02011L0061 — MT — 26.06.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2011/61/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174 1.7.2011, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA 2013/14/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Mejju 2013 |
L 145 |
1 |
31.5.2013 |
|
DIRETTIVA 2014/65/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 173 |
349 |
12.6.2014 |
|
DIRETTIVA (UE) 2016/2341 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Diċembru 2016 |
L 354 |
37 |
23.12.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017 |
L 347 |
35 |
28.12.2017 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/2034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 |
L 314 |
64 |
5.12.2019 |
DIRETTIVA 2011/61/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2011
dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni, l-operat kontinwu u t-trasparenza tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni.
Artikolu 2
Ambitu
Suġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 3, din id-Direttiva għandha tapplika għal:
AIFMs tal-UE, li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed irrispettivament minn jekk dawn l-AIFs humiex AIFs tal-UE jew AIFs mhux tal-UE;
AIFMs mhux tal-UE, li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed tal-UE; u
AIFMs tal-UE, li jikkummerċjalizzaw AIF wieħed jew iżjed fl-Unjoni irrispettivament minn jekk tali AIFs humiex AIFs tal-UE jew AIFs mhux tal-UE.
Għal finijiet tal-paragrafu, dan li ġej m’għandu l-ebda sinifikat:
jekk l-AIF humiex tat-tip miftuħa (open-ended) jew li jagħlqu (close-ended);
jekk l-AIF huwiex kostitwit skont il-liġi tal-kuntratti, skont il-liġi dwar it-trusts, skont statut, jew jekk għandux forma ġuridika oħra;
l-struttura legali tal-AIFM.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li ġejjin:
kumpaniji holding;
istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar istituzzjonali li jkunu koperti permezz tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż, fejn applikabbli, l-entitajiet awtorizzati responsabbli għall-immaniġġar ta’ tali istituzzjonijiet u li jaġixxu f’isimhom imsemmijin fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva jew il-maniġers ta’ investiment maħtura f’konformità mal-Artikolu 19(1) ta’ dik id-Direttiva, sakemm huma ma jimmaniġġawx AIFs;
istituzzjonijiet sopranazzjonali, bħall-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, l-Istituti Ewropej ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp u banek ta’ żvilupp bilaterali, il-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u istituzzjonijiet sopranazzjonali oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali simili, fil-każ li tali istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet jimmaniġġaw AIFs u sakemm dawk l-AIF jaġixxu fl-interess pubbliku;
banek ċentrali nazzjonali;
gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u korpi jew istituzzjonijiet oħra li jimmaniġġaw fondi li jappoġġaw sistemi tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet;
skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati jew skemi ta’ tfaddil tal-impjegati;
entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet
Mingħajr preġudizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 46, għandhom japplikaw biss il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għall-AIFMs li ġejjin:
AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM huwa marbut bi mmaniġġar jew kontroll komuni, jew minn holding sostantiva diretta jew indiretta, jimmaniġġaw portafolji ta’ AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi l-assi meħtieġa permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, bħala total ma jaqbżux limitu massimu ta’ EUR 100 miljun; jew
AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM ikun marbut permezz ta’ mmaniġġar jew kontroll komuni, jew permezz ta’ holding sostantiva diretta jew indiretta, jamministraw portafolji ta’ AIF li l-assi mmaniġġati tagħhom, bħala total ma jaqbżux il-limitu massimu ta’ EUR 500 miljun meta l-portafolli tal-AIFs jikkonsistu f’AIFs li mhumiex leveraged u li ma għandhomx drittijiet ta’ tifdija li jistgħu jkunu eżerċitati matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investiment inizjali f’kull AIF.
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-AIFM imsemmija fil-paragrafu 2 tal-anqas:
ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;
jidentifikaw ruħhom kif ukoll l-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;
jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;
jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li qed jikkummerċjalizzaw fihom u dwar l-espożizzjonijiet prinċipali u l-aktar konċentrazzjonijiet importanti tal-AIFs li huma jimmaniġġaw bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, u
jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom f’każ li huma ma għadhomx jilħqu l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.
Dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-AIFMs msemmija fil-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fill-paragrafu 2 m’għadhomx jiġu sodisfatti, l-AIFM ikkonċernat japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju f’konformità mal-proċeduri rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
kif jiġu kkalkulati l-limiti minimi msemmijin fil-paragrafu 2 u t-trattament tal-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi assi miksuba permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, okkażjonalment jaqbżu u/jew jaqgħu taħt il-limitu minimu rilevanti fl-istess sena kalendarja;
l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni sabiexikun permess monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku kif stabbiliti fil-paragrafu 3 u
l-obbligi ta’ notifika lill-aworitajiet kompetenti kif stabbilit fil-paragrafu 3.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“AIFs” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv, inkluż kompartimenti ta’ investiment tagħhom li:
jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri bil-ħsieb ta’ investiment f’konformità ma’ politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri, u
ma jeħtieġux awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;
“AIFMs” tfisser persuni ġuridiċi li n-negozju regolari tagħhom ikun l-immaniġġar ta’ AIF wieħed jew iżjed;
“fergħa” fir-rigward ta’ AFIM tfisser post ta’ negozju li, huwa parti minn AIFM, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li, tipprovdi s-servizzi li għalihom l-AIFM ikun ġie awtorizzat; il-postijiet tan-negozju kollha stabbiliti fl-istess Stat Membru minn AIFM bl-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa unika;
“kumpens għal prestazzjoni” tfisser sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala kumpens għall-immaniġġar tal-AIF u li jeskludi kwalunkwe sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala redditu fuq kwalunkwe investiment mill-AIFM fil-AIF;
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin permezz ta’:
parteċipazzjoni, b’ mod partikolari, il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża,
kontroll, b’ mod partikolari, ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 1 ), jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika, u impriża; għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun ikkunsidrata tal-impriża prinċipali fuq dawk is-sussidjarji.
Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll titqies bħala “rabta mill-qrib” bejn tali persuni;
“Awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew ir-regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFM;
“Awtoritajiet kompetenti” fir-rigward tad-depożitarju tfisser:
jekk id-depożitarju huwa istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tagħh,
jekk id-depożitarju huwa ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (22) tal Artikolu 4(1) tagħha,
jekk id-depożitarju jaqa’ f’kategorija ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw tali kategoriji ta’ istituzzjoni,
jekk id-depożitarju huwa entità msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih it-tali entità għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha u li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw it-tali entità jew, il-korp kompetenti uffiċjali li jirreġistra jew jissorvelja t-tali entità skont ir-regoli professjonali u deontoloġiċi applikabbli għaliha,
jekk id-depożitarju huwa maħtur bħala depożitarju għal AIF mhux tal-UE f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-Direttiva, u ma’ jaqgħax fl-ambitu tal-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-pajjiż terz li fih id-depożitarju għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
“awtoritajiet kompetenti ta’ AIF tal-UE” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamenti li jissorveljaw l-AIFs;
“kontroll” tfisser kontroll kif definit fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE;
“stabbilit” tfisser:
għal AIFM, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,
għal AIF, “awtorizzat jew reġistrat fi”, jew, jekk l-AIF huwiex awtorizzat jew reġistrat, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,
għal depożitarju, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,
għar-rappreżentant legali li huwa persuna ġuridika, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,
għar-rappreżentant legali li huwa persuna fiżika “domiċiljat fi”;
“AIF tal-UE” tfisser:
AIF li huwa awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew
AIF li mhuwiex awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, iżda għandu l-uffiċċju reġistrat u/jew l-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru;
“AIFM tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
“AIF ta’ alimentazzjoni” tfisser AIF li:
jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ AIF ieħor (l-AIF prinċipali),
jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’aktar minn AIF prinċipali wieħed meta dawk l-AIF prinċipali għandhom strateġiji ta’ investiment identiċi, jew
inkella għandu espożizzjoni ta’ tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu għat-tali AIF prinċipali;
“strument finanzjarju” tfisser strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
“kumpanija holding” tfisser kumpanija b’ishma f’kumpaniji oħra li l-iskop kummerċjali tagħha huwa dak li twettaq strateġija jew strateġiji ta’ negozju permezz tas-sussidjarji tagħha, tal-kumpaniji assoċjati magħha jew tal-parteċipazzjonijiet tagħha sabiex tikkontribwixxi għall-valur fit-tul tagħhom, u li tkun jew kumpanija:
li topera akkont tagħha u li l-ishma tagħha huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat fl-Unjoni, jew
li mhijiex stabbilita għall-iskop ewlieni li tiġġenera redditi għall-investituri tagħha permezz ta’ ċessjoni tas-sussidrjarji tagħha jew tal-kumpaniji assoċjati magħha, kif ikunu jixhdu r-rapporti annwali tagħha jew dokumenti uffiċjali oħra;
“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIF” tfisser:
l-Istat Membru li fih l-AIF huwa awtorizzat jew reġistrat skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet multipli, l-Istat Membru li fih l-AIF ikun ġie awtorizzat jew reġistrat għall-ewwel darba, jew
jekk l-AIF mhuwiex la awtorizzat u lanqas reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih l-AIF għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu u/jew l-uffiċċju prinċipali;
“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu; għall-AIFMs mhux tal-UE, kull referenza għall-“Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” f’din id-Direttiva għandha tinqara “Stat Membru ta’ referenza”, kif previst fil-Kapitolu VII;
“Stat Membru ospitanti ta’ AIFM” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jimmaniġġa ta’ AIF tal-UE,
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIF tal-UE,
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE,
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jimmaniġġa AIFs tal-UE, jew
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs tal-UE, jew
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE, jew
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih AIFM tal-UE jipprovdi s-servizzi msemmijin fl-Artikolu 6(4);
“kapital inizjali” tfisser il-fondi kif imsemmija f’punt (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE;
“emittent” tfisser emittent skont it-tifisira ta’ punt (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE, fejn dak l-emittent għandu uffiċċju reġistrat fl-Unjoni, u li l-ishma tiegħu huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt 14, tad-Direttiva 2004/39/KE;
“rappreżentant legali” tfisser persuna fiżika domiċiljata fl-Unjoni jew persuna ġuridika bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u li, espressament maħtura minn AIFM mhux tal-UE, taġixxi f’isem tat-tali AIFM mhux tal-UE u li jistgħu jindirizzawha l-awtoritajiet, il-klijenti, il-korpi u l-kontropartijiet għall-AIFM mhux tal-UE fl-Unjoni minflok l-AIFM mhux tal-UE fir-rigward tal-obbligi tal-AIFM mhux tal-UE fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;
“leverage finanzjarju” tfisser kwalunkwe metodu li permezz tiegħu AIFM iżid l-espożizzjoni ta’ AIF li jimmaniġġa sew jekk permezz ta’ self ta’ flus kontanti jew titoli, jew inkella permezz ta’ leverage finanzjarju inkorporat f’pożizzjonijiet derivattivi jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor;
“immaniġġar ta’ AIF” tfisser it-twettiq, għall-inqas, ta’ funzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ investiment imsemmijin fil-punt 1(a) jew (b) tal-Anness I għal AIF wieħed jew iżjed;
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser kwalunkwe offerta jew pjazzament dirett jew indirett, fuq l-inizjattiva tal-AIFM jew f’isem l-AIFM, ta’ ishma jew unitajiet ta’ AIF li jimmaniġġa lil jew ma’ investituri domiċiljati jew li għandhom uffiċju reġistrat fl-Unjoni;
“AIF prinċipali” tfisser kwalunkwe AIF li fih AIF ieħor jinvesti jew għandu espożizzjoni f’konformità mal-punt (m);
“Stat Membru ta’ referenza” tfisser l-Istat Membru determinat f’konformità mal-Artikolu 37(4);
“AIF mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIF li mhuwiex AIF tal-UE;
“AIFM mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li mhuwiex AIFM tal-UE;
“kumpanija mhux kwotata” tfisser kumpanija li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal- punt 14 tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2004/39/KE;
“fondi proprji” tfisser il-fondi proprji kif imsemmija fit-Titolu V, Kapitolu 2, Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;
Impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
“intermedjarju ewlieni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, ditta ta’ investiment regolamentata jew entità oħra suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa, li toffri servizzi lil investituri professjonali primarjament biex tiffinanzja jew teżegwixxi transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji bħala kontroparti u li tista’ wkoll tipprovdi servizzi oħra bħal clearing u konklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kummerċ, servizzi ta’ kustodja, self ta’ titoli, faċilitajiet personalizzati ta’ sostenn teknoloġiku u operattiv;
“investitur professjonali” tfisser kwalunkwe investitur li huma meqjus bħala klijent professjonali jew jista’, fuq talba, jiġi ttratat bħala klijent professjonali skont it-tifsira tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE;
“holding kwalifikanti” tfisser kull holding dirett jew indirett f’AIFM li jirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, f’ konformita’mal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tal-holding stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) tagħha, jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġar tal-AIFM li fiha jinżamm dan il-holding;
“rappreżentanti tal-impjegati” tfisser ir-rappreżentanti tal-impjegati kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/14/KE;
“investitur bl-imnut” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFs;
“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFMs;
“Entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali” tfisser entitajiet li l-għan uniku tagħhom huma li jwettqu titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ( 2 ) u attivitajiet oħra li huma adatti sabiex jintlaħaq dak l-għan;
“UCITS” tfisser impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
il-metodi ta’ leverage finanzjarju, kif definiti fil-punt (v) tal-paragrafu 1, inkluż kwalunkwe strutturi finanzjarji u/jew ġuridiċi li jinvolvu partijiet terzi kkontrollati mill-AIF rilevanti; u
kif il-leverage finanzjarju għandu jiġi kkalkulat.
Qiegħed jingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5
Determinazzjoni ta’ AIFM
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li kull AIF immaniġġat fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jkollu AIFM uniku, li għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-konformità ma’ din id-Direttiva. L-AIFM għandu jkun jew:
maniġer estern, li jkun persuna ġuridika maħtura mill-AIF jew f’isem l-AIF u li permezz ta’ din il-ħatra huwa responsabbli għall-immaniġġar tal-AIF (AIFM estern); jew
fejn il-forma ġuridika tal-AIF tippermetti mmaniġġar intern u fejn il-korp ta’ tmexxija tal-AIF jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, l-AIF innifsu, li għandu mbagħad ikun awtorizzat bħala l-AIFM.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONI TAL-AIFM
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-bidu tal-attivitajiet bħala AIFM
AIFMs awtorizzati skont din id-Direttiva għandhom jikkonformaw dejjem mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw AIFM estern biex jipprovdi s-servizzi li ġejjin:
l-immaniġġar ta’ portafolji ta’ investimenti, inklużi dawk li jappartjenu lil fondi tal-pensjoni u istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/41/f’konformità ma’ mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali u individwalizzata;
servizzi awżiljarji li jinkludu:
konsulenza dwar l-investiment;
żamma fis-sikur u amministrazzjoni fir-rigward ta’ ishma jew unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv;
riċeviment u trasmissjoni ta’ ordnijiet f’relazzjoni ma’ strumentifinanzjarji.
L-AIFMs ma għandhomx ikunu awtorizzati fl-ambitu ta’ din id-Direttiva biex jipprovdu:
is-servizzi msemmijin fil-paragrafu 4 biss;
is-servizzi awżiljarji msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 4 mingħajr ma jkunu awtorizzati wkoll biex jipprovdu s-servizzi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4;
l-attivitajiet imsemmijin fil-punt 2 tal-Anness I biss; jew
is-servizzi msemmijin fil-punt 1(a) tal-Anness I mingħajr ma jipprovdu ukoll is-servizzi msemmijin fil-punt 1(b) tal-Anness I jew viċi versa.
Artikolu 7
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-AIFM lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:
informazzjoni dwar il-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tal-AIFM;
informazzjoni dwar l-identitajiet tal-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM, kemm jekk humiex persuni diretti jew indiretti, fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet;
programm ta’ attività li jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-AIFM, inkluż informazzjoni dwar kif l-AIFM għandu l-intenzjoni jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Kapitoli II, III, IV, u fejn applikabbli, il-Kapitoli V, VI, VII u VIII;
informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-prattiċi ta’ rimunerazzjoni skont l-Artikolu 13;
informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delega u għas-sottodelega lil partijiet terzi tal-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 20.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-AIF li jkun bisħiebu jimmaniġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:
informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment inklużi t-tipi ta’ fondi sottostanti f’każ li l-AIF huwa fond ta’ fondi u l-politika tal-AIFM fir-rigward tal-użu tal-leverage finanzjarju, u l-profili tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIF li jimmaniġġa jew biħsiebu jimmaniġġa, inkluża l-informazzjoni dwar l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li fihom tali AIFs huma stabbiliti jew mistennija li jkunu stabbiliti;
informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni ta’ kull AIF li l-AIFM biħsiebu jimmaniġġa;
informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-ħatra tad-depożitarju f’konformità mal-Artikolu 21 għal kull AIF li l-AIFM bisħiebu jimmaniġġa;
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jimmaniġġa.
L-AETS għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull AIFM awtorizzat fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, lista tal-AIF immaniġġat u/jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni mit-tali AIFM u l-awtoritajiet kompetenti għal kull tali AIFM. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli f’format elettroniku.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Qiegħed jingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi u ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni ħlief jekk:
huma jkunu sodisfatti li l-AIFM jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
l-AIFM jiddisponi minn biżżejjed kapital inizjali u fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 9;
il-persuni li effettivament jmexxu n-negozju tal-AIFM ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-AIFs immaniġġati mill-AIFM, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li jiġu inkarigati warajhom ikunu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM u t-tmexxija tan-negozju tal-AIFM tkun deċiża mill-inqas minn żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet;
l-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM li għandhom holdings kwalifikattivi jkunu idonei b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat mmaniġġar tajjeb u prudenti tal-AIFM; u
l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat tal-AIFM ikunu fl-istess Stat Membru.
L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra involuti għandhom jiġu kkonsultati minn qabel tingħata l-awtorizzazzjoni lill AIFMs li ġejjin:
sussidjarja ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpanija tal-immaniġġar UCITS ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpannija tal-immaniġġar UCITS, ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; u
kumpanija kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħal dawk li jikkontrollaw AIFM ieħor, kumpanija tal-immaniġġar UCITS, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom jiġi ostakolat minn kwalunkwe minn dawk li ġejjin:
rabtiet mill-qrib bejn l-AIFM u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;
il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-AIFM għandu rabtiet mill-qrib magħhom;
diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, applikazzjoni titqies kompleta jekk l-AIFM ikun ippreżenta mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(3).
L-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa AIFs bl-istrateġiji ta’ investiment imsemmijin fil-applikazzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom malli tingħata l-awtorizzazzjoni, iżda mhux qabel xahar wara li jkun ippreżenta kwalunkwe informazzjoni nieqsa kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 7(3).
Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni koerenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ regolamentazzjoni biex tispeċifika:
ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIFMs skont il-paragragu 3;
ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u għall-membri b’holdings kwalifikattivi msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 1,
l-ostakli li jafu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
Kapital inizjali u fondi proprji
Biex ikopru r-riskji potenzjali ta’ responsabbiltà professjonali li jirriżultaw minn attivitajiet li l-AIFM jista’ jmexxi skont din id-Direttiva, kemm AIFs immaniġġati internament kif ukoll AIFMs esterni għandhom jew:
ikunu jiddisponu minn fondi proprji li huwa xierqa biex ikopru riskji potenzjali ta’ responsabbiltà li jirriżultaw minn negliġenza professjonali; jew
ikunu fil-pussess ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali xierqa kontra r-responsabbiltà li tirriżuta minn negliġenza professjonali li tkun xierqa għar-riskji koperti.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri fir-rigward tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu:
ir-riskji li għandhom ikunu koperti minn fondi proprji addizzjonali jew mill-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali;
il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-idoneità tal-fondi proprji addizzjonali jew il-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali; u
il-mod ta’ determinazzjoni tal-adegwamenti li għaddejjin tal-fondi proprji addizzjonali jew tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali.
Artikolu 10
Bidliet fl-ambitu tal-awtorizzazzjoni
Artikolu 11
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-AIFM jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil AIFM fejn l-AIFM:
ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ikun waqqaf l-attività koperta minn din id-Direttiva għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreveda li l-awtorizzazzjoni tiskadi f’każijiet bħal dawn;
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
ma jibqax jikkonforma mad-Direttiva 2006/49/KE f’każ li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkopri wkoll is-servizz diskrezzjonali ta’ mmaniġġar tal-portafolji msemmi fil-punt (a) tal- Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva;
ikun kiser serjament jew sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew
jaqa’ taħt kwalunkwe wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, rigward materji barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, jipprevedi l-irtirar.
KAPITOLU III
KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-AIFMS
TAQSIMA 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 12
Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-AIFMs f’ kull ħin:
jaġixxu onestament, bil-kapaċità, attenzjoni u diliġenza dovuta u f’mod ġust fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħhom;
jaġixxu fl-aħjar interessi tal-AIFs jew tal-investituri tal-AIFs li huma jimmaniġġaw u l-integrità tas-suq;
ikollhom u jużaw b’mod effikaċi r-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom;
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw il-kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, biex jidentifikaw, jimmaniġġaw u jissorveljaw, u meta japplika, jiżvelaw, dawk il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jipprevjenuhom milli jolqtu negattivament l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom u biex jiggarantixxu li l-AIFs li huma jimmaniġġaw huma ttrattati b’mod ġust;
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ regolamentazzjoni kollha applikabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-aħjar interessi tal-AIF jew tal-investituri tal-AIF li huma jimmaniġġaw u tal-integrità tas-suq;
jittratta l-investituri kollha tal-AIF b’mod ġust.
L-ebda investitur f’AIF m’ għandu jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF rilevanti.
Kull AIFM li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkopri wkoll is-servizz ta’ mmaniġġar diskrezzjonali ta’ portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(4):
ma għandhux jingħata l-permess jinvesti l-portafoll kollu ta’ klijent, jew parti minnu, f’unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġa, sakemm ma jirċevix approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;
għandu, fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4) jkun suġġett għad- Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur ( 5 ).
Artikolu 13
Rimunerazzjoni
L-AIFMs għandhom jiddeterminaw il-linji politiċi u l-prattiċi ta’ rimunerazzjoni f’konformità ma’ dak li hemm stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 14
Kunflitti ta’ interess
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jidentifikaw il-kunflitti ta’ interess li jinbtu matul l-immaniġġar ta’ AIFs bejn:
l-AIFM, inkluż il-maniġers tagħhom, l-impjegati jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa mal-AIFM permezz tal-kontroll, u l-AIF immaniġġati mill-AIFM jew investituri f’dak l-AIF;
AIF wieħed jew l-investituri ta’ dan l-AIF u AIF ieħor jew l-investituri f’dak l-AIF,
l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u klijent ieħor tal-AIFM;
l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u UCITS immaniġġata mill-AIFM jew mill-investituri f’dak l-UCITS; jew
żewġ klijenti tal-AIFM.
L-AIFMs għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effikaċi bl-għan li jieħu l-passi raġonevoli kollha maħsuba biex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw u jissorveljaw il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jevita li jkollhom effett negattiv fuq l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom.
L-AIFMs għandhom jissegregaw, fl-ambjent operattiv tagħhom, il-kompiti u r-responsabbiltajiet li jistgħu jitqiesu bħala inkompatibbli ma’ xulxin jew li potenzjalment jistgħu jiġġeneraw kunflitti ta’ interess sistemiċi. L-AIFMs għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet tal-operat tagħhom jistgħux jinvolvu kwalunkwe kunflitti ta’ interess materjali u jiżvelahom lill-investituri tal-AIFs.
L-AIFMs għandhom jeżerċitaw ħila, attenzjoni u diliġenza dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ intermedjarji ewlenin li magħhom jiġi konkluż kuntratt.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
it-tipi ta’ kunflitti ta’ interessi msemmija fil-paragrafu 1;
il-passi raġonevoli li l-AIFMs huma mistennija li jieħdu fit-termini ta’ strutturi u tal-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw, jissorveljaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess.
Artikolu 15
L-immaniġġar tar-riskji
Is-separazzjoni mil-lat funzjonali u ġerarkiku tal-funzjonijiet tal-immaniġġar tar-riskji f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi riveduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM f’ konformita’ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bil-ħsieb l-AIFM fi kwalunkwe każ għandu jkun kapaċi juri li s-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interess jippermettu l-prestazzjoni indipendenti tal-attivitajiet ta’ mmaniġġar tar-rikju u li l-proċess ta’ mmaniġġar tar-riskju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u huwa effikaċi konsistentement.
L-AIFMs għandhom jirrivedu s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskju bi frekwenza xierqa, tal-lanqas minn darba fis-sena, u fejn neċessarju, jadattahom.
L-AIFMs għandhom tal-lanqas:
jimplimentaw proċess ta’ diliġenza dovuta xieraq, dokumentat u aġġornat regolarment meta jinvesti f’isem l-AIF, skont l-istrateġija tal-investiment, l-għanijiet u l-profil tar-riskju tal-AIF;
jiżguraw li r-riskji assoċjati ma’ kull pożizzjoni tal-investiment tal-AIF u l-effett totali tagħhom fuq il-portafoll tal-AIF jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immaniġġati u sorveljati kif jixraq fuq bażi kontinwa anke billi jintużaw proċeduri xierqa ta’ simulazzjoni ta’ kriżi;
jiżguraw li l-profil tar-riskju tal-AIF jikkorrispondi mad-daqs, l-istruttura tal-portafoll u l-istrateġiji u l-objettivi tal-investiment tal-AIF kif stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospetti u d-dokumenti tal-offerta tal-AIF.
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu livell massimu ta’ leverage finanzjarju li huma jistaw jimpjegaw f’isem kull AIF li jimmaniġġaw, kif ukoll il-punt sa fejn id-dritt tal-użu mill-ġdid tal-kollaterali jew garanzija li jistgħu jingħataw taħt l-arranġament ta’ leverage finanzjarju, waqt li jittieħed kont, inter alia ta’:
it-tip tal-AIF;
l-istrateġija tal-AIF;
is-sorsi tal-leverage finanzjarju tal-AIF;
kull interkonnessjoni jew relazzjonijiet rilevanti oħra ma’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ servizzi finanzjarji, li jistgħu joħolqu riskju sistemiku;
il-bżonn li jiġi limitat l-esponiment għal kwalunkwe kontroparti individwali;
il-punt sa kemm il-leverage finanzjarju hi kollateralizzata;
il-proporzjon bejn l-attiv u l-passiv;
id-daqs u n-natura tal-attività tal-AIFM fis-swieq ikkonċernati.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
is-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji li għandhom jintużaw mill-AIFMs relattivament għar-riskji li huma jġarrbu f’isem l-AIFs li jimmaniġġaw;
il-frekwenza xierqa għar-rieżami tas-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju;
il-mod kif il-funzjoni ta’ mmaniġġar tar-riskju għandha tkun separata mil-lat funzjonali u ġerarkiku mill-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni ta’ mmaniġġar ta’ portafolji;
is-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interessi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 3.
Il-miżuri li jispeċifikaw is-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw l-prevenzjoni tal-AIFMs milli jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIFs.
Artikolu 16
L-immaniġġar tal-likwidità
L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment simulazzjonijiet ta’ kriżi, taħt kundizzjonijiet ta’ likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-AIFs u jissorveljaw r-riskju ta’ likwidità tal-AIFs b’mod konformi.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
is-sistemi u l-proċeduri ta’ mmaniġġar tal-likwidità; u,
l-allinjament tal-istrateġija ta’ investiment, tal-profil tal-likwidità u tal-politika ta’ tifdija stipulati fil-paragrafu 2.
Artikolu 17
Meta AIFMs jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fl-AIFs rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti għall-organiżżazzjoni
Artikolu 18
Prinċipji ġenerali
B’mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, waqt li jieħdu kont ukoll in-natura tal-AIFs immaniġġati mill-AIFM, għandhom jirrikjedu li l-AIFM ikollu proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità sodi, arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jinkludu, b’mod partikolari, regoli għat-tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tiegħu jew għall-pussess jew l-immaniġġar ta’ investimenti sabiex jinvesti għalih innifsu u waqt li jiżguraw li, għall-inqas, kull transazzjoni li tinvolvi l-AIF tista’ tiġi rikostruwita skont l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post meta twettqet u li l-assi tal-AIF immaniġġati mill-AIFM jiġu investiti f’konformita’ mar-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.
Artikolu 19
Valutazzjoni
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni li jintużaw għandhom jiżguraw li l-assi jiġu vvalutati u l-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem jiġi kkalkulat u ppubblikat mill-inqas darba fis-sena.
Jekk l-AIF huwa tat-tip miftuħ il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll bi frekwenza li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-frekwenza ta’ ħruġ u tifdija tiegħu.
Jekk l-AIF huwa tat-tip magħluq, il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll fil-każ ta’ żieda jew tnaqqis tal-kapital mill-AIF rilevanti.
L-investituri għandhom jiġu infurmati dwar il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli kif stabbilit fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni rilevanti tal-AIF.
L-AIFMs għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-valutazzjoni titwettaq:
minn valutatur estern, li jkun persuna ġuridika jew fiżika indipendenti mill-AIF, l-AIFM u kull persuna oħra b’rabtiet mill-qrib mal-AIF jew l-AIFM; jew
mill-AIFM innifsu, sakemm il-kompitu il-valtuazzjoni jkun funzjonalment indipendenti mill-immaniġġar tal-portafoll u l-politika ta’ remunerazzjoni u miżuri oħra jiżguraw il-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-prevenzjoni ta’ influwenza mhux xierqa fuq l-impjegati.
Id-depożitarju maħtur għal AIF m’għandux jinħatar bħala valutatur estern tal-AIF, sakemm ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu ta’ valutatur estern u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.
Fejn valutatur estern ikun iwettaq il-funzjoni il-valtuazzjoni, l-AIFM għandu juri li:
il-valutatur estern hu suġġett għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta bil-liġi jew suġġett għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew ta’ regolamentazzjoni jew regoli professjonali u deontoloġiċi; u
il-valutatur estern jista’ jipprovdi biżżejjed garanziji professjonali biex ikun jista’ jiżvolġi b’mod effikaċi l-funzjonijiet ta’ valtuazzjoni rilevanti f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3; u
il-ħatra tal-valutatur estern tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) u (2) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 20(7).
Minkejja l-ewwel subparagrafu u irrispettivament minn kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali li jipprevedu mod ieħor, il-valutatur estern għandu jkun responsabbli lejn l-AIFM għal kwalunkwe telf li jbati l-AIFM bħala riżultat tan-negliġenza jew nuqqas intenzjonali tal-valutatur estern li jwettaq il-kompiti tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
il-kriterji rigward il-proċeduri għall-valtuazzjonixierqa tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem;
il-garanziji professjonali li l-valutatur estern għandu jkun jista’ jipprovdi biex iwettaq il-funzjoni ta’ stimar b’mod effikaċi.
il-frekwenza tal-valtuazzjoni imwettqa mill-AIFs tat-tip miftuħ li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-politika tiegħu ta’ ħruġ u tifdija.
TAQSIMA 3
Delega tal-funzjonijiet tal-AIFM
Artikolu 20
Delega
L-AIFMs li jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw lil partijiet terzi l-kompitu li jeżegwixxu funzjonijiet f’isimhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom qabel ma jsiru effettivi l-arranġamenti ta’ delega. Għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-AIFM jrid ikun jista’ jiġġustifika l-istruttura ta’ delega kollha kemm hi tiegħu b’raġunijiet oġġettivi;
id-delegat jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti rispettivi u l-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tad-delegat jrid ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u biżżejjed esperjenza;
meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall-iskop ta’ mmaniġġar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni jew, fejn dik il-kundizzjoni ma tistax tkun sodisfatta, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM;
meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriża ta’ pajjiż terz, minbarra r-rekwiżiti fil-punt (c), għandha tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-impriża;
id-delega ma għandhiex tipprevjeni l-effikaċja tas-superviżjoni tal-AIFM, u partikolarment ma tridx tipprevjeni lill-AIFM milli jaġixxi, jew lill-AIF milli tiġi mmaniġġata, fl-aħjar interessi tal-investituri tiegħu;
l-AIFM irid ikun jista’ juri li d-delegat huwa kwalifikat u kapaċi jeżegwixxi l-funzjonijiet konċernati, li ntagħżel bl-attenzjoni dovuta kollha u li l-AIFM huwa f’pożizzjoni li jissorvelja effikaċement u fi kwalunkwe ħin l-attività ddelegata, li jagħti fi kwalunkwe ħin istruzzjonijiet ulterjuri lid-delegat u li jirtira d-delega b’effett immedjat meta dan ikun fl-interess tal-investituri.
L-AIFM għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull delegat fuq bażi kontinwa.
L-ebda delega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:
lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju, jew
kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.
Il-parti terza tista’ tissottodelega kwalunkwe mill-funzjonijiet iddelegati lilha sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-AIFM ikun ta l-kunsens tiegħu qabel is-sottodelega;
l-AIFM ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu qabel ma jsiru effettivi l-arranġamenti ta’ sottodelega;
il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, sakemm jinftiehem li r-referenzi kollha għad-“delegat” jinqraw bħala referenza għas-“sottodelegat”.
L-ebda sottodelega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:
lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju; jew
kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.
Id-delegat rilevanti għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull sottodelegat fuq bażi kontinwa.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
il-kundizzjonijiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 4 u 5;
il-kundizzjonijiet skont liema l-AIFM għandu jiġi meqjus li ikun iddelega l-funzjonijiet tiegħu safejn isir entità li sservi biss bħala kaxxa tal-ittri u ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF kif stabbilit fil-paragrafu 3.
TAQSIMA 4
Depożitarju
Artikolu 21
Depożitarju
Id-depożitarju għandu jkun:
istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni u li hi awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE;
ditta ta’ investiment li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, suġġett għar-rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2006/49/KE inkluż ir-rewiżit ta’ kapital għar-riskji operattivi u li tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE u li tipprovdi wkoll is-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni tal-istrumenti finazjarji għall-kont ta’ klijent skont il-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE; ditta ta’ investiment ta’ dan it-tip, fi kwalunkwe każ, għandu jkollha fondi proprji mhux inqas mill-ammont ta’ kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/49/KE; jew
kategorija oħra ta’ istituzzjoni li tkun suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa u li, fil-21 ta’ Lulju 2011 taqa’ fl-ambitu tal-kategoriji ta’ istituzzjoni li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew bħala eliġibbli sabiex ikunu depożitarji taħt l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.
Għall-AIF mhux tal-UE biss, u bla ħsara għal punt (b) tal-paragrafu 5, id-depożitarju jista’ wkoll ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew kwalunkwe entità oħra tal-istess natura bħal dik tal-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sakemm il-kundizzjonijiet fil-punt (b) tal-paragrafu 6 ikunu sodisfatti.
Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li fir-rigward ta’ AIFs li ma jiddisponu minn ebda drittijiet ta’ tifdija eżerċitabbli matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investimenti inizjali u li, f’konformità mal-politika tal-investiment ewlenija tagħhom, ġeneralment ma jinvestux f’assi li jridu jinżammu f’kustodja skont il-punt (a) tal-paragrafu 8 jew ġeneralment jinvestu f’emittenti jew f’kumpaniji mhux kwotati bil-għan li potenzjalment jiksbu kontroll fuq it-tali kumpaniji skont l-Artikolu 26, id-depożitarju jista’ jkun entità li tiżvolġi funzjonijiet depożitarji bħala parti mill-attivitajiet professjonali jew kummerċjali tagħha li fir-rigward tagħhom hija suġġetta għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta midl-liġi jew għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji jew regoli ta’ mġiba professjonali u li jistgħu jipprovdu biżżejjed garanziji finanzjarji u professjonali li jippermettulha li twettaq b’mod effikaċi l-funzjonijiet depożitarji rilevanti u tonora l-impenji inerenti f’dawk il-funzjonijiet.
Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi bejn id-depożitarju, l-AIFM u/jew l-AIF u/jew l-investituri tiegħu:
AIFM m’għandux jaġixxi bħala depożitarju;
intermedjarju ewlieni li jaġixxi bħala kontroparti għal AIF m’għandux jaġixxi bħala depożitarju għal dak l-AIF, sakemm ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu ta’ intermedjarju ewlieni u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF. Id-delega mid-depożitarju lil tali intermedjarju ewlieni tal-kompiti ta’ kustodja tiegħu skont il-paragrafu 11 hi permessa biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet rilevanti.
Id-depożitarju għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-postijiet li ġejjin:
għal AIFs tal-UE, fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF;
għall-AIFs mhux tal-UE, fil-pajjiż terz fejn ikun stabbilit l-AIF, jew fl-Istat Membru tal-AIFM li qed jimmaniġġa l-AIF, jew, fl-Istat Membru ta’ referenza tal-AIFM li jimmaniġġa l-AIF.
Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3, il-ħatra ta’ depożitarju stabbilit f’pajjiż terz għandha tkun dejjem suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn hu intenzjonat li se jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, u, jekk differenti, tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, ikunu ffirmaw arranġamenti ta’ koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju;
id-depożitarju huwa suġġett għal regolamentazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ kapital minimu, u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett tal-liġi tal-Unjoni u li huma effettivament infurzati;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit id-depożitarju ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;
l-Istati Membri fejn hu intenzjonat li se jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, u, fil-każ li jkun differenti, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, ikunu ffirmaw ftehim mal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit id-depożitarju li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi, jekk hemm, il-ftehimiet fiskali multilaterali.
id-depożitarju, kuntrattwalment, għandu jkun responsabbli lill-AIF, jew lill-investituri tal-AIF, b’mod konsistenti mal-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu u għandu jaqbel espressament li jikkonforma mal-paragrafu 11.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a), (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Abbażi tal-kriterji msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 17, il-Kummissjoni għandha tadotta, atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali ta’ pajjiż terz għandhom l-istess effett bħad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni Ewropea u huma effettivament infurzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).
Fejn il-kontijiet f’kontanti jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-AIF, l-ebda flus tal-entità msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-ebda flus minn dawk tad-depożitarju nnifsu m’għandhom jiġu reġistrati f’tali kontijiet.
L-assi tal-AIF, jew, tal-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, għandhom jiġu fdati lid-depożitarju bħala salvagwardja, skont kif ġej:
għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja:
id-depożitarju għandu jżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu reġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju u l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu forniti fiżikament lid-depożitarju,
għal din il-fini, id-depożitarju għandu jiżgura li dawk l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu reġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu reġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, miftuħin f’isem l-AIF jew, skont ma jista’ jagħti l-każ, f’isem l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, sabiex, f’kull ħin, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala appartenenti għall-AIF f’konformità mal-liġi applikabbli;
għall-assi oħrajn:
id-depożitarju għandu jivverifika s-sjieda tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ta’ tali assi u għandu jżomm rekord ta’ dawk l-assi li għalihom ikun sodisfatt li l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ikollu s-sjieda ta’ tali assi,
il-valutazzjoni jekk l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ikollux is-sjieda għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni jew dokumenti pprovduti mill-AIF jew l-AIFM u, fejn tkun disponibbli, fuq evidenza esterna,
Iid-depożitarju għandu jżomm ir-rekord tiegħu aġġornat.
Minbarra l-kompiti msemmija fil-paragrafi 7 u 8, id-depożitarju għandu:
jiżgura li l-bejgħ, l-emissjoni, ix-xiri mill-ġdid, it-tifdija u t-tħassir tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF jitwettqu f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;
jiżgura li l-valur tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF jiġi kkalkulat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19;
iwettaq l-istruzzjonijiet tal-AIFM, sakemm ma jkunux f’kunflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli jew ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;
jiżgura li, fit-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-AIF, kull konsiderazzjoni tinbagħat lill-AIF fil-limiti taż-żmien tas-soltu;
jiżgura li d-dħul ta’ AIF jiġi applikat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-AIF jew strumenti ta’ inkorporazzjoni.
Depożitarju m’ għandux iwettaq attivitajiet fir-rigward tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess bejn l-AIF, l-investituri tal-AIF, l-AIFM jew id-depożitarju nnifsu, sakemm id-depożitarju ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti l-oħra tiegħu li potenzjalment joħolqu kunflitt u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.
L-assi msemmijin fil-paragrafu 8 ma jistgħux jerġgħu jintużaw mid-depożitarju mingħajr il-kunsens minn qabel tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF.
Id-depożitarju jista’ jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 8, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kompiti ma jiġux delegati bl-intenzjoni li jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
id-depożitarju jista’ juri li hemm raġuni oġġettiva għad-delega;
id-depożitarju jkun eżerċita kull ħila, attenzjoni u diliġenza dovuta fl-għażla u l-ħatra tal-parti terza li lilha jrid jiddelega partijiet mill-kompiti tiegħu u se jkompli jeżerċità kull ħila, attenzjoni u diliġenza dovuta fir-rieżami perjodiku u s-sorveljanza kontinwa ta’ kull parti terza li lilha jkun iddelega partijiet mill-kompiti tiegħu u tal-arranġamenti tal-parti terza fir-rigward tal-kompiti delegati lilha; u
id-depożitarju żgura li l-parti terza tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin f’ kull ħin matul l-iżvolġiment tal-kompiti delegati lilha:
il-parti terza jkollha l-istrutturi u l-kompetenza li huma xierqa u proporzjonati għan-natura u l-kumplessità tal-assi tal-AIF jew tal-AIF li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF li jkunu ġew fdati lilha,
fir-rigward ta’ kompiti ta’ kustodja msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 8, il-parti terza hi suġġetta għal regolamentazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ kapital minimu, u superviżjoni prudenzjali effikaċi fil-ġurisdizzjoni kkonċernata u, il-parti terza hi suġġetta għal verifika esterna perjodika sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji huma fil-pussess tagħha,
il-parti terza tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi tagħha stess u mill-assi tad-depożitarju b’tali mod li, fi kwalunkwe ħin, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala appartenenti għall-klijenti ta’ depożitarju partikulari,
il-parti terza ma tagħmilx użu mill-assi mingħajr il-kunsens minn qabel tal-AIF, jew l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, u mingħajr ma d-depożitarju jkun notifikat minn qabel, u
il-parti terza tikkonforma mal-obbligi u l-projbizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 8 u 10.
Minkejja l-punt (d)(ii) tat-tieni subparagrafu, meta l-liġi ta’ pajjiż terz tirrikjedi li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u ma jeżistu ebda entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil tali entità lokali sal-punt biss rikjest mid-dritt tal-pajjiż terz u sakemm biss ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega, suġġetta għar-rikjesti li ġejjin:
l-investituri tal-AIF rilevanti jridujkunu ġew informati kif dovut li tali delega hi rikjesta minħabba l-limitazzjonijiet legali fil-liġi tal-pajjiż terz u minħabba ċ-ċirkustanzi li jiġġustifkaw id-delega qabel l-investiment tagħhom; u
l-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF ta istruzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja tat-tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.
Il-parti terza tista’, min-naħa tagħha, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, suġġett għall-istess kundizzjonijiet. F’ tali każ, il-paragrafu 13 għandu japplika mutatis mutandis lill-partijiet rilevanti.
Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, il-provvista ta’ servizzi kif speċifikat mid-Direttiva 98/26/KE jew il-provvista ta’ servizzi analogi minn sistemi ta’ pajjiżi terzi ta’ settlement ta’ titoli ma għandux jitqies bħala delega tal-kompiti ta’ funzjonijiet tiegħu.
Fil-każ ta’ tali telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja, id-depożitarju għandu jirritorna strument finanzjarju tat-tip identiku jew l-ammont korrispondenti lill-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, mingħajr dewmien mhux dovut. Id-depożitarju ma għandux ikun responsabbli jekk jista’ jipprova li t-telf ikun irriżulta mnn avveniment estern li raġonevolment ma setax jikkontrolla, li l-konsegwenzi tiegħu kienu se jkunu inevitabbli minkejja kull sforz raġonevoli għall-kuntrarju.
Id-depożitarju għandu jkun ukoll responsabbli lill-AIF, jew, lill-investituri tal-AIF għal kull telf ieħor li jbatu bħala riżultat tal-falliment negliġenti jew intenzjonat tad-depożitarju li jissodisfa kif suppost l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva.
Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ ta’ telf tal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja minn parti terza skont il-paragrafu 11, id-depożitarju jista’ jinħall mir-responsabilità tiegħu jekk ikun jista’ jipprova:
li r-rekwiżiti kollha għad-delega tal-kompiti ta’ kustodja tiegħu, kif stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 11, huma sodisfatti,
li jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-parti terza li jittrasferixxi espliċitament ir-responsabbiltà tad-depożitarju lil dik il-parti terza u jagħmilha possibbli għall-AIF, jew l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, iressaq ilment kontra l-parti terza fir-rigward tat-telf tal-istrumenti finanzjarji jew għad-depożitarju li jagħmel it-tali lment f’isimhom;u
kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li espliċitament jippermetti tħollija tar-responsabilità tad-depożitarju u jistabbilixxi r-raġuni oġġettiva li tħollija ta’ dan it-tip tiġi kkuntrattata.
Barra minn hekk, meta l-liġi ta’ pajjiż terz tirrikjedi li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u ma jeżistu ebda entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega stabbiliti fil-punt (d)(ii) tal-paragrafu 11, id-depożitarju jista’ jinħall mir-responsabbiltà tiegħu sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ir-regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF ikkonċernat jippermettu espliċitament tali tħollija taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu;
l-investituri tal-AIF rilevanti ġew debitament infurmati dwar din it-tħollija u dwar iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-tħollija qabel l-investiment tagħhom;
l-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF ta istruzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja tat-tali strumenti finanzjarji lil entità lokali;
jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF, jew, skont ma jista’ jagħti l-każ, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li jippermetti espliċitament tali rilaxx; u
jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-parti terza li jittrasferixxi espressament ir-responsabbiltà tad-depożitarju lil dik l-entità lokali u jagħmilha possibbli għall-AIF, jew skont ma jista’ jagħti l-każ, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, iressaq klejm kontra dik l-entità lokali fir-rigward tat-telf tal-istrumenti finanzjarji jew għad-depożitarju li jagħmel it-tali klejm f’isimhom.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
il-partikularitajiet li hemm bżonn jiġu inklużi fil-kuntratt bil-miktub kif imsemmi fil-paragrafu 2;
kriterji ġenerali biex jiġi vvalutat jekk ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-pajjiżi terzi kif imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 6 għandhomx l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u humiex infurzati effettivament;
il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-funzjonijiet ta’ depożitarju skont il-paragrafi 7, 8 u 9, inklużi:
it-tip tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju skont il-punt (a) tal-paragrafu 8,
il-kundizzjonijiet skont liema d-depożitarju jista’ jeżerċita d-dmirijiet ta’ kustodja tiegħu fuq l-istrumenti finanzjarji reġistrati ma’ depożitarju ċentrali, u
il-kundizzjonijiet skont liema d-depożitarju għandu jissalvagwardja, l-istrumenti finanzjarji maħruġa f’forma nominattiva u reġistrati ma’ emittent jew reġistrar, skont il-punt (b) tal-paragrafu 8;
id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji skont il-punt (c) tal-paragrafu 11;
l-obbligu ta’ segregazzjoni skont il-punt (d)(iii) tal-paragrafu 11;
il-kundizzjonijiet skont liema u ċ-ċirkostanzi li taħthoml-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja għandhom jitqiesu bħala mitlufa;
x’għandu jitqies bħala avveniment estern barra mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja kull sforz raġonevoli kollha għall-kuntrarju skont il-paragrafu 12;
il-kundizzjonijiet skont liema u ċ-ċirkostanzi li taħthom ikun hemm raġuni oġġettiva għal kuntratt ta’ tħollija skont il-paragrafu 13.
KAPITOLU IV
REKWIŻITI TAT-TRASPARENZA
Artikolu 22
Rapport annwali
Fejn l-AIF ikun rikjest jagħmel pubbliku rapport finanzjarju annwali f’konformità mad-Direttiva 2004/109/KE, dik l-informazzjoni addizzjonali imsemmija fil-paragrafu 2 biss jeħtieġ tkun ipprovduta lill-invesituri fuq talba, jew b’mod separat jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali. Fil-każ tal-aħħar ir-rapport finanzjarju annwali għandu jsir pubbliku mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.
Ir-rapport annwali għandu jkun fih mill-anqas dan li ġej:
karta tal-bilanċ jew rendikont tal-attiv u l-passiv;
rendikont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja;
rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja;
kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 20 waqt is-sena finanzjarja koperta mir-rapport;
l-ammont totali tar-remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-AIFM lill- persunal tiegħu, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u, meta jkun rilevanti, l-imgħax riportat mħallsa mill-AIF;
l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni b’rendikont dettaljat skont il-maniġment ta’ livell għoli u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIF.
L-informazzjoni dwar il-kontijiet ippubblikata fir-rapport annwali għandha tkun ivverifikata minn persuna waħda jew iżjed mogħtija s-setgħa bil-liġi biex jivverifikaw il-kontijiet f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 8 ). Ir-rapport tal-awditur, inkluż kwalunkwe kwalifikazzjonijiet, għandu jiġu riprodott bis-sħiħ fir-rapport annwali.
Bħala deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFMs li jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE jagħmel ir-rapporti annwali ta’ dawk l-AIF suġġetti għal verifika li tissodisfa l-istandards internazzjonali dwar il-verifiki fis-seħħ fil-pajjiż fejn l-AIF ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
Artikolu 23
Żvelar lill-investituri
L-AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jagħmel disponibbli lill-investituri tal-AIF, b’mod kif stipulat fir-regoli tal-fond jew l-strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF l-informazzjoni li ġejja qabel ma jinvestu fl-AIF, kif ukoll kwalunkwe bidliet materjali li jsirulha:
deskrizzjoni tal-istrateġija tal-investiment u l-objettivi tal-AIF, informazzjoni dwar fejn hu stabbiliti kull AIF prinċipali u fejn huma stabbiliti l-fondi sottostanti jekk l-AIF hu fond ta’ fond, deskrizzjoni tat-tipi tal-assi kollha li l-AIF jista’ jinvesti fihom, it-tekniki li jista’ juża u r-riskji kollha assoċjati, kwalunkwe restrizzjonijiet tal-investiment applikabbli, iċ-ċirkustanzi li fihom l-AIF jista’ juża leverage finanzjarju, it-tipi u s-sorsi ta’ leverage finanzjarju permessi u r-riskji assoċjati, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-leverage finanzjarju u kwalunkwe arranġamenti dwar l-użu mill-ġdid ta’ kollaterali u assi, u l-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM ikun intitolat għalih biex jista’ juża f’isem l-AIF;
deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom l-AIF jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn li huma;
deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet legali prinċipali tar-relazzjoni kuntrattwali li jkun daħal fiha għall-fini tal-investiment, inkluż informazzjoni dwar ġurisdizzjoni, dwar il-liġi applikabbli u l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe strument legali li jipprovdi għar-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fuq it-territorju fejn l-AIF ikun stabbilit;
l-identità tal-AIFM, tad-depożitarju tal-AIF, l-awditur u kwalunkwe fornitur ta’ servizz ieħor u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom u d-drittijiet tal-investituri;
deskrizzjoni ta’kif l-AIFM qed jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(7);
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjonijietmaniġerjali kif imsemmija fl-Anness I mill-AIFM u ta’ kwalunkwe funzjonijietta’ salvagwardja delegati mid-depożitarju, l-identifikazzjoni tad-delegat u kull kunflitt ta’ interess li jista’ jirriżulta minn tali delegi;
deskrizzjoni tal-proċedura ta’ valtuazzjoni tal-AIF u tal-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valtuazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati fil-valtuazzjoni tal-assi mhux faċilment stimabbli skont l-Artikolu 19;
deskrizzjoni tal-immaniġġar tar-riskji tal-likwidità tal-AIF, inklużi d-drittjiet tat-tifdija kemm f’ċirkostanzi normali kif ukoll eċċezzjonali u l-arranġamenti ta’ tifdija eżistenti mal-investituri;
deskrizzjoni tat-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha u tal-ammonti massimi ta’ dawn li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri;
deskrizzjoni ta’ kif l-AIFM jiżgura trattament ġust għall-investituri u, kull meta investitur jirċievi trattament preferenzjali jew id-dritt li jikseb trattament preferenzjali, deskrizzjoni ta’ dak it-trattament preferenzjali, it-tip ta’ investituri li jiksbu tali trattament preferenzjali, kif ukoll, meta jkun rilevanti, ir-rabtiet legali jew ekonomiċi tagħhom mal-AIF jew l-AIFM;
l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22;
il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ u l-bejgħ ta’ unitajiet jew ishma;
l-aħħar valur nett tal-assi tal-AIF jew l-aħħar prezz tas-suq tal-unità jew is-sehem tal-AIF, skont l-Artikolu 19;
meta disponibbli, il-prestazzjoni storika tal-AIF;
l-identità tal-intermedjarju ewlieni u deskrizzjoni ta’ kull arranġament materjali tal-AIF mal-intermedjarji ewlenin tiegħu u l-mod kif inhuma ġestiti l-kunflitti ta’ interessi li għandhom x’jaqsmu magħhom, u id-dispożizzjoni fil-kuntratt mad-depożitarju dwar il-possibilità tat-trasferiment jew l-użu mill-ġdid tal-assi tal-AIF, u informazzjoni dwar kwalunkwe trasferiment ta’ responsabilità lill-intermedjarju ewlieni li tista’ teżisti;
deskrizzjoni ta’ kif u meta se tiġi żvelata l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafi 4 u 5.
L-AIFMs għandhom, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni, jiżvelaw perjodikament lill-investituri:
il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba n-natura illikwida tagħhom;
kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;
il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġa dawk ir-riskji.
AIFMs li jimmaniġġaw AIFs tal-UE li jużaw il-leverage finanzjarju jew li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni AIFs li jużaw l-leverage finanzjarju, għandhom, għal kull AIF ta’ dan it-tip, jiżvelaw fuq bażi regolari:
kull tibdil għal-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM jista’ juża f’isem l-AIF, kif ukoll kwalunkwe dritt ta’ użu mill-ġdid ta’ kollaterali jew kwalunkwe garanzija mogħtija skont l-arranġament tal-leverage finanzjarju;
l-ammont totali ta’ leverage finanzjarju użat minn dak l-AIF.
Artikolu 24
Obbligi ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
Dan għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li jinnegozja fihom, dwar is-swieq li huwa membru tagħhom jew li jinnegozja attivament fihom, u l-esponimenti prinċipali u l-konċentrazzjonijiet l-aktar importanti ta’ kull AIF li jimmaniġġa.
AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jipprovdi dan li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:
il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba l-għamla illikwida tagħhom;
kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;
il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM għall-immaniġġar tar-riskji tas-suq, ir-riskji tal-likwidità, ir-riskji tal-kontropartijiet u riskji oħrajn inklużi r-riskju operattiv;
informazzjoni dwar il-kategoriji prinċipali tal-assi li fihom investa l-AIF; u
ir-riżultati tas-simulazzjonijiet ta’ krizi mwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1).
L-AIFM għandu, fuq talba, jipprovdi d-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:
rapport annwali ta’ kull AIF tal-UE mmaniġġat mill-AIFM u, għal kull AIF li jikkummerċjalizza minnu fl-Unjoni għal kull sena finanzjarja, skont l-Artikolu 22(1);
għal kull tmiem ta’ kull kwart ta’ sena lista dettaljata tal-AIFs kollha li l-AIFM jimmaniġġa.
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tal-ħames l-ikbar sorsi ta’ flus jew titoli missellfa għal kull AIF immaniġġat mill-AIFM, u l-ammonti tal-leverage finanzjarju li jkun rċieva minn kull waħda minn dawk is-sorsi għal kull wieħed minn dawk l-AIFs.
Għall-AIFMs mhux tal-UE, l-obbligi ta’ rapportar msemmija f’dan il-paragrafu huma limitati għall-AIFs tal-UE mmaniġġati minnhom u l-AIFs mhux tal-UE kkumerċjalizzati minnhom fl-Unjoni.
F’ċirkustanzi eċċezzjonali u meta jkun rikjest sabiex tiġi żgurata l-istabilità u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jew għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fit-tul, l-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
fejn il-leverage finanzjarju għandu jkun ikkunsidrat li qed tintuża fuq bażi sostanzjali għall-finijiet tal-paragrafu 4; u
l-obbligi li tiġi rrapportata u pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.
Dawk l-atti ddelegati għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv fuq l-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU V
AIFMS LI JIMMANIĠĠAW TIPI SPEĊIFIĊI TA’ AIFS
TAQSIMA 1
AIFMs li jimmaniġġaw AIFs b’leverage
Artikolu 25
Użu tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kooperazzjoni superviżorja u limiti għal-livell tal-leverage
TAQSIMA 2
Obbligi għall-aifms li jimmaniġġaw aifs li jakkwistaw kontroll ta’ kumpanniji u emittenti mhux ikkwotati
Artikolu 26
Ambitu
Din it-Taqsima għandha tapplika għal dan li ġej:
AIFMs li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed li individwalment jew b’mod konġunt fuq il-bażi ta’ ftehim immirat lejn il-ksib ta’ kontroll, jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;
AIFMs li jikkoperaw ma’ AIFM wieħed jew iżjed oħrajn fuq il-bażi ta’ ftehim skont liema l-AIF immaniġġati minn dawn l-AIFMs b’mod konġunt jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;
Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn il-kumpaniji mhux ikkwotati konċernati jkunu:
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ( 9 ); jew
mezzi b’għan speċjali bl-iskop li jixtru, iżommu jew jamministraw beni immobiljari.
Meta jkun qed jiġi kkalkulat il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jkollu l-AIF rilevanti, minbarra id-drittijiet tal-vott li jkollu direttament l-AIF rilevanti għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot ta’ dawn li ġejjin, sakemm il-kontroll, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu, ikun ġie stabbilit:
impriża kkontrollata mill-AIF; u
persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha proprju imma akkont tal-AIF jew akkont ta’ kwalunkwe impriża kkontrollata mill-AIF.
Il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom hemm marbuta drittijiet tal-vot anke jekk l-eżerċitar tagħhom hu sospiż.
Minkejja il-punt (i) tal-Artikolu 4(1), għall-finijiet tal-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30 fir-rigward tal -emittenti, il-kontroll għandu jiġi detereminat skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/25/KE.
Artikolu 27
Notifika tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings ewlenin u ta’ kontroll f’kumpaniji mhux ikkwotati
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jinnotifika wara l-akkwist ta’ kontroll mill-AIF:
lill-kumpanija mhux ikkwotata;
lill-azzjonisti li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.
In-notifika rikjesta skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
is-sitwazzjoni li tirriżulta fit-termini tad-drittijiet tal-vot;
il-kundizzjonijiet skont liema ġie akkwistat il-kontroll, inkluża l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti differenti involuti, kull persuna fiżika jew entità ġuridika intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot f’isimha u, jekk ikun applikabbli, il-katina ta’ impriżi li permezz tagħhom effettivament jinżammu d-drittijiet tal-vot;
id-data li fiha ġie akkwistat il-kontroll.
Artikolu 28
Żvelar fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu (5) ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni ta’:
il-kumpanija kkonċernata;
l-azzjonisti tal-kumpanija li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-Istati Membri jistgħu jindikaw f’dak is-sens.
L-AIFM għandu jagħmel disponibbli:
l-identità tal-AIFMs li jew individwalment jew inkella bi ftehim ma’ AIFMs oħra jimmaniġġaw l-AIF li jkunu akkwistaw kontroll;
il-politika għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interess, partikolarment bejn l-AIFM, l-AIF u l-kumpanija, inkluża l-informazzjoni dwar is-salvagwardji speċifiċi stabbiliti biex jiġi żgurat li kwalunkwe ftehim bejn l-AIFM u/jew l-AIF u l-kumpanija jkun konkluż bejn partijiet indipendenti u pari; u
il-politika għall-komunikazzjoni esterna u interna relatata mal-kumpanija, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjegati.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jiżvela jew għandu jiżgura li l-AIF jiżvela, l-intenzjonijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-negozju futur tal-kumpanija mhux ikkwotata u r-riperkussjonijiet probabbli fuq l-impjiegi, inkluża kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tal-impjieg:
lill-kumpanija mhux ikkwotata; u
lill-azzjonisti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih.
Barra minn hekk, l-AIFM li qed jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, l-informazzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapport annwali ta’ AIF li jeżerċita kontroll fuq kumpaniji mhux ikkwotati
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu:
jew jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata li jitfassal f’konformità mal-paragrafu 2 isir disponibbli mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija lir-rappreżentanti kollha tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, fi żmien il-perijodu meta tali rapport annwali jrid jitfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli; jew
għal kull AIF ta’ dan it-tip jinkludi fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 22 l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 relatata mal-kumpanija mhux ikkwotata rilevanti.
L-informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-kumpanija, jew l-AIF, f’konformità mal-paragrafu 1, għandu jinkludi tal-anqas eżami ġust tal-iżvilupp tan-negozju tal-kumpanija li jirrappreżenta s-sitwazzjoni fi tmiem il-perijodu kopert mir-rapport annwali. Ir-rapport għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta:
kwalunkwe avveniment importanti li jkun seħħ mit-tmiem tas-sena finanzjarja;
l-iżvilupp futur probabbli tal-kumpanija; u
l-informazzjoni dwar akkwiżizzjoni ta’ ishma proprji prevista mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE ( 10 ).
L-AIFM li jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jew:
jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 relatata mal-kumpanija kkonċernata għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija kkonċernata, jew, fejn ma jkunx hemm, lill-impjegati nnifishom fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1); jew,
iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-AIF, sa fejn tkun diġà disponibbli, fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1) u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mid-data meta r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata jkun tfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.
Artikolu 30
Asset stripping
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu, għal perijodu ta’ 24 xahar wara l-akwiżizzjoni tal-kontroll tal-kumpanija mill-AIF:
ma jitħalliex jiffaċilita, jappoġġa jew jordna kull distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija tal-ishma u/jew akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2;
sakemm l-AIFM huwa awtorizzat jivvota f’isem l-AIF fil-laqgħat tal-korpi ta’ tmexxija tal-kumpanija, ma jivvotax favur distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akwiżizzjoni ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2; u
fi kwalunkwe każ juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jipprevjeni d-distribuzzjonijiet, it-tnaqqis tal-kapital, it-tifdija tal-ishma u/jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2.
L-obbligi imposti fuq l-AIFM skont il-paragrafu 1 għandhom jirrelataw ma’ dan li ġej:
kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li ssir meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-assi netti stipulati fil-kontijiet annwali tal-kumpanija jkunu, jew wara tali distribuzzjoni jsiru, anqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt flimkien ma’ dawk ir-riżervi li ma jistgħux jiġu distribwiti skont il-liġi jew l-istatuti, fil-fehim li fejn il-parti tal-kapital sottoskritt li ma tħallsitx mill-azzjonisti ma tkunx inkluża fl-assi li jidhru fil-bilanċ, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt;
kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li l-ammont tagħha jaqbeż l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kull profitt li jiġi trasferit għas-sena ta’ warau s-somom misluta mir-riżervi disponibbli għal dan l-iskop, mingħajr kull telf trasferit għas-sena ta’ wara u s-somom imqiegħda fir-riżerva f’konformità mal-liġi jew l-istatuti;
safejn ikunu permessi l-akwiżizzjonijiet tal-ishma proprji, l-akwiżizzjonijiet mill-kumpanija, inklużi l-ishma akwiżiti minn qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u l-ishma akwiżiti minn persuna li jaġixxi f’ismu imma għall-kumpanija, li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-assi netti l-isfel mill-ammont imsemmi fil-punt (a).
Għall-finijiet tal-paragrafu 2:
il-kelma “distribuzzjoni” msemmija fil-paragrafu 2 tinkludi b’mod partikulari l-ħlas ta’ dividendi u ta’ mgħax relatati mal-ishma;
id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-kapital m’ għandhomx japplikaw għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt, li l-iskop tiegħu hu li jagħmel tajjeb għal telf imġarrab jew li jinkludi somom ta’ flus f’riżerva mhux distribwibbli sakemm, wara dik l-operazzjoni, l-ammont ta’ tali riżerva ma jkunx aktar minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas; u
ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandha tkun suġġetta għall-punti (b) sa (h) tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 77/91/KEE.
KAPITOLU VI
ID-DRITTIJIET TAL-AIFM TAL-UE LI JIKKUMERĊJALIZZAW U JIMMANIĠĠAW AIF TAL-UE FL-UNJONI
Artikolu 31
Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM
Fejn l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni, id-dritt għall-kummerżjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-AIF prinċipali jkun stabbilit fi Stat Membru u mmaniġġat minn AIFM tal-UE awtorizzat.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.
Jekk ikunu differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF.
Jekk, skont bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew b’ xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li m’ għandux jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata skont liema l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità din id-Direttiva jew, b’xi mod l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2; u
il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 4.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 32
Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fi Stati Membri li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM
Fejn l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni, id-dritt għall-kummerżjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-AIF prinċipali jkun stabbilit fi Stat Membru u mmaniġġat minn AIFM tal-UE awtorizzat.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIFs bi strateġija ta’ investiment partikulari.
Jekk jkunu differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 3 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Jekk, wara bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli, għax ma jinfluwenzawx il-konformità tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’ xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-IstatiMembri ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.
Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 3; u
il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 7.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 AETS.
Artikolu 33
Kundizzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ AIF tal-UE stabbiliti fi Stati Membri oħra u biex jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE awtorizzat jista’, direttament jew billi jistabbilixxi fergħa:
jimmaniġġja AIF tal-UE stabbiliti fi Stat Membru ieħor, sakemm l-AIFM ikun awtorizzat biex jimmaniġġja dak it-tip ta’ AIF;
jipprovdi fi Stat Membru ieħor is-servizzi msemmijn fl-Artikolu 6(4) li għalihom ikun ġie awtorizzat.
AIFM li bi ħsiebu jipprovdi l-attivitajiet u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għall-ewwel darba għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:
l-Istat Membru fejn ikun bi ħsiebu jimmaniġġja l-AIF direttament jew jistabbilixxi fergħa, u/jew jipprovdi s-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4);
programm ta’ operazzjonijiet li jiddikjara b’mod partikolari s-servizzi li bi ħsiebu jwettaq u/jew li jidentifika l-AIF li bi ħsiebu jimmaniġġja.
Jekk l-AIFM għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa, dan għandu jipprovdi, l-informazzjoni li ġejja minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 2:
l-istruttura organizzattiva tal-fergħa;
l-indirizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni.
Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.
Jekk, wara bidla ppjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46.
Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli għax ma jinfluwenzawx l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU VII
REGOLI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TA’ PAJJIŻI TERZI
Artikolu 34
Kundizzjonijiet għall-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw AIFs mhux tal-UE li ma jiġux kummerċjalizzati fl-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jimmaniġġa AIFs mhux tal-UE li ma jkunux ikkummerċjalizzati fl-Unjoni sakemm:
L-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva ħlief għall-Artikoli 21 u 22 fir-rigward ta’ dawk l-AIFs; u
Ikunu stabbiliti arranġamenti ta’ koperazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 35
Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM tal-UE
L-AIFM għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI. Barra minn hekk, għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
arranġamenti ta’ koperazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali għandhom ikuni stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni, waqt li jitqies l-Artikolu 50(4) li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM awtorizzat u ma kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi l-ftehimiet fiskali multilaterali, jekk ikun hemm.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewweil subparagrafumill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Jekk, skont bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja dan t’hawn fuq, jew, jekk ikun seħħ fatt mhux pjanat li jqanqal bidla skont liema l-l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew b’xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli, jiġifieri ma jinfluwenzawx l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn il-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIF jew AIF addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, jekk applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 3;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 5;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;
il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 6;
il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 10.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 36
Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM tal-UE
Bla ħsara għall-Artikolu 35, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFM awtorizzat tal-UE jikkummerċjalizza lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE li jimmaniġġaw u tal-AIF ta’ alimentazzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(1), sakemm:
l-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21. Dak l-AIFM għandhu madankollu jiżgura li jinħatru jew waħda jew aktar entitajiet biex iwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9). L-AIFM m’għandhomx iwettqu dawk il-funzjonijiet. L-AIFM għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji tiegħu bl-informazzjoni dwar l-identità ta’ dawk l-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9);
ikunu stabbiliti arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa għall-fini ta’ sorveljanza tar-riskju sistemiku u konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF.
Artikolu 37
Awtorizzazzjoni ta’ AIFMs mhux tal-UE bl-intenzjoni li jimmaniġġaw AIFs tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIFs immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40
AIFM mhux tal-UE intenzjonat li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija fil-paragrafu 1, irid jikkonforma ma’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI. Jekk u safejn il-konformità ma’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-konformità mal-leġislazzjoni li għalihom hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni, l-AIFM mhux obbligat li jikkonforma ma’ dik id-dispożizzjoni tad-Direttiva jekk jista’ juri li:
hu impossibbli li jagħqad tali konformità mal-konformità ma’ dispożizzjoni obbligatorja fil-leġiżlazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni;
il-leġislazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE tipprevedi regola ekwivalenti li jkollha l-istess fini regolatorju u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti; u
l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jikkonformaw mar-regola ekwivalenti msemmija fil-punt (b).
L-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux tal-UE għandu jiġi determinat kif ġej:
jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE waħda biss, jew diversi AIF tal-UE stabbiliti fl-istess Stat Membru u mhux bi ħsiebu jikkummerjċalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dak jew dawk l-AIF hu meqjus li jkun l-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM;
jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa diversi AIF tal-UE stabbiliti fi Stati Membri differenti u mhux bi ħsiebu jikkummerċjalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza se jkun jew:
l-Istat Membru fejn il-biċċa l-kbira tal-AIF tkun stabbilita, jew
l-Istat Membru fejn l-akbar ammont ta’ assi jkun qed jiġi mmaniġġat;
jekk l-AIFM mhux tal-UE jkun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:
jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF,
jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF;
jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa dak l-Istat Membru;
jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:
jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni, jew
jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni;
jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza jkun wieħed minn dawk l-Istati Membri;
jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIFs tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:
safejn dawk l-AIFs ikunu kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dawk l-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIF,
safejn dawk l-AIF ma jkunux kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs;
jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jikkummerċjalizza diversi AIFs tal-UE u mhux, jew diversi AIF mhux tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza jkun l-Istat Membru fejn bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs.
F’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c)(i),(e), (f) u (g)(i) tal-ewwel subparagrafu, hu possibbli li jkun hemm diversi Stati Membri ta’ referenza. F’ tali każi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFM mhux tal-UE li bi ħsiebu jimmaniġġa AIFs tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzahom u/jew jikkummerċjalizza AIFs immaniġġati minnu fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 iressaq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li huma Stati Membri ta’ referenza possibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dawk il-punti, biex jistabbilixxu l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu bejniethom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt fi żmien xahar mir-riċezzjoni ta’ tali talba liema minnhom se jkun l-Istat Membru ta’ referenza għat-tali AIFM mhux tal-UE. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li finalment jinħatar bħala l-Istat Membru ta’ referenza għandhom bla dewmien mhux dovut jinformaw lill-AIFM mhux tal-UE dwar din il-ħatra. Jekk l-AIFM mhux tal-UE ma jiġix informat kif dovut dwar id-deċiżjoni li tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi żmien sebat ijiem wara d-deċiżjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ma jkunux iddeċidew fil-perijodu ta’ xahar, jista’ jagħżel Stat Membru ta’ referenza hu nnifsu skont il-kriterji stipulati f’dan il-paragrafu.
L-AIFM għandu jkun jista’ jipprova l-intenzjoni tiegħu li jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni fi’Stat Membru partikolari billi jiżvela l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indikat minnu.
Wara li jirċievu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-mod kif l-AIFM ikun stabbilixxa l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dan ma jkunx il-każ, għandhom jirrifjutaw it-talba għal awtorizzazzjoni tal-AIFM mhux tal-UE, waqt li jispjegaw ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-kriterju tal-paragrafu 4 jkunu ġew rispettati, għandhom jinnotifikaw lill-AETS u jitolbu parir dwar il-valutazzjoni tagħhom. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bil-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu rigward l-Istat Membru ta’ referenza u bl-informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.
Fi żmien xahar minn meta tkun irċiviet in-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tagħhom dwar l-Istat Membru ta’ referenza f’konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fil-każ li tikkunsidra li l-kriterji tal-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.
It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt id-deliberazzjoni mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma jikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom tikkonformaw mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformawx ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra li mhumiex l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.
Mingħajr ħsara għal dak li stipulat fil-paragrafu 8, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet addizzjonali segwenti:
l-Istat Membru ta’ riferenza huwa indikat mill-AIFM skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 u appoġġjat mill-iżvelar tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 ġiet segwita mill-awtoritajiet kompetenti;
l-AIFM ħatar rappreżentant legali stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha;
ir-rappreżentant legali għandu, flimkien mal-AIFM, ikun il-persuna li magħha jsir kuntatt għall-AIFM non-UE għall-investituri tal-AIF relevanti, għall-AETS u għall-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet li għalihom l-AIFM huwa awtorizzat fl-Unjoni u għandu jkun tal-anqas ekwipaġġat biżżejjed ħalli jaqdi l-funzjoni ta’ konformità skont din id-Direttiva;
ikunu jeżistu arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF kkonċernat fl-UE, u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom f’konformita’ ma’ din id-Direttiva;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;
il-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux-UE huwa stabbilit ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ riferenza, li jkun konformi mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kaptial tal-OECD u jiżgura skambju effettiv ta’ informazzjoni f’materji fiskali, inklużi, jekk ikun hemm, il-ftehimiet fiskali multilaterali;
l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFM, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ dak il-pajjiż terz.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a) sa (e) u (g) ta’ dan il-paragrafu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont it-termini tas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stabbilit fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom iseħħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II li għandhom japplikaw mutatis mutandis suġġett għall-kundizzjoniiet li ġejjin:
l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 7(2) għandha tkun supplimentata b’dan li ġej:
ġustifikazzjoni mill-AIFM tal-valutazzjoni li tkun għamlet dwar l-Istat Membru ta’ riferenza f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 bl-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni,
elenku ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li l-AIFM ma jistax jottempera ruħu magħhom billi tali ottemperanza tkun, skont il-paragrafu 2, inkompatibbli mal-ottemperanza ma’ dispożizzjoni mandatorja fil-liġi li huma suġġetti għaliha l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF tal-UE kkumerċjaliżżat fl-Unjoni,
evidenza bil-miktub imsejsa fuq l-istandards tekniċi żviluppati mill-AETS li l-liġi tal-pajjiż terz relevanti tipprovdi għal regoli ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet li l-konformità magħhom tkun impossibbli, li għandha l-istess skop regolatorju u toffri l-istess livell ta’ protezzjoni lill-investituri tal-AIF relevanti u li l-AIFM jikkonforma ma’ dik ir-regola ekwivalenti; tali evidenza bil-miktub tkun appoġġjata minn opinjoni ġuridika dwar l-eżistenza ta’ dispożizzjoni relevanti mandatorja inkompatibbli fil-liġi tal-pajjiż terz u tkun tinkludi deskrizzjoni tal-iskop regolatorju u n-natura tal-protezzjoni tal-investitur li tkun tipprefiġġi li tikseb, u
l-isem tar-rappreżentant legali tal-AIFM u l-post fejn ikun stabbilit;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tista’ tkun limitata għall-AIFs tal-UE li l-AIFM ikollu intenzjoni jimmaniġġa u, għal dawk l-AIFs immaniġġati mill-AIFM li jkollu intenzjoni jikkumerċjaliżża fl-Unjoni mingħajr passaport;
il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandu jkun mingħajr ħsara għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
il-punt (e) tal-Artikolu 8(1) ma japplikax;
it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) għandu jinqara bħala referenza għall-“informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 37(8)”.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha mill-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fl-ewwel s-subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-konformità mad-Direttiva kkwawżata mill-inkompatbilità skont il-paragrafu 2. Il-parir jista’ b’mod partikolari jindirizza jekk il-kundizzjonijiet għal tali eżenzjoni jidhrux li huma sodisfatti skont l-informazzjoni mogħtija mill-AIFM skont il-punti (a)(ii) u (iii)tal-paragrafu 8 u skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ekwivalenza. L-AETS għandha tfittex li tibni kultura u prattiċi superviżorji konsistenti Ewropej komuni, u għandha tiżgura li jkun hemm approċċi konsistenti bejn l-awtoritjiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt l-eżami mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ riferenza jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma tikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ dak il-parir. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar tali publikazzjoni.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li jkunu rriġettaw, billi jagħtu d-data dwar l-AIFM li tkun talbet l-awtorizzazzjoni u r-raġunijiet għar-riġett. L-AETS għandha żżomm reġistru ċentrali ta’ dik id-data, li għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, meta jagħmlu talba għalih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.
L-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandu jivvaluta jekk id-determinazzjoni tal-AIFM skont it-termini tal-ewwel subparagrafu hijiex korretta u għandu jinnotifika lill-AETS b’ dan. L-AETS għandha toħroġ parir fuq il-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenit għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu dwar l-Istat Membru ta’ referenza u b’ informazzjoni dwar l-istrateġija l-ġdida ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.
Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritjiet kompetetnti relevanti dwar il-valutazzoni tagħha. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fejn tikkunsidra li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.
Wara li jkunu rċevew il-parir tal-AETS skont it-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinfurmaw lill-AIFM mhux tal-UE, lir-rappreżentant legali oriġinali u lill-AETS dwar id-deċiżjoni tagħha.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali jaqbel mal-valutazzjoni magħmula mill-AIFM, għandu mbagħad jgħarraf ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid dwar il-bidla. L-Istat Membru oriġinali ta’ riferenza għandu mingħajr dewmien mhux ġustifikat jittrasferixxi kopja tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni tal-AIFM lill-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid. Mill-mument tat-trażmissjoni tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza l-ġdid ikunu kompetenti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM.
Fejn il-valutazzjoni finali tal-awtoritajiet kompetenti tkun kontra l-parir tal-AETS imsemmi fis-subparagrafu 3:
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-istess, u jagħtu r-raġunijiet. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċieva preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip;
fejn l-AIFM jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF immaniġġat minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-riferenza tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.
Jekk min-naħa tal-AIFM ikun hemm bidla fl-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni wara t-terminu msemmi fil-paragrafu 11, u jkun irid jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġdida tiegħu, l-AIFM ikun jista’ jippreżenta rikjesta li jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza skont il-paragrafu 11 jew skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Kull tilwima bejn l-AIFM jew l-AIF u l-investituri tal-UE tal-AIF relevanti għandha tkun riżolta f’konformità mal-liġi u suġġett għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
F’konformita’ mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010), l-AETS għandha twettaq ir-rwol ta’ kordinament ġenerali bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM li jkun. B’mod partikolari, l-AETS tista’:
tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;
tiddetermina l-ambitu tal-informazzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati;
tieħu l-miżuri kollha xierqa f’każ ta’ żviluppi li għandu mnejn jipperikolaw l-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-iskop li jkun iffaċilitat il-kordinament tal-azzjonijiet meħudin mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti b’relazzjoni mal-AIFMs mhux tal-UE.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Bl-iskop li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar dan li ġej:
il-mod li bih l-AIFM għandha tottempera ruħha mar-rekwiżiti msemmijin f’din id-Direttiva, billi tqis li l-AIFM hija stabbilita f’pajjiż terz. B’mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta fl-Artikoli 22 sa 24.
il-kundizzjonijiet taħt liema l-liġi li għaliha l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jkunu suġġetti tkun ikkunsidrata li tipprovdi għal regola ekwivalenti bl-istess skop ta’ regolamentazzjoni u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti;
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38
Analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM mhux tal-UE
B’mod partikolari, l-analiżi tar-rieżami bejn il-parigħandha tinkludi valutazzjoni ta’ dan li ġej:
il-grad ta’ konverġenza fil-prattiċi superviżorji miksub fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE;
kemm il-prattika superviżorja jirnexxielha tikseb l-objettivi prefissi f’din id-Direttiva;
l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza miksubin f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tagħha u l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ eżekuzzjoni żviluppati mill-AETS f’konformità ma’ din id-Direttiva, inklużi l-miżuri u penali amministrattivi imposti kontra l-AIFM mhux tal-UE fejn ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 39
Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat(i) Membru/i ta’ riferenza tal-AIFM.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, jiġifieri ma jkunux jaffettwaw il-komformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIFs jew AIFs addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn ikun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membrui ospitanti tal-AIFM dwar dawk il-bidliet.
Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 4;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;
il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 5; u
il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 9.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 40
Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE
Addizzjonalment mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva rigward l-AIFMs tal-UE, għall-AIFMs mhux tal-UE għandom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM awtorizzat u ma kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi, ftehimiet fiskali multilaterali.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula bl-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu 2 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.
Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża jekk ikun hemm bżonn, il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli għax ma jaffettwawx il-konformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIF jew AIF addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn jkun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 3 u 5;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;
il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 6;
il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 10.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 41
Il-kundizzjonijiet għall-immaniġjjar tal-AIF stabbilit fl-Istati Membri li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza minn AIFMs mhux tal-UE
Kwalunkwe AIFM mhux tal-UE intiż li jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ riferenza għall-ewwel darba għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu:
l-Istat Membru li fih għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa AIFs direttament jew jistabbilixxi fergħa;
programm ta’ operazzjonijiet li jiddikkjara partikolarment is-servizzi li għandu l-intenzjoni li jeżegwixxi u li jidentifika l-AIFs li għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa.
Jekk l-AIFM mhux tal-UE għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa, dan għandu jipprovdi, b’żieda mal-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li ġejja:
l-istruttura organizzattiva tal-fergħa;
l-indirizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom ukoll jinformaw lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa l-AIF fl-Istati/i Membru/i ospitanti tal-AIFM.
Jekk, skont il-bidla ppjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.
Jekk il-bidla ppjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla skont liema l-l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, kif ukoll, jekk meħtieġa, l-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.
Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, għax ma jkunux jaffettwaw il-konformità tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 42
Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġati minn AIFM mhux tal-UE
Mingħajr ħsara għall-Artikoli 37, 39 u 40, l-Istati Membri jistgħu jippermettu AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġaw suġġett għal, mill-anqas il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-AIFM mhux tal-UE jikkonforma mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF kummerċjalizzat minnu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 sa 30 fejn AIF kummerċjalizzat minnha skont it-termini ta’ dan l-Artikolu jaqa’ fl-ambitu tad-deskrizzjoni tal-Artikolu 26(1. L-awtoritajiet kompetenti u l-investituri tal-AIF msemmija f’dawk l-Artikoli għandhom jitqiesu dawk tal-Istati Membri fejn l-AIFs huma kkumerċjalizzati;
arranġamenti xierqa għal koperazzjoni xierqa għall-iskop tas-sorveljanza tar-riskji sistemiċi u skont l-istandards internazzjonali huma aċċettabbli l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huma kummerċjalizzati, safejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit bl-iskop li jkun żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jkun jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri relevanti li jwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva;
il-pajjiż terz li fih l-AIFM mhux tal-UE, jew l-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit mhux elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF.
Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien raġonevoli, allura l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun hemm l-intenzjoni li ssir il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jista’ jirriferi l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU VIII
KUMMERĊJALIZZAZZJONI LIL INVESTITURI MHUX PROFESSJONALI
Artikolu 43
Kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs lil investituri mhux professjonali
F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti fuq l-AIFMs jew l-AIF minn dawk ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIF ikkumerċjalizzati ma’ investituri fit-territorju tagħhom skont it-termini ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri m’ għandhomx jimponu rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali fuq AIF tal-UE stabbiliti fi Stat Membru ieħor u kkumerċjalizzati fuq bażi transkonfinali milli fuq AIFs ikkummerċjalizzati domestikament.
L-Istati Membri li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom, għandhom, sat-22 ta’ Lulju 2014, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar:
it-tipi ta’ AIF li l-AIFMs jistgħu jikkummerċjalizzaw ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom;
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li l-Istat Membru jimponi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs ma’ investituri mhux professjonali.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fir-rigward tal-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU IX
AWTORITAJIET KOMPETENTI
TAQSIMA 1
Ħatra, setgħat u proċeduri ta’ riparazzjoni
Artikolu 44
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet stipulati f’din id-Direttiva.
Huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni dwar dan, filwaqt li jindikaw kwalunkwe diviżjoni tad-dmirjiet.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu metodi xierqa biex jimmonitorjaw li l-AIFM jottemperaw ruħhom mal-obbligi imposti fuqhom bis-saħħa ta’ din id-Direttiva fejn ikunu relevanti fuq il-bażi tal-linji gwida żviluppati mill-AETS.
Artikolu 45
Ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri
Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jimponi fuq l-AIFMs li għalihom huwa l-Istat Membri ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess regoli.
Jekk l-AIFM ikkonċernat jirrifjuta li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni li taqa’ fir-responsabbiltà tagħhom, jew jonqos milli jieħu l-passi meħtieġa biex itemm il-ksur imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini dwar dan. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandu, mal-ewwel opportunità:
jieħu l-miżuri kollha xierqa ħalli jiżgura li l-AIFM ikkonċernat jagħti l-informazzjoni kollha rikjesta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont it-termini tal-paragrafu 3, jew itemm dak il-ksur msemmi fil-paragrafu 4;
jitlob l-informazzjoni neċessarju mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti f’ pajjiżi terzi.
In-natura tal-miżuri msemmija fil-punt (a) għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
Artikolu 46
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Tali setgħat għandhom jiġu eżerċitati fi kwalunkwe mod li ġej:
direttament;
b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ġew iddelegati l-kompiti;
permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li:
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument f’kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;
jeħtieġu informazzjoni minn kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-AIFMs jew l-AIF u fejn meħtieġ iħarrku u jinterrogaw persuna bl-għan li jiksbu l-informazzjoni;
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post b’notifika minn qabel jew mingħajrha;
jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti tal-informazzjoni;
jeħtieġu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;
jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali;
jeħtieġu lill-AIFM, depożitarji, jew awdituri awtorizzati jipprovdu informazzjoni;
jadottaw kull tip ta’ miżura sabiex jiżguraw li l-AIFMs jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom;
jeħtieġu s-sospensjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari tal-unitajiet jew tal-pubbliku;
jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil ġestur tal-AIF jew lil depożitarju;
jirriferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;
jirrikjedu li awdituri jew esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.
Artikolu 47
Setgħat u kompetenzi tal-AETS
Barra minn hekk, l-AETS għandu jkollha s-setgħat meħtieġa, inklużi dawk enumerati fl-Artikolu 43(3), biex twettaq il-kompiti attribwita lilha b’din id-Direttiva.
F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ASE (AETS) tista’, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 5, titlob lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu jew jieħdu kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin, kif ikun f’loku:
projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIF ġestit minn AIFMs mhux tal-UE jew ta’ AIFs mhux tal-UE ġestiti minn AIFMs tal-UE mingħajr l-awtorizzazzjoni rikjesta fl-Artikolu 37 jew mingħajr in-notifika rekwiżita fl-Artikoli 35, 39 u 40, jew, mingħajr ma tingħata permess tagħmel hekk mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 42;
l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fil-każ ta’ konċentrazzjoni eċċessiva tar-riskju f’suq speċifiku fuq bażi transkonfinali;
l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fejn l-attivitajiet tagħha potenzjalent jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew għal istituzzjonijiet oħra ta’ rilevanza sistemika.
L-AETS tista’ tieħu deċiżjoni taħt il-paragrafu 4 u suġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
fejn tkun teżisti theddida sostanzjata, li tkun toriġina jew tkun aggravata mill-attivitajiet rispettivi tal-AIFM, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew in parti fl-Unjoni u fejn ikun hemm implikazzjonijiet bejn il-fruntieri; u
l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet komeptenti ma jkunux ħadu miżuri ħalli jindirizzaw it-theddia jew il-miżuri li jkunu ttieħdu ma jkunux jindirizzaw suffiċjentement it-theddida.
Il-miżuri meħudin minn awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti skont it-termini tal-paragrafu 4 għandhom:
jindirizzaw b’mod effettiv it-theddid għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew in parti fl-Unjoni jew li jtejjeb b’mod sinifikattiv l-ħila tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw it-theddida;
ma joħolqux riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;
ma jkollhomx effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluża r-riduzzjoni fil-likwidità ta’ dawk is-swieq jew il-ħolqien tal-inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, b’mod li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżuri.
L-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti tal-AIFM mhux tal-UE kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tirrikjedi mill-awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti li jimponu jew iġeddu kull miżuri li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4. In-notifika għandha mill-anqas tispeċifika d-dettalji li ġejjin:
l-AIFM u l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri u d-durata tagħhom;
ir-raġunijiet għaliex l-AETS tkun tal-fehma li hu neċessarju li jkunu imposti miżuri skont it-termini tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija f’dan l-Artikolu, inkluża l-evidenza li tkun ssaħħaħ tali raġunijiet.
Artikolu 48
Penali amministrattivi
Artikolu 49
Dritt għal appell
Dak id-dritt għal appell lill-qrati għandu japplika wkoll meta, fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
TAQSIMA 2
Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti differenti
Artikolu 50
Obbligu ta’ kooperazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jgħaddu kopja tal-arranġamenti relevanti ta’ kooperazzjoni li jkunu ssottoskrivew għalihom skont it-termini tal-Artikoli 35, 37, u/jew 40 lill-Istati Membri ospitanti tal-AIFM kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, f’konformità mal-proċeduri rigward l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli msemmijin fl-Artikoli 35(14), 37(17) u 40(14), jgħaddu l-informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ tali awtoritajiet superviżorji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ AIFM, jew fejn rilevanti, skont l-Artikolu 45(6) jew (7), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kkonċernat.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tqis li l-kontenut ta’ arranġament ta’ kooperazzjoni sottoskritt mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM kkonċernat skont it-termini tal-Artikoli 35, 37 u/jew 40 ma jkunx ottemperanti mar-rikjest f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha skont it-termini tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 51
It-trasferiment u r-retenzjoni tad-data personali
Artikolu 52
Żvelar ta’ informazzjoni lil pajjiżi terzi
Artikolu 53
Skambju ta’ informazzjoni relatata mal-konsegwenzi sistemiċi potenzjali tal-attività ta’ AIFM
Artikolu 54
Kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu talba fir-rigward ta’ verifika fuq il-post jew investigazzjoni, dawn għandhom jagħmlu dan li ġej:
iwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni nfisha;
jippermettu lill-awtorità rikjedenti li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni;
jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.
Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir il-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-membri tal-persunal tagħha jassistu lill-persunal li qed jagħmel il-verifika jew l-investigazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw l-iskambju ta’ informazzjoni jew li jaġixxu fuq talba għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika fuq il-post fil-każijiet li ġejjin biss:
l-investigazzoni, il-verifika fuq il-post jew l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat;
diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;
diġà tkun ingħatat sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat fir-rigward tal-istess persuni u l-istess azzjonijiet.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont l-ewwel subparagrafu, u jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dan.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 55
Riżoluzzjoni ta’ disputi
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar il-valutazzjoni, l-azzjoni jew it-tħollija barra ta’ awtorità kompetenti waħda f’oqsma fejn din id-Direttiva teħtieġ kooperazzjoni jew koordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti minn aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-AETS li tista’ taġixxi bi qbil mas-setgħat konferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 56
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 57
Revoka tad-delega
Artikolu 58
Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk wara talba ġustifikata mill-Kummissjoni, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
Artikolu 59
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Artikolu 60
Żvelar ta’ derogi
Fejn Stat Membru juża deroga jew għażla prevista fl-Artikoli 6, 9, 21, 22, 28, 43 u l-Artikolu 61(5), għandu jinforma lill-Kummissjoni dwarha kif ukoll dwar kull bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq website jew permezz ta’ mezzi oħra faċilment aċċessibbli.
Artikolu 61
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
▼M3 —————
Artikolu 63
Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE
Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 50a
Sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali u jitneħħa l-allinjament ħażin bejn l-interess tal-kumpanniji li jbiddlu s-self f’titoli li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi) u l-UCITS li jinvestu f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 112a, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112b u 112c, miżuri li jistabbilixxu r-rekwiżiti fl-oqsma li ġejjin:
ir-rekwiżiti li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-oriġinatur sabiex UCITS (impriża għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli) tkun tista’ tinvesti f’titoli jew strumenti finanzjarji oħra ta’ dan it-tip maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011, inkluż rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm interess ekonomiku nett ta’ mhux anqas minn 5 %;
rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati minn UCITS li tinvesti f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra.”;
L-Artikolu 112(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 112a(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 64
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 65
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-kliem “kull leġislazzjoni futura fil-qasam tal-AIFM” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( *6 ).
Artikolu 66
Traspożizzjoni
Artikolu 67
Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41
Sat-22 ta’ Lulju 2015, l-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għal AIFM tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkummerċjalizza AIFs tal-UE skont it-termini tal-Artikoli 32 u 33 u dwar il-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli stipulati fl-Artikoli 36 u 42; u
parir dwar l-applikazzjoni tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-regoli stipulati fl-Artikolu 35, u l-Artikoli 37 sa 41.
L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha fuq l-applikazzjoni tal-passaport Ewropew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri inter alia dwar:
f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-passaport Ewropew għal AIFMs tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIFs tal-UE;
l-użu li sar mill-passaport,
il-problemi misjubin f’dak li għandu x’jaqsam ma’:
L-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS;
f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:
L-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,
il-konformità ta’ AIFM mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,
l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,
kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,
kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva.
f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd). jew kull diffikultà ġenerali jew speċifika li l-AIFMs tal-UE jistaw jiltaqaw magħha fl-istabbilment jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mmanniġġjat mill-istess AIFMs f’pajjiż terz.
Fejn ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid l-att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.
Artikolu 68
Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42
Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 67(6) li skont it-termini tiegħu, r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 jkunu saru applikabbli fl-Istati Membri kollha, l-AETS għandha tagħti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni:
opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFMs tal-UE minn AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikolu 35 u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw l-AIF fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikoli 37 sa 41, u fil-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli kif stipulat fil-Artikoli 36 u 42; u
parir dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 b’mod parallel mal-eżistenza tal-passaport Ewropew kif stipulat fir-regoli stipulatifl-Artikoli 35, 37 sa 41.
L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 inter alia fuq:
rigward il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIF fl-Unjoni;
L-użu li sar mill-passaport,
Il-problemi fir-riward ta’:
In-negozjazzjoni, il-konklużjoni, l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti,
l-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS,
ir-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 38;
f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:
l-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,
il-konformità ta’ AIFMs mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,
l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,
kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,
kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva;
fir-rigward tal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd) u kull effett negattiv potenzjali fuq l-aċċess għall-investituri jew l-investimetn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;
valutazzjoni kwantitattiva li tidentifika l-għadd ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom hemm stabbilit AIFM li jikkummerċjalizza AIF fi Stat Membru jew bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat fl-Artikolu 40 jew tar-reġimi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 42.
Jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-reġimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 36 u 42 għandhom ikunu tterminati u r-reġim tal-passaport previst fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru l-uniku reġim tassattiv applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.
Artikolu 69
Reviżjoni
Sat-22 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet ma’ awtoritajiet kompetenti, tirrivedi l-applikazzjoni u l-ambitu ta’ din id-Direttiva. Dik ir-reviżjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva, l-impatt tagħha fuq l-investituri, l-AIF jew l-AIFMs, fl-Unjoni pajjiżi terzi, u l-punt sa liema ntlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva kif ukoll, jekk hu meħtieġ, tipproponi emendi xierqa. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksub fl-applikazzjoni tagħhom.
il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIsF mhux tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;
il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs mhux tal-UE ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;
il-ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFMs awtorizzat skont it-termini ta’ din id-Direttiva ta’ AIFs fl-Unjoni li jseħħ permezz ta’ reġimi ta’ passaport previsti f’din id-Direttiva;
il-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs fl-Unjoni minn jew f’isem persuni jew entitajiet oħrajn li ma jkunux l-AIFM;
l-investiment fl-AIFs minn jew f’isem l-investituri professjonali Ewropej;
l-impatt tar-regoli fuq id-depożitarji stipulati fl-Artikolu 21 dwar is-suq tad-depożitarji fl-Unjoni;
l-impatt tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u rapportaġġ stipulati fl-Artikoli 22 sa 24, 28 u 29, dwar il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku;
l-impatt avvers potenzjali fuq l-investituri mhux professjonali;
l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-funzjonament u l-fattibilità tal-fondi ta’ ekwità privata u venture capital;
l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni;
l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;
l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-protezzjoni tal-kumpanniji jew emittenti mhux kwotati kif stipulat fl-Artikoli 26 sa 30 ta’ din id-Direttiva u dwar opportunitajiet indaqs għal kulħadd bejn l-AIFs u investituri oħrajn wara l-akkwiżizzjoni ta’ azzjonijiet jew kontroll maġġoritarji f’tali kumpaniji jew emittenti mhux kwotati.
Meta jsir rieżami tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew ġestjoni tal-AIF msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk ikunx xieraq li l-AETS tkun fdata b’aktar responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam.
L-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni l-informazjzoni dwar l-AIFM kollha mhux tal-UE li jkunu ġew awtorizzati jew talbu awtorizzazzjoni skont it-termini tal-Artikolu 37.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tinkludi:
l-informazzjoni dwar fejn huwa stabbilit l-AIFMs konċernat;
jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs tal-UE mmaniġġat jew kkumerċjalizzat minnhom;
jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFMs tal-UE imma mhux kkummerċjalizzat fl-Unjoni;
jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE mmaniġġat fl-Unjoni;
l-informazzjoni tar-reġim applikabbli, kemm nazzjonali u kemm tal-Unjoni li fl-ambitu tiegħu l-AIFMs relevanti jkunu qed jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom; u
kull informazzjoni oħra relevanti għall-komprensjoni ta’ kif il-ġestjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mill-AIFMs fl-Unjoni topera fil-prattika.
Artikolu 70
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 71
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
1. Funzjonijiet ta’ mmaniġġar tal-investimenti li AIFM għandu tal-anqas iwettaq meta jimmaniġġa AIF:
l-immaniġġar tal-portafoll;
l-immaniġġar tar-riskju.
2. Funzjonijiet oħrajn li AIFM jista’ jaqdi addizzjonalment matul il-kors tal-ġestjoni kollettiva ta’ AIF:
Amministrazzjoni:
servizzi legali u ta’ kontabilità fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi;
servizz ta’ informazzjoni għall-klijenti;
valutazzjoni u pprezzar, inklużi l-formoli tat-taxxa;
monitoraġġ regolatorju tal-konformità;
żamma tar-reġistru tat-titolari tal-unità/azzjonisti;
distribuzzjoni tad-dħul;
ħruġ u tifdija ta’ unitajiet/ishma;
riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti, inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat;
żamma ta’ rekords;
Kummerċjalizzazzjoni;
Attivitajiet relatati mal-assi tal-AIFs, jiġifieri servizzi meħtieġa biex jiġu sodisfatti d-dmirijiet fiduċjarji tal-AIFM, immaniġġar tal-faċilitajiet, attivitajiet amministrattivi ta’ proprjetà immobbli, konsulenza lil impriżi dwar struttura ta’ kapital, strateġija industrijali u materji relatati, konsulenza u servizzi relatati ma’ amalgamazzjonijiet u x-xiri ta’ impriżi u servizzi oħra konnessi mal-immaniġġar tal-AIF u l-kumpaniji u assi oħra li jkunu investew fihom.
ANNESS II
POLITIKA DWAR IR-RIMUNERAZZJONI
1. Meta jistabbilixxu u japplikaw il-linji politiċi ta’ rimunerazzjoni totali, inklużivi ta’ salarji u benefiċċji diskrezzjonali ta’ pensjoni, għal dawk il-kategoriji tal-persunal, inklużi l-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, li jikkontrollow il-funzjonijiet u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjonali totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIFMs jew tal-AIFs li jimmaniġġaw, l-AIFMs għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u safejn jkun xieraq għad-daqs, organizzazzjoni u natura interna, ambitu u komplessità tal-attivitajiet, tagħhom:
il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġixxix teħid ta’ riskji li huwa inkonsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF li huma jimmaniġġjaw;
il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija f’konformità mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi tal-ġestur tal-AIF u l-AIF li huwa jamministra jew l-investituri tal-AIsF, u tinkludi miżuri sabiex jiġu evitati konflitti ta’ interess;
il-korp amministrattiv tal-AIFM, fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u jirrieżamina perjodikament il-prinċipji ġenerali tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha;
l-implimentazzjoni tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni tkun, tal-anqas darba fis-sena, suġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti dwar il-konformità mal-linji politiċi u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll jiġi kkumpensat skont kemm jinkisbu l-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan- negozju li huma jikkontrollaw;
ir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali l-għoljin fil-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet ta’ ottemperanza hija direttament sorveljata mill-kumitat tar-rimunerazzjoni;
fejn ir-rimunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata jew tal-AIF ikkonċernat u tar-riżultati globali tal-AIFM, u meta tkun qed tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali, jittieħed kont ta’ kriterji finanzjarji kif ukoll ta’ dawk mhux finanzjarji;
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali adatt għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIFs amministrati mill-AIFM sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ valutazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas attwali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jieħu kont tal-politika dwar it-tifdija tal-AIFs li huwa jamministra u r-riskji kummerċali tagħhom;
rimunerazzjoni varjabbli garantita tkun eċċezzjonali u sseħħ biss fil-kuntest tar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena;
il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali jkunu bbilanċjati b’mod adatt u il-komponent fiss ikun jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali sabiex jippermetti t-tħaddim ta’ politika kompletament flessibbli dwar il-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;
il-ħlasijiet marbuta mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba maż-żmien u huma mfassla b’mod li ma jippremjawx il-falliment;
il-kejl tal-prestazzjoni li jintuża sabiex jiġu kkalkulati l-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew gruppi ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament li jintegra t-tipi kollha ta’ riskji preżenti u futuri rilevanti;
suġġett għall-istruttura ġuridika tal-AIF u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 50 % ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli, jikkonsisti f’unitajiet jew ishma tal-AIF kkonċernat, jew interessi ekwivalenti ta’ sjieda, jew strumenti marbutin mal-ishma jew strumenti ekwivalenti li ma jkunux fi flus, sakemm il-ġestjoni tal-AIFs tkun tlaħħaq anqas minn 50 % tal-portafoll totali mmaniġġat mill-AIFM, f’liema każ il-minimu ta’ 50 % ma japplikax.
L-istrumenti msemmijia f’dan il-punt għandhom ikunu suġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa maħsuba li tallinja l-inċentivi mal-interessi tal-AIFM u tal-AIF li timmaniġġah u l-investituri ta’ tali AIFs. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet fuq it-tipi u t-tifsil ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, skont ma jkun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli differit in linja mal-punt (n) u l-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli mhux differit;
porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun differit fuq perijodu li jkun adatt fid-dawl taċ-ċiklu tal-ħajja u l-politika dwar it-tifdija tal-AIF ikkonċernat u jkun allinjat b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-AIF inkwistjoni.
Il-perijodu msemmi f’dan il-punt għandu jkun mill-anqas ta’ tlieta sa ħames snin sakemm iċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIF kkonċernat ma jkunx aqsar; ir-rimunerazzjoni pagabbli skont l-arranġamenti ta’ differiment m’għandhiex tkun akkwistata aktar malajr minn fuq bażi pro-rata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, tal-anqas 60 % tal-ammont huwa differit;
ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon differit, titħallas jew tkun dovuta biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-AIFM fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-AIF u l-individwu kkonċernati.
Ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiġi kkontrattata b’mod konsiderevoli meta jkun hemm il-performance finanzjarja mnaqqsa jew negattiva tal-AIFM jew tal-AIF kkonċernati, u jitqiesu kemm il-kumpensazzjoni u r-riduzzjonijiet kurrenti fil-pagamenti ta’ ammonti maqlugħin preċedentement, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew claw back;
il-politika tal-pensjonijiet tkun in linja mal-istrateġija, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-terminu t-twil tan-negozju tal-AIFM u l-AIFs li jimmaniġġa.
Jekk l-impjegat jitlaq mill-AIFM qabel l-età li fiha wieħed jirtira, allura l-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-AIFM għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti bħalma hu definit fil-punt (m). F’każ li impjegat jasal sal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-impjegat fil-forma ta’ strumenti definiti fil-punt (m) suġġett għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;
il-persunal ikun meħtieġ jaċċetta li ma jużax strateġiji personali ta’ hedgings jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u r-responsabbiltà biex idgħajjef l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrat fl-arranġamenti ta’ rimunerazzjoni tiegħu;
ir-rimunerazzjoni varjabbli ma tithallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jiffaċilitaw l-evitar tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
2. Il-prinċipji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għar-rimunerazzjoni ta’ kull tip imħallsa mill-AIFM, għal kull ammont imħallas mill-AIF innifsu, inkluż il-carried interest, u għal kull trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF, li jsiru għall-benefiċċji ta’ dawk il-kategoriji tal-persunal, inkluż il-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, jiżvolġu funzjonijiet ta’ kontroll u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tagħhom tar-riskju jew il-profili ta’ riskju tal-AIF li jimmaniġġaw.
3. L-AIFMs li huma sinifikanti fid-daqs tagħhom jew id-daqs tal-AIFs li jamministraw, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat dwar ir-rimunerazzjoni. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun magħmul b’mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-linji politiċi u l-prassi tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskju.
Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-AIFMs jew l-AIF ikkonċernati u li jkollhom jittieħdu mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp amministrattiv li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFMs ikkonċernat. Il-membri tal-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta’ management li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFM ikkonċernat.
ANNESS III
DOKUMENTAZZJONI U INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻ LI TKUN INTIŻA L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI FL-ISTAT MEMBRU TA’ DOMIĊILJU TAL-AIFM
ittra ta’ notifika, inkluż programm tal-operazzjonijiet li jidentifika l-AIFs li l-AIFM għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza u l-informazzjoni dwar fejn hu stabbilit l-AIF;
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF;
l-identifikazzjoni tad-depożitarju tal-AIF;
deskrizzjoni ta’, jew kwalunkwe informazzjoni dwar, l-AIF disponibbli għall-investituri;
informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jikkumerċjalizza;
meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti biex jevitaw li l-ishma jew l-unitajiet tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati ma’ investituri bl-imnut, inkluż fil-każ fejn il-ġestur tal-AIF jiddipendi fuq attivitajiet ta’ entitajiet indipendenti biex jipprovdi servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIF.
ANNESS IV
DOKUMENTAZZJONI U INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻ LI TKUN INTIŻA L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI FI STATI MEMBRI OĦRAJN LI MA JKUNUX L-ISTAT MEMBRU TA’ DOMĊILJU TAL-AIFM
ittra ta’ notifika, inkluż programm tal-operazzjonijiet li jidentifika l-AIFs li l-AIFM għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza u l-informazzjoni dwar fejn hu stabbilit l-AIF;
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF;
l-identifikazzjoni tad-depożitarju tal-AIF;
deskrizzjoni ta’, jew kwalunkwe informazzjoni dwar, l-AIF disponibbli għall-investituri;
informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jikkumerċjalizza.
l-indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF ma’ investituri professjonali;
informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF u, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti biex jevitaw li l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati ma’ investituri bl-imnut, inkluż fil-każ fejn il-ġestur tal-AIF jiddipendi fuq attivitajiet ta’ entitajiet indipendenti biex jipprovdi servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIF.
( 1 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
( 2 ) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.
( 3 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019, dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
( 5 ) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
( 6 ) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
( 7 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
( 8 ) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
( 9 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 10 ) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.
( 11 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
( 12 ) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.
( *1 ) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.
( *2 ) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.
( *3 ) ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.
( *4 ) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
( *5 ) ĠU L 174, 1.07.2011, p. 1”.
( *6 ) ĠU L 174, 1.07.2011, p. 1”.