26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/62 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/340
tas-17 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi, ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, ta’ sorsi tad-dawl, ta’ apparat refriġeranti, ta’ magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ġew stabbiliti mir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 (2), (UE) 2019/2014 (3), (UE) 2019/2015 (4), (UE) 2019/2016 (5), (UE) 2019/2017 (6) u (UE) 2019/2018 (7) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti emendati”). |
(3) |
Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni għall-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq dwar il-valuri li għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika, imtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti u fir-rigward tat-tolleranzi tal-verifika, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni tal-valuri ddikjarati. |
(4) |
Id-dokumentazzjoni teknika jenħtieġ li tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jivverifikaw il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott. Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369, il-valuri ddikjarati tal-mudell jenħtieġ li jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti. |
(5) |
Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu jew jiġu kkalkulati b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(6) |
Prodotti li fihom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jitneħħew minnhom għall-verifika mingħajr ma ssirilhom ħsara, jenħtieġ li jiġu ttestjati bħala sorsi tad-dawl għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità u l-verifika. |
(7) |
Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, għadhom ma ġewx żviluppati standards armonizzati, u l-istandards eżistenti rilevanti ma jkoprux il-parametri regolati kollha meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Medda Dinamika Qawwija u tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità. Sakemm jiġu adottati standards armonizzati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għal dawk il-gruppi ta’ prodotti, jenħtieġ li jintużaw il-metodi tranżizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament jew metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-kejl u tal-kalkoli. |
(8) |
Il-kabinetti vertikali tal-arja statika b’bibien mhux trasparenti huma apparat refriġeranti professjonali u huma definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 (9), u għalhekk, dawn għandhom jiġu esklużi mir-Regolament Delegat (UE) 2019/2018. |
(9) |
It-terminoloġija u l-metodi tat-testjar tal-użu fir-Regolament (UE) 2019/2018 huma konsistenti mat-terminoloġija u l-metodu ta’ ttestjar adottati f’EN 16901, EN 16902, EN 50597 u EN ISO 23953-2 u EN 16838. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mal-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikoli 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 jiġu emendati kif xieraq. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(2), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Annessi I, II, III, IV, V, VI u IX huma emendati kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Annessi I, IV, V, VI, VIII, IX u X huma emendati kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 4, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2021. Madankollu, il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021, u l-punt 2(a) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.”; |
(5) |
L-Annessi I, III, IV, V, VI u IX huma emendati kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (31) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 11, l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2019, il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020, u l-obbligu li tiġi pprovduta l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għall-parametri tas-sorsi tad-dawl imsemmija fit-tabella 6 tal-Anness V għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.”; |
(4) |
L-Annessi I, II, IV, V, VI u IX huma emendati kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Annessi I, II, IV, V, VI u IX huma emendati kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(2), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 9, l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għall-parametri tas-sorsi tad-dawl imsemmija fit-tabella 10, parti 5 tal-Anness V, li għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.”; |
(5) |
L-Annessi I, III, IV, V, VI u IX huma emendati kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(5) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2021. L-Artikolu 3(2)(a) għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021. L-Artikolu 3(2)(c) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021. L-Artikolu 3(1) 3(2)(b), 3(3), u 3(5) għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 155).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 2).
ANNESS I
L-Annessi I, II, III, IV, V, VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, jiżdiedu l-punti (29) u (30) li ġejjin:
|
(2) |
fi tmiem tal-punt B tal-Anness II, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-valuri dikjarati tal-enerġija fil-modalità mixgħul (Pmeasured ) u erja tas-superfiċje viżibbli (A) kif elenkat fit-Tabella 5 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-EEI.”; |
(3) |
fl-Anness III, il-paragrafu li ġej jiżdied fl-aħħar tal-punt 10 tal-punt (f) tal-Parti 2: “Jekk l-unità tal-wiri elettronika ma tappoġġjax l-HDR, il-pittogramma tal-HDR u l-ittri tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ma jintwerewx. Il-pittogramma tal-iskrin, li tindika d-daqs u r-riżoluzzjoni tal-iskrin, għandha tkun iċċentrata vertikalment fiż-żona taħt l-indikazzjoni tal-konsum tal-enerġija.”; |
(4) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Anness V, it-Tabella 4 hija sostitwita kif ġej:
|
(6) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ara l-paġna 241 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(3) Bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4) Il-fornitur ma għandux idaħħal dawn id-data għal kull mudell jekk il-bażi tad-data tipprovdihom awtomatikament.”.
(*1) il-valuri tal-parametri relatati mal-luminanza tal-ABC huma indikattivi, u l-verifika ssir kontra r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-ABC”.
(*2) Fil-każ li l-valur determinat għal unità waħda ma jkunx konformi, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
(*3) Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.”.
ANNESS II
L-Annessi I, IV, V, VI, VIII, IX u X tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, għandu jiżdied il-punt (33) li ġej:
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Anness VIII, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fl-Anness X, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) għall-programm “eco 40-60”.
(3) il-bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(5) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(6) għall-programm “eco 40-60”.
(7) għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.
(8) il-bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(9) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.”;
(*1) Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.”
ANNESS III
L-Annessi I, III, IV, V, VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punt (42) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).”;’
(1) bidliet f’dawn l-entrati ma għandhomx jitqiesu rilevanti għall-finijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(3) “-”: mhux applikabbli;
“iva”: dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ tip ta’ sors tad-dawl sostitwit tista’ tingħata biss:
— |
għal sorsi ta’ dawl direzzjonali, jekk it-tip tas-sors tad-dawl huwa elenkat fit-Tabella 4 u jekk il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl f’kon ta’ 90° (Φ 90°) mhuwiex inqas mill-fluss luminuż ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 4. Il-fluss luminuż ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 5. Għas-sorsi tad-dawl LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 6; |
— |
għas-sorsi tad-dawl mhux direzzjonali, il-potenza ddikjarata ekwivalenti għal sors tad-dawl inkandexxenti (f’watt, imqarrba għall-eqreb valur sħiħ) għandha tkun dik li fit-Tabella 7 tikkorrispondi mal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl. |
Il-valuri intermedji kemm tal-fluss luminuż kif ukoll tal-potenza ekwivalenti ddikjarata tas-sors tad-dawl ekwivalenti (f’watt, imqarrba għall-eqreb valur sħiħ) għandhom jiġu kkalkulati b’interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri ħdejn xulxin.
(4) “-”: mhux applikabbli;
“iva”: Dikjarazzjoni li sors tad-dawl LED jissostitwixxi sors tad-dawl fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ wattage partikolari. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir biss jekk:
— |
l-intensità luminuża fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b’aktar minn 25 % tal-intensità medja tal-luminożità madwar it-tubu; u |
— |
il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl LED mhuwiex inqas mill-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti tal-wattage ddikjarat. Il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti għandu jinkiseb billi l-wattage ddikjarat jiġi mmultiplikat bil-valur minimu tal-effikaċja luminuża li tikkorrispondi għas-sors tad-dawl fluworexxenti fit-Tabella 8; u |
— |
il-wattage tas-sors tad-dawl LED mhuwiex ogħla mill-wattage tas-sors tad-dawl fluworexxenti li huwa maħsub jissostitwixxi. |
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-data li tappoġġja tali dikjarazzjonijiet.
(5) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.” ”
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (ara l-paġna 209 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS IV
L-Annessi I, II, IV, V, VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, għandu jiżdied il-punt (42) li ġej:
|
(2) |
fl-Anness II, it-Tabella 1 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 1 Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparati refriġeranti
|
(3) |
fl-Anness IV, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness V, it-Tabella 6 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 6 L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
(5) |
fl-Anness VI, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369. Tabella 7 Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-apparat refriġeranti
Jekk l-apparat refriġeranti jkollu diversi kompartimenti tal-istess tip, il-linji għal dawn il-kompartimenti għandhom ikunu ripetuti. Jekk ma jkunx hemm ċertu tip ta’ kompartiment, il-valuri tal-parametri tal-kompartiment għandhom jiġu indikati bi “-”.
|
(6) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(1) kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (1).
(2) il-bidliet għal dan il-punt ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(3) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(4) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(a) a Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.”
ANNESS V
L-Annessi I, II, IV, V, VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, għandu jiżdied il-punt (24) li ġej:
|
(2) |
fl-Anness II, it-titolu tat-Tabella 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi”; |
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness V, it-Tabella 3 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 3 Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
(5) |
fl-Anness VI, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369. Tabella 4 Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi
|
(6) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(1) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) għall-programm “eco”.
(3) il-bidliet għal din l-entrata ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
ANNESS VI
L-Annessi I, III, IV, V, VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punt (18) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Anness VI, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej
Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369. Tabella 11 Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett
|
(4) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(1) kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (1).
(2) il-bidliet għal dan il-punt ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(3) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(4) jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu diversi kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, għandu jiġi pprovdut il-konsum annwali tal-enerġija tal-unità integrata. Jekk sistemi ta’ refriġerazzjoni separati jipprovdu t-tkessiħ għal kompartimenti separati tal-istess unità, fejn possibbli għandu jiġi pprovdut ukoll il-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ kull subsistema.
(5) din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.