1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ottubru 2013
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass
(notifikata bid-dokument C(2013) 7154)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/633/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
(2) |
Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadju tal-proċess tar-reviżjoni għal din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li jittawal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika li huwa jistabbilixxi. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14).