7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/71 |
Artikolu 60
(ex Artikolu 53 TKE)
L-Istati Membri jagħmlu ħilithom sabiex jilliberalizzaw is-servizzi ’l hinn mil-limitu magħmul obbligatorju mid-direttivi maħruġa b'implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 59(1), jekk dan ikun permess mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħhom u mis-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet f'dan is-sens lill-Istati Membri kkonċernati.