32002D0159

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2002 dwar format komuni għas-sottomissjoni ta' sommarji ta' data nazzjonali dwar il-kwalità tal-fuel (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 508)

Official Journal L 053 , 23/02/2002 P. 0030 - 0036
CS.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
ET.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
HU.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
LT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
LV.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
MT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
PL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
SK.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279
SL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 273 - 279


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' Frar 2002

dwar format komuni għas-sottomissjoni ta' sommarji ta' data nazzjonali dwar il-kwalità tal-fuel

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 508)

(2002/159/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-fuel tal-petrol u tad-diesel, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE [1], u b'mod partikolari Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1) Huwa meħtieġ mill-Istati Membri li jikkontrollaw il-kwalità tal-fuel tal-petrol u tad-diesel mibjugħ fit-territorji tagħhom sabiex jiżguraw illi jaqblu ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali tad-Direttiva 98/70/KE u sabiex jiżguraw l-effettività tal-miżuri li jnaqqsu t-tniġġiż atmosferiku maħluq mill-vetturi.

(2) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit format komuni ta' tħabbir għas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni dwar il-kontroll tal-kwalità tal-fuel bi qbil ma' Artikolu 8(3) tad-Direttiva 98/70/KE

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi format komuni għas-sottomissjoni ta' data nazzjonali dwar il-kwalità tal-fuwil bi qbil ma' Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fl-Anness, meta jagħmlu s-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58.

--------------------------------------------------

ANNESS

DWAR FORMAT KOMUNI GĦAS-SOTTOMISSJONI TA' SOMMARJI TA' DATA NAZZJONALI DWAR IL-KWALITÀ TAL-FUEL

1. DAĦLA

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-fuel tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/71/KE [2] tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali għall-fuel tal-petrol u tad-diesel mibjugħin fl-Unjoni Ewropea. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinstabu f'Annessi I sa IV għad-Direttiva. L-Artikolu 8(1) jobbliga lill-Istati Membri illi jikkontrollaw illi dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-fuel jaqblu mal-metodi ta' miżuri analitiċi li hemm referenza għalihom fid-Direttiva. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu sommarju tad-data tal-kontroll tal-kwalità tal-fuel miġbura fil-perjodu bejn Jannar u Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel. L-ewwel rapport għandu jsir sat-30 ta' Ġunju 2002. Il-format ta' rappurtaġġ li jinsab hawnhekk ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea bi qbil ma Artikolu 8(3) tad-Direttiva 98/70/KE u din id-Deċiżjoni.

2. DETTALJI TA' DAWK LI QEGĦDIN JIKKOMPILAW IR-RAPPORT TAL- KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-FUEL

L-awtoritajiet responsabbli li jikkompilaw ir-rapport tal-kontroll tal-kwalità tal-fuel huma mitluba illi jimlew it-tabella ta' hawn taħt.

+++++ TIFF +++++

3. DEFINIZZJONIJIET U SPJEGAZZJONIJIET

Il-grad tal-fuel ta' oriġini (parent fuel): Id-Direttiva 98/70/KE tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-fuel tal-petrol u tad-diesel mibjugħin fl-UE. L-ispeċifikazzjonijiet fid-Direttiva jistgħu jiġu meqjusa bħala "gradi ta' fuel ta' oriġini". Dawn jinkludu/i petrol bla ċomb regolari (RON 91), (ii) petrol bla ċomb (RON 95) u fuel tad-diesel.

Il-grad tal-fuel nazzjonali: L-Istati Membri jistgħu, ovvjament, jiddefinixxu gradi ta' fuel"nazzjonali" li għandhom, madankollu, jirrispettaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-grad tal-fuel ta' oriġini. Eżempju, gradi ta' fuel nazzjonali jistgħu jinkludu petrol bla ċomb super (RON 98), petrol b'sostituzzjoni għaċ-comb, petrol bla sulfur, petrol b'50ppm suflur, diesel bla sulfur, diesel b'50ppm sulfur, eċċ.

Fuel bla sulfur huwa petrol u diesel li fih inqas minn 10mg/kg (ppm) ta' sulfur.

4. DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-FUEL

L-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni tat-tħaddim tas-sistemi ta' kontroll tal-kwalità tal-fuel nazzjonali.

5. BEJGĦ TOTALI TA' PETROL U DIESEL

L-Istati Membri huma mitluba li jimlew it-tabella li jmiss li tagħti dettalji tal-kwantitajiet ta' kull grad ta' petrol mibjugħ fit-territorju tagħhom.

+++++ TIFF +++++

6. DISPONIBBILITÀ ĠEOGRAFIKA TA' FUEL ĦIELES MIS-SULFUR

L-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu deskrizzjoni ta' kemm jinbiegħ fuel ħieles mis-sulfur fit-territorju tagħhom (jiġifieri d-disponibbiltà ġeografika)

+++++ TIFF +++++

7. DEFINIZZJONI TAL-PERJODU TAS-SAJF GĦALL-VOLATILITÀ TAL-PETROL

Id-Direttiva 98/70/KE teħtieġ illi l-pressjoni tal-fwar tal-petrol tkun anqas minn 60,0 kPa waqt il-perjodu tas-sajf li jieħu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru. Madankollu, għal dawk l-Istati Membri li għandhom "kundizzjonijiet artiċi" il-Perjodu tas-sajf jieħu l-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Awissu u l-pressjoni tal-fwar ma għandhomx jaqbżu s-70 kPa. L-Istati Membri huma mitluba li jiddefinixxu l-perjodu tas-sajf implimentat fit-territorji tagħhom.

+++++ TIFF +++++

8. IL-FORMAT TAR-RAPPURTAĠĠ GĦALL-PETROL

L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport sommarju għad-data tal-kontroll tal-kwalità tal-petrol (kemm għall-gradi ddefiniti b'mod nazzjonali kif ukoll għall-gradi ta oriġini') li huma jkunu ġabru f'sena kalendarja partikolari (Jannar sa Diċembru). Din it-tabella sommarja hija mehmuża ma' Appendiċi I. Il-metodi ta' l-ittestjar għandhom ikunu dawk inklużi f'EN228: 2000 jew versjoni li tkun ħarġet wara skond ma jkun adegwat.

9. IL-FORMAT TAR-RAPPURTAĠĠ GĦALL-FUEL TAD-DIESEL

L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport sommarju għad-data tal-kontroll tal-kwalità tal-fuel tad-diesel (għall-gradi definiti b'mod nazzjonali u għall-gradi ta oriġini) li huma jkunu ġabru fsena kalendarja partikolari (Jannar sa Diċembru). Din it-tabella sommarja hija mehmuża f'Appendiċi II. Il-metodi ta' l-ittestjar għandhom ikunu dawk inklużi f'EN 590: 2000 jew versjoni li tkun ħarġet wara skond ma jkun adegwat.

10. IS_SOTTOMISSJONI TAR-RAPPORT TAL-KONTROLL TAL-KWALITA‘ TAL-FUEL

Ir-rapport tal-kontroll tal-kwalità tal-fuel għandu jiġi sottomess formalment lill-persuna msemmija hawn taħt:

The Secretary General

The European Commission

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049 Brussels.

Barra minhekk, ir-rapport għandu jiġi sottomess f'forma elettronika fl-indirizz e-mail imsemmi hawn taħt: env-report-98-70@cec.eu.int

[1] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58.

[2] ĠU L 287, ta' l-14.11.2000, P.46.

--------------------------------------------------