16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1986
tal-15 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u jipprevedi b’mod partikolari l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta', u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal, persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom idgħajfu serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja jew li jibbenefikaw jew jappoġġaw ir-reġim ta’ Lukashenka. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1030 (3), li emenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006, introduċa aktar sanzjonijiet ekonomiċi mmirati, inkluż projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi. |
(3) |
Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1989 (4), li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK u tintroduċi ċerti eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarusu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati. |
(4) |
Ċerti miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1l tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bis-segwenti:
“Artikolu 1l
1. Għandu jkun ipprojbit li tiġi pprovduta assigurazzjoni jew riassigurazzjoni:
(i) |
lill-Gvern Belarussu, lill-korpi, lill-korporazzjonijiet jew lill-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew |
(ii) |
lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punt (i). |
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà obbligatorja jew ta’ parti terza lil persuni, entitajiet jew korpi Belarussi fejn ir-riskju assigurat jinsab fl-Unjoni jew għall-għoti ta’ assigurazzjoni għal missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Belarussja fl-Unjoni.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2021 jew il-kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1030 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 224 I , 24.6.2021, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1989 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Belarussja (ara paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).