Official Journal L 084 , 29/03/1994 P. 0041 - 0043
Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0076
Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0076
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 1994 li temenda d-Deċiżjoni 77/270/Euratom, sabiex tawtorizza l-Kummissjoni li tikkuntratta tislif għal Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-iffinanzjar rikjest sabiex jiġi mtejjeb il-grad ta' sigurtà u effiċjenza ta'power stations nuklejari f'ċerti pajjiżi li m'humiex membri (94/179/Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l- Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikoli 1, 2, 172 u 203 ta' l-istess, Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Komunità Ewropea dwar Enerġija Atomika kienet maħluqa sabiex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' sigurt? neċessarji sabiex jiġu eliminati perikli għall-ħajja u s-saħħa pubblika; billi l-Istati Membri esprimew ix-xewqa li jsieħbu pajjiżi oħrajn fix-xogħol tagħhom u li jikkoperaw ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fl-isvilupp paċifiku ta' l-enerġija atomika; Billi l-Komunità u l-Istati Membri iddeċidew li jagħmlu sforz komuni fuq il-livell tal-G-24 sabiex jappoġġjaw il-proċess ta' riforma mibdi mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u mill-Commonwealth of Independent States (CIS) u iddeċidew dwar miżuri sabiex tingħata għajnuna ekonomika lil dawn il-pajjiżi; billi huwa xieraq, sabiex isir dan l-isforz komuni, li tintalab il-koperazzjoni ta' korpi internazzjonali oħrajn, dedikati għal dan l-għan, u b'hekk ir-riżorsi umani u oħrajn meħtieġa ma jitħallewx jintilfu fix-xejn; Billi, fir-rigward ta' titjib għal faċilitajiet nuklejari fl-Ewropa tal-lvant u l-CIS, hemm bżonn ta' strateġija koerenti li tħares fit-tul u tieħu kont tal-fatturi teknoloġiċi, "kultura" u drawwiet ta' sigurtà u l-bilanċ ġenerali ta' enerġija f' kull pajjiż involut; Billi wħud minn dawn il-pajjiżi għandhom installazzjonijiet nuklejari li l-livell ta' sigurtà tagħhom m'huwiex adegwat u li l-funzjonament tagħhom jista' jkollu riperkussjonijiet fuq il-kontinent kollu; illi dawn il-pajjiżi iridu jkomplu jużaw l-enerġija nuklejari; Billi s-sigurtà nuklejari trid tiġi kkunsidrata bħala parti mill-problema ta' possibiltajiet ġenerali ta' enerġija fl-Ewropa tal-lvant u l-CIS, u f'dan il-kuntest jiġi kkunsidrat ir-rapport maħżuż konġuntament f'Ġunju 1993 mill-Bank Dinji, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija (IEA) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Svilupp; Billi huwa xieraq li jiġi milħuq illi l-pajjiżi kollha li għandhom "power stations" nuklejari jiġu mitluba jirratifikaw il-Konvenzjoni Nazzjonali dwar responsabbiltà ċivili jew, fuq bażi tranżizzjonali, li jaddottaw miżuri li jorbtu b'saħħa ekwivalenti; Billi l-Komunità hija marbuta bid-dover li tikkommetti r-riżorsi meħtieġa sabiex tkun tista' tilqa' l-aspettattivi tal-pubbliku fl-Istati Membri f'termini ta' sigurtà u kwalità ta' l-ambjent; billi, b'mod partikulari, trid tittieħed azzjoni f'xi pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u wħud mill-Istati tal-CIS, sabiex isiru modifiki f'ċerti installazzjonijiet nuklejari eżistenti jew, jekk jinħtieġ, jiżżarmaw oħrajn li teknikament jew ekonomikament ma jkunx possibbli li jittellgħu għal-livell meħtieġ; Billi l-proġett mibdi mill-Komunità taħt il-programmi Phare u Tacis sabiex jitjieb il-livell ta' sigurtà ta' l-installazzjonijiet nuklejari jiġbor fih inter alia studji sabiex jiġu identifikati oqsma ta' dgħjufija u sabiex jitressqu miżuri korrettivi xierqa; billi l-assistenza teknika se tirriżulta fi proposti għal programmi sabiex jiġu modifikati wħud mill-installazzjonijiet nuklejari imħaddma jew li qed jinbnew u sabiex jingħalqu u jiżżarmaw oħrajn; billi huwa fl-interess tal-Komunità li dan ix-xogħol jitwettaq; Billi l-investiment meħtieġ sabiex jitjieb il-livell ta' l-installazzjonijiet f'ċerti pajjiżi ta' l-ewropa ċentrali u tal-lvant huwa tali li dawn il-pajjiżi ma jistgħux jagħmluh għalkemm il-problemi jeħtieġu soluzzjonijiet urġenti; Billi proporzjoni sostanzjali tar-riżorsi finanjarji disponibbli għandu jintalab għall-użu; billi, għal dan il-għan, id-Deċiżjoni Nru 77/720/Euratom [3], li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kuntratt ta' self mingħand il-Euratom sabiex tiffinanzja investiment fis-settur ta' l-enerġija nuklejari għandha tiġi emendata, sabiex jiġi estiż l-iskop tad-Deċiżjoni ħalli jkopri xi pajjiżi involuti fil-programm Phare u xi membri tal-CIS sabiex is-sigurtà u l-effiċjenza tal-"power stations" nuklejari tagħhom ikun jista' jittejjeb u l-ħarsien tal-bniedem u l-ambjent ikun b'hekk imtejjeb; Billi d-Deċiżjoni 77/271/Euratom [4] iffissat il-limitu għal self mingħand il-Euratom għal EKU 4000 miljuni u billi fil-31 ta' Diċembru 1991 EKU 2876 miljun minn dan il-limitu kien ittieħed,; billi, wara t-tnaqqis fis-settur ta' l-enerġija nuklejari u l-bidliet fil-politika ta' l-enerġija nuklejari minn xi Stati Membri. Mhux se jkun hemm domanda qawwija għall-finanzi li fadal mill-proġetti ta' l-enerġija nuklejari fil-Komunità fuq il-ftit snin li ġejjin; Billi l-pajjiżi reċipjenti se jaġixxu bħala garanturi għas-self mogħti taħt din id-Deċiżjoni u billi, kull meta jkun xieraq, sigurtajiet oħrajn ta' l-ogħla klassi se jkunu wkoll maħsuba; Billi l-kwistjoni ta' l-għotja ta' finanzi għas-sigurtà hija inseparabbli minn strateġija koerenti ta' għażliet t'enerġija; Billi miżuri għal żmien qasir iridu jkunu supplimentati b'self għal żmien medju u twil skond strateġija koerenti li tipprovdi għal, b'mod partikolari, il-bdil u ż-żarmar tal-"power stations" l-anqas affidabbli, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu waħdani L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija l-jedd li tikkuntratta, f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom), "l ġewwa mil-limiti iffissati mill-Kunsill. Tislif, li r-rikavat tiegħu se jkun imqassam fil-forma ta' self sabiex jiġu finanzjati, ġewwa l-Komunità, proġetti ta' investiment li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija" Produzzjoni ta' l-elettriku fil-"power stations" nuklejari u installazzjonijiet industrijali fiċ-ċiklu tal-fjuwils nuklejari. Il-Kummissjoni għandu wkoll ikollha l-jedd li tikkuntratta, il ġewwa mill-istess limiti, self li r-rikavat tiegħu ikun allokat f'forma ta' self għal proġetti finanzjarji sabiex tiżdied is-sigurtà u l-effiċjenza tal-"power stations" nuklejari tal-pajjiżi li m'humiex membri elenkati fl-Anness. Sabiex dawn il-proġetti ikunu eliġibbli iridu: - jikkonċernaw "power stations" jew istallazzjonijiet fiċ-ċiklu tal-fjuwil nuklejari li jkunu għadhom jaħdmu, jew għadhom qed jinbnew, jew ż-żarmar ta' installazzjonijiet fejn il-modifikar tagħhom ma jkunx ġustifikabbli f'termini ta' teknika jew ekonomija, - ikunu irċevew l-awtorizzazzjoni kollha neċessarja fuq livell nazzjonali u partikularment l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet tas-sigurtà, - ikunu rċevew opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni f'termini tekniċi u ekonomiċi. Il-Kummissjoni tista' biss tissellef fil-limiti tas-somom li tiġi mitluba tislef. L-operazzjonijiet ta' tislif u, b'mod korrispondenti, dawk ta' self għandhom ikunu denominati bl-istess unità monetarja u jitwettqu taħt l-istess kondizzjonijiet f'dak li jirrigwarda ħlas ta' l-ammont prinċipali u pagamenti ta' interessi. L-ispejjeż li jintefqu mill-Komunità fil-konklużjoni u l-eżekuzzjoni ta' kull operazzjoni għandhom jinġarru mill-azjenda reċipjenti." Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 1994. Għall-Kunsill Il-President Y. Papantoniou [1] ĠU C 22, tas-26.1.1993, p. 11. [2] ĠU C 44, ta' l-14.2.1994. [3] ĠU L 88, tas-6.4.1977, p. 9. [4] ĠU L 88, tas-6.4.1977, p. 11. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 90/212/Euratom (ĠU L 112, tat- 3.5.1990, p. 26). -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista tal-pajjiżi eliġibbli li mhumiex membri - Repubblika tal-Bulgarija - Repubblika ta' l-Ungerija - Repubblika tal-Lituwanja - ir-Rumanija - Repubblika ta' l-Islovenja - ir-Repubblika Ċeka - ir-Repubblika Slovakka - il-Federazzjoni Russa - Repubblika ta' l-Armenja - l-Ukrajna --------------------------------------------------