25.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 164/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 595/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni jiġu sospiżi parzjalment jew totalment fuq għadd ta’ prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 (1). |
(2) |
Il-kodiċijiet NM u TARIC 5603121020 u 8504408420 għal żewġ prodotti li huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitneħħew minn dik il-lista għaliex m'għadux fl-interess tal-Komunità li tinżamm sospensjoni ta’ dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni. |
(3) |
Barra minn hekk, id-deskrizzjonijiet ta’ tmien prodotti jeħtiġilhom jinbidlu sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti u x-xejriet ekonomiċi tas-suq. Dawk il-prodotti għandhom jitqiesu li tneħħew mil-lista u b’riżultat ta’ dan għandhom jiddaħħlu fiha bħala prodotti ġodda. |
(4) |
L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tingħata data ta’ skadenza għas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex ikun żgurat li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi. Dak m'għandux jeskludi t-terminazzjoni prematura ta’ ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dak il-perjodu, jekk jitressqu raġunijiet ekonomiċi, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1998 dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi (2). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(6) |
B'kont meħud ta’ l-importanza ekonomika ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu invokati r-raġunijiet ta’ urġenza previsti fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol ta’ parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
(7) |
Peress li s-sospensjonijiet imniżżlin f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Ir-ringieli għall-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu; |
(2) |
Ir-ringieli għall-prodotti li l-kodiċijiet NM u TARIC tagħhom jingħataw fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1527/2007 (ĠU L 349, 31.12.2007, p. 7).
(2) ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.
ANNESS I
Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1).
Kodiċi NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Rata ta' dazji awtonomi |
Perjodu ta’ validità |
||||||||||||
ex 2008 60 19 |
30 |
Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1) |
10 % (2) |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2008 60 39 |
30 |
|||||||||||||||
ex 2835 10 00 |
10 |
Ipofosfit tas-sodju monoidrat |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2839 19 00 |
10 |
Disilikat tad-disodju |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2841 80 00 |
10 |
Wolframat tad-diammonju (paratungstat tad-diammonju) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2850 00 20 |
30 |
Nitrid tat-titanju b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 250 nm |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2930 90 85 |
82 |
Toluwin-4-sulfinat tas-sodju |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2930 90 85 |
83 |
Metil-p-tolilsulfon |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 2934 20 80 |
40 |
1,2-Benzisotijazol-3(2H)-on (Benzisotijazolinon (BIT)) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3808 93 15 |
10 |
Preparazzjoni bbażata fuq konċentrat li jikkonsisti, f'piż, minn 45 % jew aktar iżda mhux aktar minn 55 % ta' l-ingredjent attiv erbiċidali Penoxsulam bħala sospensjoni fl-ilma |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3815 19 90 |
41 |
Katalizzaturi f’forma ta’ pilloli, li jikkonsistu minn 60 % (± 2 %) f’piż ossidu tar-ramm fuq irfid ta’ ossidu ta’ l-aluminju |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3815 90 90 |
85 |
Katalizzatur abbażi ta' aluminosilikat (zeolite), għall-alkilazzjoni ta' idrokarburi aromatiċi, għat-transalkilazzjoni ta' idrokarburi alkilaromatiċi jew għall-oligomerizzazzjoni ta' olefini (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3824 90 97 |
70 |
Pejst li jikkonsisti f’piż minn 75 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 85 % ramm, u fih ukoll ossidi inorganiċi, etilċelluloża u solvent |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3824 90 97 |
78 |
Taħlita ta’ fitosteroli derivati mill-injam jew minn żjut b’bażi ta’ injam (tall oil), f’forma ta’ trab b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 300 μm, li tikkonsisti, f’piż, minn:
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3904 10 00 |
20 |
Trab tal-klorur tal-polivinil, mhux imħallat ma’ l-ebda sustanzi oħra, bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ 1 000 (± 100) unita ta’ monomeri, koeffiċjent ta’ trasmissjoni tas-sħana (valur-K) ta’ 60 jew aktar, iżda mhux aktar minn 70, densità tal-massa ta’ 0,35 g/cm3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,55 g/cm3, kontenut ta’ materjal volatili ta’ anqas minn 0,35 % f’piż, daqs medju ta’ farka medja ta’ 40 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 μm u frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 120 μm ta’ mhux aktar minn 1 % f’piż, mingħajr ebda monomeri tal-vinil aċetat, għall-manifattura ta’ separaturi tal-batteriji (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3919 10 69 |
91 |
Żigarella ta' ragħwa akrilika sewda, mgħottija fuq naħa waħda b'adeżiv attivabbli bis-sħana jew adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u fuq in-naħa l-oħra adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u folja protettiva li titneħħa (release sheet), b'adeżjoni tat-tqaxxir (peel adhesion) f'angolu ta' 90o jew aktar minn 25 N/ċm (skond bil-metodu ASTM D 3330) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3919 90 69 |
96 |
|||||||||||||||
ex 3919 90 69 |
97 |
Rombli ta’ film tal-polipropilene f’orjentazzjoni biassjali:
għall-użu fil-protezzjoni ta’ displejs LCD waqt il-manifattura ta’ moduli LCD (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3920 62 19 |
80 |
Film tal-polietilene tereftalat b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 20 μm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 μm |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 3920 62 19 |
82 |
|||||||||||||||
ex 3920 92 00 |
30 |
Film tal-poliamide bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 20 μm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 μm |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 5603 11 10 |
20 |
Materjali mhux minsuġa, b’piż ta’ mhux aktar minn 20 g/m2, b’filamenti spunbounded u meltblown impoġġija flimkien bħal sandwiċ fejn l-istrati ta’ barra fihom ħafna filamenti fini (b’dijametru ta’ aktar minn 10 μm iżda ta’ mhux aktar minn 20 μm) u l-istrat ta’ ġewwa fih ħafna filamenti fini ħafna (b’dijametru ta’ aktar minn 1 μm iżda ta’ mhux aktar minn 5 μm), għall-manifattura ta’ ħrieqi u ta’ qlejbiet u ta’ ħrieqi sanitarji simili (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 5603 11 90 |
20 |
|||||||||||||||
ex 5603 12 90 |
50 |
Mhux minsuġ:
għall-użu fil-manufattura ta' srievet u nforra tas-srievet għat-trabi u oġġetti sanitarji simili. (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 7005 10 25 |
10 |
Float glass:
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 7005 10 30 |
10 |
Float glass:
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 7006 00 90 |
60 |
Pjanċi tal-ħġieġ soda-ġir (“soda-lime”):
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8529 90 92 |
46 |
|||||||||||||||
ex 7007 19 20 |
20 |
Folja tal-ħġieġ ittemprat jew semittemprat ta' daqs dijagonali ta' 81 cm jew aktar, imma li ma jaqbiżx 186 cm, b'saff wieħed jew aktar ta' polimeru, sew miżbugħa kif ukoll le jew b'ċeramika kkulurita jew sewda madwar it-truf tad-dawra, għall-użu fil-manifattura ta' prodotti koperti bl-intestatura 8528 (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 7606 12 10 |
10 |
Strixxa ta’ liga ta’ aluminju u manjeżju, li tikkonsisti, f’piż, minn:
f’rombli, ta’ ħxuna ta’ 0,14 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 0,40 mm u wisa’ ta’ 12,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 89 mm, b’saħħa ta’ tensjoni ta’ 285 N/mm2 jew aktar u b’elongazzjoni fil-punt tal-ksur ta’ 0,1 % jew aktar |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 7607 11 90 |
20 |
|||||||||||||||
ex 7607 20 99 |
10 |
Film laminat ta' l-aluminju bi ħxuna totali ta' mhux aktar minn 0,123 mm, magħmul minn saff ta' aluminju ta' ħxuna ta' mhux aktar minn 0,04 mm, films ta' bażi tal-poliamide u tal-polipropilene, u kisja protettiva kontra l-korrużjoni mill-aċidu idrofluworiku, għall-użu fil-manifattura ta' batteriji tal-polimeru tal-litju (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8108 90 30 |
10 |
Vireg ta' liega tat-titanju konformi man-normi EN 2002-1 jew EN 4267 |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8108 90 30 |
20 |
Żbarri, vireg u wajer ta' lega tat-titanju u l-aluminju li bil-piż fihom 1 % jew aktar, imma mhux aktar minn 2 %, ta' aluminju, għall-użu fil-manufattura tas-silencers u pajpijiet ta' l-exhaust tas-subintestaturi 8708 92 jew 8714 19 (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8108 90 50 |
30 |
Liga tat-titanju u s-silikon, li fiha f'piż 0,15 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,60 % silikon, f'folji jew f’rombli, għall-użu fil-manifattura ta':
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8108 90 50 |
40 |
Folji ta’ liga ta’ titanju għall-manifattura ta’ partijiet strutturali ta’ inġenji ta’ l-ajru (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8108 90 50 |
50 |
Pjanċi, folji, strippi and folji rqaq ta’ lega tat-titanju, ramm u nijobju, li bil-piż fih 0,8 % jew aktar, imma mhux aktar minn 1,2 %, ramm u 0,4 % jew aktar, imma mhux aktar minn 0,6 %, nijobju |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8113 00 90 |
10 |
Carrier plate magħmula minn karbur tas-silikon (AlSiC-9) għaċ-ċirkuwiti elettroniċi |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8407 33 90 |
10 |
Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna, b'ċilindrata ta' mhux aktar minn 300 cm3 u b'qawwa ta' mhux anqas minn 6 kW iżda li ma taqbiżx 20,0 kW, għall-fabbrikazzjoni ta':
|
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8407 90 80 |
10 |
|||||||||||||||
ex 8407 90 90 |
10 |
|||||||||||||||
ex 8407 90 10 |
20 |
Magna tal-kombustjoni interna “two-stroke”, b'ċilindrata li ma taqbiżx 125 cm3, għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' magni tal-ħsad għal-lonijiet tas-subintestatura 8433 11 jew snowploughs u snowblowers tas-subintestatura 8430 20 (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 8536 69 90 |
20 |
Pitch connector għall-użu fil-manifattura ta' tagħmir tar-riċezzjoni f'televixins LCD (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 9001 20 00 |
10 |
Materjal li jikkonsisti f'film polarizzanti, kemm jekk hu fuq rombli kemm jekk mhux, mirfud minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat minn materjal trasparenti |
0 % |
1.7.2008-31.12.2012 |
||||||||||||
ex 9405 40 39 |
10 |
Modulu tad-dawl ambjenti b'tul ta' 300 mm jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 600 mm, fuq il-bażi ta' ġeneratur tad-dawl b'serje ta' 3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 LEDs speċifiċi ta' ċippa waħda tad-dawl aħmar, aħdar u blu mmuntati fuq bord (PCB), b'dawl imqabbad ma' quddiem u/jew wara t-Televixin Ċatt (1) |
0 % |
1.7.2008-31.12.2008 |
(1) Dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità (ara mill-Artikoli 291 sa 300) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993 p. 1).
(2) Id-dazju addizjonali speċifiku huwa applikabbli.
ANNESS II
Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2):
Kodiċi NM |
TARIC |
3815 90 90 |
85 |
3919 10 69 |
91 |
3919 90 69 |
96 |
5603 11 10 |
20 |
5603 11 90 |
20 |
5603 12 10 |
20 |
5603 12 90 |
50 |
7607 20 99 |
10 |
8108 90 50 |
30 |
8407 33 90 |
10 |
8407 90 80 |
10 |
8407 90 90 |
10 |
8407 90 10 |
20 |
8504 40 84 |
20 |
9001 20 00 |
10 |