21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, diżumani jew degradanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Wara talba li saret mill-Estonja l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti fl-Estonja għandha tiġi emendata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 1236/2005 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:
L-informazzjoni fit-taqsima Estonja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“L-ESTONJA |
Eesti Välisministeerium |
Rahvusvaheliste organisatsioonide ja julgeolekupoliitika osakond |
Relvastus- ja strateegilise kauba kontrolli büroo |
Islandi väljak 1 |
15049 Tallinn |
Eesti |
Tel: +372 637 7200 |
Faks: +372 637 7288 |
E-mail: stratkom@mfa.ee” |