7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/157 |
Artikolu 249
(ex Artikolu 218(2), u 212 TKE)
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha sabiex tiżgura li kemm hi u kemm id-dipartiment tagħha joperaw. Għandha tiżgura li dawn ir-regoli jiġu ppubblikati.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena, mhux aktar tard minn xahar qabel il-ftuħ tas-sessjoni tal-Parlament Ewropew, rapport ġenerali fuq l-attivitajiet ta' l-Unjoni.