2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 319/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1387
tat-2 ta' Ottubru 2020.
li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja. |
(2) |
Fid-9 ta' Awwissu 2020, il-Belarussja wettqet elezzjonijiet presidenzjali li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u mxekkla mir-repressjoni ta' kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara l-elezzjonijiet. Fil-11 ta' Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni, li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ma kienu ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li jistgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, 40 persuna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
(4) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-2 ta' Ottubru 2020..
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdiedu l-persuni li ġejjin:
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Belarussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Belarussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
“5. |
Yuri Khadzimuratovich KARAEV
|
Юрый Хаджымуратавiч Караеў |
Юрий Хаджимуратович КAPAEB |
Ministru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.6.1966 Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
6. |
Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH
|
Генадзь Аркадзьевiч КАЗАКЕВIЧ |
Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ |
L-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 14.2.1975 Post tat-twelid: Minsk, ekx Unjoni Sovjetika (issa Belarussja). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
7. |
Aleksandr Piotrovich BARSUKOV
|
Аляксандр Пятровiч БАРСУКОЎ |
Александр Петрович БАРСУКОВ |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 29.4.1965 Post tat-twelid: Vetkovski, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
8. |
Sergei Nikolaevich KHOMENKO
|
Сяргей Мiкалаевiч ХАМЕНКА |
Сергей Николаевич ХОМЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.9.1966 Post tat-twelid: Yasinovataya eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
9. |
Yuri Genadzevich NAZARANKA Yuri Gennadievich NAZARENKO |
Юрый Генадзевiч НАЗАРАНКА |
Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 17.4.1976 Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
10. |
Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV |
Хазалбек Бактiбекавiч АТАБЕКАЎ |
Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ |
Viċi Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 18.3.1967 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern (MoIA),, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
11. |
Aliaksandr Valerievich BYKAU Alexander Valerievich BYKOV |
Аляксандр Валер’евiч БЫКАЎ |
Александр Валерьевич БЫКОВ |
Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida – (SOBR) tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi. |
12. |
Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU Alexander Svyatoslavovich SHEPELEV |
Аляксандр Святаслававiч ШЭПЕЛЕЎ |
Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ |
Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Intern, Data tat-twelid: 14.10.1975 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, reġjun ta' Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
13. |
Dzmitry Uladzimiravich BALABA Dmitry Vladimirovich BALABA |
Дзмiтрый Уладзiмiравiч БАЛАБА |
Дмитрий ВладимировичБАЛАБА |
Kap tal-OMON ‘Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja’) għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, Data tat-twelid: 1.6.1972 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
14. |
Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU Ivan Vladimirovich KUBRAKOV |
Iван Уладзiмiравiч КУБРАКОЎ |
Иван Владимирович КУБРАКОВ |
Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 5.5.1975 Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Mogilev Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
15. |
Maxim Aliaksandravich GAMOLA Maxim Alexandrovich GAMOLA |
Максiм Аляксандравiч ГАМОЛА |
Максим Александрович ГАМОЛА |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
16. |
Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH |
Аляксандр Мiхайлавiч АЛЯШКЕВIЧ |
Александр Михайлович АЛЯШКЕВIЧ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
17. |
Andrei Vasilievich GALENKA Andrey VasilievichGALENKA |
Андрэй ВасiльевiчГАЛЕНКА |
Андрей Васильевич ГАЛЕНКА |
Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
18. |
Aliaksandr Paulavich VASILIEU Alexander Pavlovich VASILIEV |
Аляксандр Паўлавiч ВАСIЛЬЕЎ |
Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast Data tat-twelid: 24.3.1975 Post tat-twelid: Mahilou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
19. |
Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI |
Алег Мiкалаевiч ШУЛЯКОЎСКI |
Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija Kriminali Data tat-twelid: 26.7.1977 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
20. |
Anatol Anatolievich VASILIEU Anatoli Anatolievich VASILIEV |
Анатоль АнатолЬ ьевiч ВАСIЛЬЕЎ |
Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Data tat-twelid: 26.1.1972 Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
21. |
Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA Alexander Viacheslavovic ASTREIKO |
Аляксандр Вячаслававiч АСТРЭЙКА |
Александр Вячеславович АСТРЕЙКО |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast, Maġġur-Ġeneraltal-Milizja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 22.12.1971 Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast u Maġġur-Ġeneral tal-Milizja, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
22. |
Leanid ZHURAUSKI Leonid ZHURAVSKI |
Леанiд ЖУРАЎСКI |
Леонид ЖУРАВСКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Vitebsk/Viciebsk Data tat-twelid: 20.9.1975 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Vitebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
23. |
Mikhail DAMARNACKI Mikhail DOMARNATSKY |
Мiхаiл ДАМАРНАЦКI |
Михаил ДОМАРНАЦКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Gomel/Homyel Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
24. |
Maxim MIKHOVICH Maxim MIKHOVICH |
Максiм МIХОВIЧ |
Максим МИХОВIЧ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) fi Brest, Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
25. |
Aleh Uladzimiravich MATKIN Oleg Vladimirovitch MATKIN |
Алег Уладзiмiравiч МАТКIН |
Олег Владимирович МАТКИН |
Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Intern, (MoIA), Maġġur-Ġeneral tal-Milizja (forza tal-pulizija) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi. |
26. |
Ivan Yurevich SAKALOUSKI Ivan Yurievich SOKOLOVSKI |
Iван Юр’евiч САКАЛОЎСКI |
Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ |
Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
27. |
Valeri Paulavich VAKULCHYK Valery Pavlovich VAKULCHIK |
Валéрый Пáўлавiч
|
Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК |
Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Attwalment Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belarussja Data tat-twelid: 19.6.1964 Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika) (issa Belarussja. Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
28. |
Siarhei Yaugenavich TSERABAU Sergey Evgenievich TEREBOV |
Сяргей Яўгенавiч ЦЕРАБАЎ |
Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
29. |
Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI Dmitry Vasilievich REUTSKY |
Дзмiтрый Васiльевiч РАВУЦКI |
Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
30. |
Uladzimir Viktaravich KALACH Vladimir Viktorovich KALACH |
Уладзiмiр Вiктаравiч КАЛАЧ |
Владимир Викторович КАЛАЧ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
31. |
Alieg Anatolevich CHARNYSHOU Oleg Anatolievich CHERNYSHEV |
Алег Анатольевiч ЧАРНЫШОЎ |
Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
32. |
Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK Aleksandr Vladimirovich KONYUK |
Аляксандр Уладзiмiравiч КАНЮК |
Александр Владимирович КОНЮК |
Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja. Data tat-twelid: 11.7.1960, Post tat-twelid: Hrodna/Grodno,, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni. |
33. |
Lidzia Mihailauna YARMOSHINA Lidia Mikhailovna YERMOSHINA |
Лiдзiя Мiхайлаўна ЯРМОШЫНА |
Лидия Михайловна ЕРМОШИНА |
President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 29.1.1953; Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja. Ġeneru: femminil |
Bħala President tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
34. |
Vadzim Dzmitryevich IPATAU Vadim Dmitrievich IPATOV |
Вадзiм Дзмiтрыевiч IПАТАЎ |
Вадим Дмитриевич ИПАТОВ |
Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 30.10.1964 Post tat-twelid: Kolomyia, Ivano-Frankivsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna Ġeneru: maskil |
Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
35. |
Alena Mikalaeuna DMUHAILA Elena Nikolaevna DMUHAILO |
Алена Мiкалаеўна ДМУХАЙЛА |
Елена Николаевна ДМУХАЙЛО |
Segretarja tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1.7.1971; Ġeneru: femminil |
Bħala Segretarja tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
36. |
Andrei Anatolievich GURZHY Andrey Anatolievich GURZHIY |
Андрэй Анатольевiч ГУРЖЫ |
Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 10.10.1975 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
37. |
Volga Leanidauna DARASHENKA Olga Leonidovna DOROSHENKO |
Вольга Леанiдаўна ДАРАШЭНКА |
Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1976 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
38. |
Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI Sergey Alekseevich KALINOVSKIY |
Сяргей Аляксеевiч КАЛIНОЎСКI |
Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 3.1.1969 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
39. |
Sviatlana Piatrouna KATSUBA Svetlana Petrovna KATSUBO |
Святлана Пятроўна КАЦУБА |
Светлана Петровна КАЦУБО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 6.8.1959 Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
40. |
Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN Alexander Mikhailovich LOSYAKIN |
Аляксандр Мiхайлавiч ЛАСЯКIН |
Александр Михайлович ЛОСЯКИН |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 21.7.1957 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
41. |
Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY Igar Anatolievich PLYSHEUSKI Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY |
Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI |
Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 19.2.1979 Post tat-twelid: Lyuban, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
42. |
Marina Yureuna RAKHMANAVA Marina Yurievna RAKHMANOVA |
Марына Юр’'еўна РАХМАНАВА |
Марина Юрьевна РАХМАНОВА |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 26.9.1970 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
43. |
Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI |
Алег Леанiдавiч СЛIЖЭЎСКI |
Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 16.8.1972 Post tat-twelid: Hrodna/Grodno, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
44. |
Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS Irina Alexandrovna TSELIKOVEC |
Iрына Аляксандраўна ЦЭЛIКАВЕЦ |
Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 2.11.1976 Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.” |