6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 370/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1648
tas-6 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja. |
(2) |
Fid-9 ta’ Awwissu 2020, il-Belarussja kellha elezzjonijiet presidenzjali, li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u li ġew imxekkla mir-repressjoni ta’ kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara dawk l-elezzjonijiet. Fil-11 ta’ Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘Rappreżentant Għoli’) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li jistgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni. |
(3) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adottata r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1387 (2) li ddeżinja 40 individwu bħala responsabbli għal repressjoni u intimidazzjoni ta’ dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja, kif ukoll għat-tmexxija ħażina tal-proċess elettorali għal dawk l-elezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali. |
(4) |
Fl-24 ta’ Settembru 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li fiha stqarr li l-hekk imsejħa “inawgurazzjoni” u l-mandat il-ġdid iddikjarat minn Aleksandr Lukashenko ma għandhom ebda leġittimità demokratika. Id-dikjarazzjoni tenniet mill-ġdid l-aspettattiva tal-Unjoni li l-awtoritajiet Belarussi jieqfu minnufih milli jwettqu kwalunkwe repressjoni u vjolenza ulterjuri fil-konfront tal-poplu Belarussu u jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha detenuti, inkluż il-priġunieri politiċi. |
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, minħabba r-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-attivisti tal-oppożizzjoni, jenħtieġ li Aleksandr Lukashenko u 14-il persuna oħra jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
(6) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1387 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 319I, 2.10.2020, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdiedu l-persuni li ġejjin:
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta’ ortografija Belarussa Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Belarussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
“45. |
Aliaksandr Ryhoravich LUKASHENKA Alexandr Grigorievich LUKASHENKO |
Аляксандр Рыгоравiч ЛУКАШЭНКА |
Александр Григорьевич ЛУКАШЕНКО |
President tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 30.8.1954 Post tat-twelid: Kopys settlement, Vitebsk/Viciebsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala l-President tal-Belarussja b’awtorità fuq il-korpi statali, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mill-apparat tal-Istat qabel u wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-esklużjoni ta’ kandidati ewlenin tal-oppożizzjoni, arresti arbitrarji u l-maltrattament ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
46. |
Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA Viktor Aleksandrovich LUKASHENKO |
Вiктар Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА |
Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО |
Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Data tat-twelid: 28.11.1975 Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
47. |
Ihar Piatrovich SERGYAENKA Igor Petrovich SERGEENKO |
Iгар Пятровiч СЕРГЯЕНКА |
Игорь Петрович СЕРГЕЕНКО |
Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali Data tat-twelid: 14.1.1963 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Stolitsa fl-Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għaldaqstant qiegħed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
48. |
Ivan Stanislavavich TERTEL Ivan Stanislavovich TERTEL |
Iван Станiслававiч ТЭРТЭЛЬ |
Иван Станиславович ТЕРТЕЛЬ |
President tal-KGB, eks President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali Data tat-twelid: 8.9.1966 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Privalki/Privalka fl-Oblast ta’ Hrodna/Grodno (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali KGB u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
49. |
Raman Ivanavich MELNIK Roman Ivanovich MELNIK |
Раман Iванавiч МЕЛЬНIК |
Роман Иванович МЕЛЬНИК |
Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Data tat-twelid: 29.5.1964 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
50. |
Ivan Danilavich NASKEVICH Ivan Danilovich NOSKEVICH |
Iван Данiлавiч НАСКЕВIЧ |
Иван Данилович НОСКЕВИЧ |
President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 25.3.1970 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fl-Oblast ta’ Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
51. |
Aliaksey Aliaksandravich VOLKAU Alexey Aleksandrovich VOLKOV |
Аляксей Аляксандравiч ВОЛКАЎ |
Алексей Александрович ВОЛКОВ |
Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, attwalment President tal-Kumitat tal-Istat għall-Għarfien Espert fil-Forensika Data tat-twelid: 7.9.1973 Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ tmexxija bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
52. |
Siarhei Yakaulevich AZEMSHA Sergei Yakovlevich AZEMSHA |
Сяргей Якаўлевiч АЗЕМША |
Сергей Яковлевич АЗЕМША |
Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 17.7.1974 Post tat-twelid: Rechitsa, Oblast ta’ Gomel (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
53. |
Andrei Fiodaravich SMAL Andrei Fyodorovich SMAL |
Андрэй Фёдаравiч СМАЛЬ |
Андрей Федорович СМАЛЬ |
Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 1.8.1973 Post tat-twelid: Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
54. |
Andrei Yurevich PAULIUCHENKA Andrei Yurevich PAVLYUCHENKO |
Андрэй Юр’евiч П АЎЛЮЧЕНКА |
Андрей Юрьевич ПАВЛЮЧЕНКО |
Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku Data tat-twelid: 1.8.1971 Ġeneru: maskil: |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari billi xekkel il-konnessjoni man-networks tat-telekomunikazzjoni bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
55. |
Ihar Ivanavich BUZOUSKI Igor Ivanovich BUZOVSKI |
Iгар Iванавiч БУЗОЎСКI |
Игорь Иванович БУЗОВСКИЙ |
Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-Twelid: 10.7.1972 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Koshelevo, ir-reġjun ta’ Grodno/Hrodna (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, partikularment bid-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
56. |
Natallia Mikalaeuna EISMANT Natalia Nikolayevna EISMONT Natalia Nikolayevna EISMONT |
Наталля Мiкалаеўна ЭЙСМАНТ |
Наталья Николаевна ЭЙСМОНТ |
Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja Data tat-twelid: 16.2.1984 Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Kunjom tax-xbubija: Kirsanova (RU: Кирсанова) jew Selyun (RU Селюн) Ġeneru: femminili |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja, hija assoċjata mill-qrib mal-President u hija responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-media tal-President, fosthom l-abbozzar ta’ stqarrijiet u l-organizzazzjoni ta’ dehriet pubbliċi. Għaldaqstant qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. B’mod partikolari, bl-istqarrijiet pubbliċi tagħha fejn iddefendiet lill-President u kkritikat l-attivisti tal-oppożizzjoni kif ukoll id-dimostranti paċifiċi, li għamlet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, ikkontribwiet biex jiddgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
57. |
Siarhei Yaugenavich ZUBKOU Sergei Yevgenevich ZUBKOV |
Сяргей Яўгенавiч ЗУБКОЎ |
Сергей Евгеньевич ЗУБКОВ |
Kmandant tal-Unità Alfa Data tat-twelid: 21.8.1975 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fuq il-forzi tal-Unità Alfa, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet minn dawn il-forzi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
58. |
Andrei Aliakseevich RAUKOU Andrei Alekseevich RAVKOV |
Андрэй Аляксеевiч РАЎКОЎ |
Андрей Алексеевич РАВКОВ |
Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Data tat-twelid: 25.6.1967 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Revyaki, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.. |
59. |
Pyotr Piatrovich MIKLASHEVICH Petr Petrovich MIKLASHEVICH |
Пётр Пятровiч МIКЛАШЭВIЧ |
Петр Петрович МИКЛАШЕВИЧ |
President tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 18.10.1954 Post tat-twelid: Oblast ta’ Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: Maskil |
Bħala l-President tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali adottata fil-25 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha ġew leġittimizzati r-riżultati tal-elezzjonijiet frodulenti. Għaldaqstant appoġġa u ffaċilita azzjonijiet ta’ kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mill-apparat tal-Istat kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti u huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien serju tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.” |