7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/131 |
Artikolu 188
(ex Artikolu 172 TKE)
Il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 187.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 183, 184 u 185. L-adozzjoni tal-programmi supplimentari teħtieġ il-ftehim ta' l-Istati Membri kkonċernati.