32006D0695

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Lulju 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Official Journal L 286 , 17/10/2006 P. 0019 - 0019
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0041 - 0041


20060717

Deċiżjoni tal-Kunsill

tas- 17 ta’ Lulju 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/695/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fil- 5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

--------------------------------------------------