7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/31 |
Artikolu 76
Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat, jista', fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jemenda d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu partikolarment fil-każ ta' ċirkustanzi mhux mistennija li joħolqu skarzezza ġenerali. Il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina xi talba bħal din miġjuba minn Stat Membru.
Il-Kunsill jista', fit-terminu ta' seba' snin wara l-1 ta' Jannar 1958, jikkonferma dawn id-disposizzjonijiet in toto. Fin-nuqqas ta' konferma bħal din, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu preċedenti disposizzjonijiet ġodda li jittrattaw mill-materja suġġett ta' dan il-Kapitolu.