas-suq Platts u d-dejta tal-IEA għall-ewwel nofs tal-2014. [5] Eur'Observeur 2014 report. [6] Meta mqabbel mat-32 % tas-sehem tal-UE tal-privattivi
globali ġenerali. [7] UNEP-BNEF Global Trends in Renewable Energy Investments 2014. [8] COM(2014) 330. [9] It-tmexxija tal-UE se tkompli tmexxi 'l quddiem titjib
fl-istandards u l-effiċjenza fuq livell globali, tnaqqas il-konsum
taż-żejt fil-futur u b’hekk id-dipendenza tal-UE. [10] Id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill
tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri
biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux
maħdum u / jew ta' prodotti petroliferi. [11] COM(2014) 654 finali. [12] Ara l-Komunikazzjoni “Li jsir l-aħjar użu ta’ interventi
pubbliċi”, C(2013) 7243. [13] Inizjattivi bħal “kummerċ fi prodotti
ekoloġiċi” se jgħinu biex jippromwovu prodotti li jgħinu
biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, li huma ta’
benefiċċju għall-ambjent u joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir
fl-UE. [14] Id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE li tistabbilixxi
mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet
intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam
tal-enerġija. [15] Dan l-aġġornament se jinkludi Proġetti
strateġiċi ta' Enerġija ta' Interess Komunitarju (Projects of
Energy Community Interest, PECIs) li huma importanti biex itejbu s-sigurtà
tal-provvista tal-Unjoni tal-Enerġija, jekk ikunu wkoll konformi
mal-kriterji biex isiru PCIs. [16] Il-pjan ta’ investiment tal-UE, COM(2014) 903. [17] Eżempji ta’ dan jistgħu jkunu deċiżjonijiet
relatati ma’ infrastruttura ġdida li taffettwa aktar minn żewġ
Stati Membri, dwar eżenzjonijiet minn flussi fiżiċi
bidirezzjonali skont ir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass,
allokazzjonijiet tal-ispejjeż transfruntiera skont ir-Regolament TEN-E jew
simili. [18] Ara l-Komunikazzjoni “Li jsir l-aħjar użu ta’ interventi
pubbliċi”, C(2013) 7243. [19] Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u
l-enerġija (EEAG), ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1-55. [20] L-applikazzjoni tal-EEAG għall-iskemi ta’ appoġġ
approvati sa issa llimita parzjalment l-effetti ta’ frammentazzjoni,
madankollu, hemm bżonn ta’ aktar azzjoni. [21] Ara l-Pjan direzzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu
tar-riżorsi (COM(2011) 571) u Il-Komunikazzjoni tal-2012 dwar is-suq
intern tal-enerġija (COM(2012) 663), b'konformità mal-impenn tal-G20. [22] Ara r-rapport “Valutazzjoni komparattiva tal-utilizzazzjoni
tal-metraġġ intelliġenti fl-UE-27 b’enfasi fuq l-elettriku”,
COM(2014) 356. [23] Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 642/2014 li jistabbilixxi
l-Impriża Konġunta Shift2Rail. [24] Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istallazzjoni ta' infrastruttura
tal-karburanti alternattivi. [25] Biex is-swieq ikunu adattati għal sorsi ta’ enerġija
rinnovabbli tfisser li swieq ta’ terminu qasir jeħtieġu li
jiżviluppaw f'funzjonament profond, likwidu u fil-ħin reali. Grilji
tal-enerġija eżistenti mfassla u ta’ spiss ġestiti għal
produzzjoni tal-enerġija konvenzjonali f'ambitu nazzjonali huma
subottimali għal futur fejn il-provvista minn sorsi rinnovabbli se isir
dejjem aktar importanti u fejn l-ibbilanċjar huwa meħtieġa biex
tiġi kkumpensata l-varjabilità inerenti tagħhom. [26] Bosta Stati Membri qed jikkunsidraw li jużaw
il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni mid-Direttiva dwar l-Enerġija
Rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tagħhom b’mod
kosteffikaċi. Il-Kummissjoni appoġġat dan il-proċess billi
għenet lill-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet għal
kwistjonijiet tekniċi u finanzjarji relatati ma’ dawn il-mekkaniżmi
transkonfinali. [27] Gwida tal-Kummissjoni Ewropea għat-tfassil ta’ skemi ta’
sostenn għall-enerġija rinnovabbli, SWD(2013) 439; Gwida dwar
l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fl-enerġija rinovabbli,
SWD(2013) 440. [28] Dan għandu jinkludi aġġornament tal-Pjan
Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija u aġenda
Riċerka u Żviluppgħat-trasport strateġiku. [29] Ara l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea tal-Enerġija,
COM(2014) 330. Pjan Direzzjonali għall-Unjoni dwar
l-Enerġija Taqsiriet Użati: SoS: Sigurtà
tal-Provvista / IEM: Is-suq Intern tal-Enerġija / EE: Effiċjenza
Enerġetika / GHG: Gassijiet b’effett ta’ serra / R&I: Riċerka u
Innovazzjoni Azzjonijiet || Il-parti responsabbli || Skeda ta' żmien || SoS || IEM || EE || GHG || R&I L-Infrastruttura || || || || || || || L-implimentazzjoni effettiva tal-mira ta’ 10 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku || Il-Kummissjoni L-Istati Membri L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali L-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni || 2015-20 || X || X || || X || It-tieni lista ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCI) - li twassal għal Att iddelegat tal-Kummissjoni || Il-Kummissjoni L-Istati Membri || 2015 || X || X || || X || Komunikazzjoni dwar il-progress lejn it-tlestija tal-lista tal-aktar infrastrutturi vitali tal-enerġija u dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 15 % ta’ interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 || Il-Kummissjoni || 2016 || X || X || || || Il-Ħolqien ta’ Forum tal-Infrastruttura tal-Enerġija || Il-Kummissjoni L-Istati Membri || 2015 || X || X || || || L-Elettriku || || || || || || || Inizjattiva dwar id-disinn tas-suq u s-swieq reġjonali tal-elettriku u koordinazzjoni tal-kapaċitajiet li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, l-ixprunar tal-kummerċ transfruntier u l-iffaċilitar tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli || Il-Kummissjoni || 2015-2016 || X || X || X || X || Reviżjoni tad-Direttiva dwar miżuri sabiex ikun hemm salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku || Il-Kummissjoni || 2016 || X || X || || X || Is-Settur tal-Konsumatur || || || || || || || Patt Ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija: L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi, l-użu tar-Rispons tad-Domanda; l-użu tat-teknoloġija intelliġenti; tinħoloq rabta bejn is-swieq bl-ingrossa u dawk bl-imnut; Tneħħija gradwali ta’ prezzijiet irregolati; miżuri ta' appoġġ sabiex jitħarsu l-konsumaturi vulnerabbli || Il-Kummissjoni L-Istati Membri || 2015-2016 || || X || X || X || X Il-Gass || || || || || || || Reviżjoni tar-Regolament dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass || Il-Kummissjoni || 2015-2016 || X || X || || || Strateġija dwar il-Gass Naturali Likwidu u l-ħażna tiegħu || Il-Kummissjoni || 2015-2016 || X || || || || Il-Qafas regolatorju || || || || || || || Reviżjoni tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-qafas regolatorju tal-enerġija || Il-Kummissjoni || 2015-16 || X || X || || X || Is-Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli || || || || || || || Pakkett dwar l-Enerġija Rinnovabbli: li jinkludi Direttiva ġdida dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-2030; l-aħjar prattiki għall-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u għall-iskemi ta’ appoġġ għaliha; politika tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija. || Il-Kummissjoni || 2015-2017 || X || X || || X || Komunikazzjoni dwar Skart f'Enerġija || Il-Kummissjoni || 2016 || X || || || X || L-Azzjoni dwar il-Klima || || || || || || || Proposta leġiżlattiva biex tiġi riveduta s-Sistema Komunitarja għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, 2021-2030 || Il-Kummissjoni || 2015 || X || X || || X || Proposti leġiżlattivi dwar id-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforzi u l-inklużjoni tal-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) fil-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 || Il-Kummissjoni || 2016 || || || || X || L-Azzjonijiet tat-trasport || || || || || || || Prezzijiet ġusti u effiċjenti għal trasport sostenibbli – reviżjoni tad-Direttiva "Eurovignette" u qafas sabiex jippromwovi l-ġbir elettroniku tan-nollijiet fuq livell Ewropew || Il-Kummissjoni || 2016 || || || X || X || Reviżjoni tar-regoli dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika || Il-Kummissjoni || 2016 || || || X || X || Pjan Ewlieni għall-użu ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi || Il-Kummissjoni L-Istati Membri L-Industrija || 2016 || || || X || X || X Reviżjoni ta’ Regolamenti li jistabbilixxu standards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet sabiex ikunu stabbiliti miri għal wara l-2020 għal karozzi u vannijiet || Il-Kummissjoni || 2016 - 2017 || || || X || X || X Li tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għal vetturi heavy-duty (trakkijiet u karozzi tal-linja) bil-ħsieb li jittejjeb it-tagħrif tax-xerrej || Il-Kummissjoni || 2016-2017 || || || X || X || X Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Promozzjoni ta’ Vetturi tat-Trasport bit-Triq Nodfa u Effiċjenti fl-Użu tal-Enerġija || Il-Kummissjoni || 2017 || || || X || X || Komunikazzjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, li tinkludi pjan ta’ azzjoni dwar il-bijofjuwils tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni u fjuwils alternattivi u sostenibbli oħra || Il-Kummissjoni || 2017 || || || X || X || X L-Effiċjenza enerġetika || || || || || || || Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika || Il-Kummissjoni || 2016 || X || || X || X || X Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Bini f'termini ta' Enerġija li tinkludi l-inizjattiva għall-Finanzjament Għaqli għal Bini Intelliġenti || Il-Kummissjoni || 2016 || X || || X || X || X Reviżjoni tal-qafas tal-effiċjenza fl-enerġija għal prodotti (id-Direttiva dwar l-Ittikkettjar tal-Enerġija u d-Direttivi dwar l-Ekodisinn) || Il-Kummissjoni || 2015 || X || || X || X || X Tisħiħ tal-użu mmirat tal-istrumenti finanzjarji sabiex ikunu appoġġjati l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija || Il-Kummissjoni || 2015 - || || || X || X || It-Tisħin u t-Tkessiħ || || || || || || || Strateġija tal-UE għat-Tisħin – il-kontribut tat-tisħin u t-tkessiħ għat-twettiq tal-għanijiet tal-UE dwar l-enerġija u l-klima || Il-Kummissjoni || 2015 || X || X || X || X || X Il-Politika Esterna dwar il-Klima u l-Enerġija || || || || || || || Id-diplomazija fil-linji ta' politika tal-UE għall-Enerġija u l-Klima || Il-Kummissjoni HR/VP L-Istati Membri || 2015 || X || X || || X || X Reviżjoni tad-Deċiżjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija || Il-Kummissjoni HR/VP || 2016 || X || X || || || Djalogi dwar l-enerġija ġodda u msaħħin ma’ pajjiżi ta’ importanza għall-politika tal-enerġija tal-UE || Il-Kummissjoni HR/VP || 2015 - || X || X || X || X || X Memorandum ta’ Ftehim dwar sħubija strateġika aġġornata mal-Ukraina || Il-Kummissjoni HR/VP Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill || 2015 || X || X || || || Memorandum ta’ Ftehim trilaterali dwar il-pipelines Trans-Kaspju mal-Ażerbajġan u t-Turkmenistan || Il-Kummissjoni HR/VP Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill || 2015 || X || X || || || Inizjattiva sabiex tissaħħaħ il-Komunità tal-Enerġija || Il-Kummissjoni Il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija HR/VP || 2015 || X || X || || || Li tissaħħaħ il-kooperazzjoni Euromed dwar il-gass, l-elettriku, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli || Il-Kummissjoni HR/VP || 2015-2016 || X || X || || || L-adozzjoni u l-iffirmar tal-Karta tal-Enerġija internazzjonali ġdida f’isem l-UE u l-EURATOM || Il-Kummissjoni HR/VP || 2015 || X || X || || || Il-kompetittività industrijali || || || || || || || Approċċ Ewropew ġdid għar-riċerka u l-iżvilupp tal-enerġija sabiex titħaffef it-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija u li jikkonsisti fi - Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-pjan SET) integrat - aġenda strateġika għar-riċerka u l-iżvilupp tat-trasport || Il-Kummissjoni || 2015-2017 || || || || || X Analiżi tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-enerġija (inklużi t-taxxi u s-sussidji) || Il-Kummissjoni || 2016 u mbagħad kull sentejn || || X || || || Inizjattiva dwar it-tmexxija globali tal-UE fit-teknoloġija u l-innovazzjoni dwar l-enerġija u l-klima sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi || Il-Kummissjoni || 2015-2016 || || || X || X || X Politika kummerċjali msaħħa sabiex tkun iffaċilitata l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji tal-UE || Il-Kummissjoni || 2015-2019 || X || X || || || X Miżuri trażversali || || || || || || || Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija || Il-Kummissjoni || 2017-2019 || X || X || X || X || X Rapport dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà għall-Enerġija; inkluż pjattaforma u pjan direzzjonali għall-Euromed u strateġiji ta’ LNG, ħażna ta’ enerġija u l-kuritur tal-gass tan-Nofsinhar || Il-Kummissjoni || 2015-2016 || X || X || X || X || X Dejta, analiżi u intelligence għall-Unjoni tal-Enerġija: inizjattiva sabiex l-għarfien rilevanti jinġabar flimkien u jkun aċċessibli faċilment fil-Kummissjoni u l-Istati Membri || Il-Kummissjoni || 2016 || X || X || X || X || X L-Enerġija Nukleari || || || || || || || Ir-Regolament tal-Kunsill li jaġġorna r-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Artikolu 41 tat-Trattat tal-Euratom fid-dawl tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tal-Enerġija || Il-Kummissjoni || 2015 || X || X || || || Komunikazzjoni dwar Programm Nukleari Illustrattiv (PINC) skont Artikolu 40 tat-Trattat Euratom || Il-Kummissjoni || 2015 || X || || || X ||