30.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 260/60 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/761/PESK
tad-29 ta' Settembru 2008
li ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar iżjed miżuri b’sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati pubblikament mill-ICTY b’delitti tal-gwerra iżda li m’humiex fil-kustodja tal-ICTY. |
(2) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sal-10 ta’ Ottubru 2008. |
(3) |
Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li tiġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar. |
(4) |
Il-miżuri implimentattivi Komunitarji huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jimponi miżuri restrittivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) (2), |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija mġedda sal-10 ta’ Ottubru 2009.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.
(2) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.