1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1163/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġijiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 417/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġijiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 jirreferi għad-definizzjonijiet u għall-istandards stipulati fl-Anness I tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (minn hawn 'il quddiem “Marpol”). |
(2) |
Fil-15 ta' Ottubru 2004, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (MEPC) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali wettaq reviżjoni sħiħa, mingħajr bidliet ta' sustanza, tal-Anness I tal-Marpol. Dak l-Anness rivedut daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. |
(3) |
Fl-24 ta' Marzu 2006, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (MEPC) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali emenda wkoll id-definizzjoni tal-prodotti taż-żejt fir-Regolament 21.2 tal-Anness I tal-Marpol. Dik l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2007. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(*) Jikkorrispondi għal grad API ta' anqas minn 25.7." (**) Jikkorrispondi għal viskożità kinematika ta' aktar minn 180 cSt.”" |
2. |
Fl-Artikolu 4(2), ir-referenza “paragrafu 1(c) tar-Regolament 13G revedut tal-Anness I ta' Marpol 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.1.3 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”. |
3. |
Fl-Artikolu 7, ir-referenza “paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut tal-Anness I ta' Marpol 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.5 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”. |
4. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President