7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/40 |
Artikolu 106a
1. L-Artikolu 7, l-Artikoli 13 sa 19, l-Artikolu 48(2) sa (5), u l-Artikoli 49 u 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15, l-Artikoli 223 sa 236, l-Artikoli 227 sa 244, l-Artikolu 245, l-Artikoli 246 sa 270, l-Artikoli 272, 273 u 274, l-Artikoli 277 sa 281, l-Artikoli 285 sa 304, l-Artikoli 310 sa 320, l-Artikoli 322 sa 325 u l-Artikoli 336, 342 u 344, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, għandhom japplikaw għal dan it-Trattat.
2. Fil-qafas ta' dan it-Trattat, ir-referenzi għall-Unjoni, għat-“Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”, għat-“Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” jew għat-“Trattati” fid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u kif ukoll dawk fil-protokolli annessi kemm għall-imsemmija Trattati u ma' dan it-Trattat, għandhom jiġu kkunsidrati, rispettivament, bħala referenzi għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għal dan it-Trattat.
3. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat.