32000D0754



Official Journal L 303 , 02/12/2000 P. 0034 - 0035


Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Novembru 2000

li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-animali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja

(notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 3552)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/754/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-impurtazzjoni ta’ l-equidae [1] minn terzi pajjiżi, kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Sħubija ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b’mod partikulari l- l-Artikolu 19(ii) tiegħu

Billi:

(1) B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [2], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/209/KE [3], id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja huwa ristrett għaż-żwiemel li jinżammu għal anqas minn 30 jum f’xi terz pajjiż.

(2) Biex isir eħef li ż-żwiemel li joriġinaw mill-Komunità jieħdu sehem fit-Tlielaq Internazzjonali tat-Tazza tal-Ġappun u ta’ Ħong Kong, dak il-perjodu għandu jittawwal għal anqas minn 90 jum.

(3) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu mal-fehma tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE hija emendata skond dan li ġej:

1. Tiżdied taqsima sitta ma’ l-Artikolu 1 skond kif ġej:

"— ħadu sehem fit-Tlielaq Internazzjonali tat-Tazza tal-Ġappun u ta’Ħong Kong u jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba stabbiliti f’ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell imfassal fl-Anness VI ma’ din id-Deċiżjoni."

2. L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness VI.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[3] ĠU L 64, tal-11.3.2000, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------