22.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 458/519 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/2295 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-21 ta’ Diċembru 2021
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028. |
(2) |
In-nomini tas-Sur Lauri MADISE, is-Sur Iko NÕMM, is-Sa Anna MARCOULLI, is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS, is-Sa Tuula PYNNÄ u s-Sur Heikki KANNINEN ġew proposti għat-tiġdid tal-mandat tagħhom fil-Qorti Ġenerali. |
(3) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta’ Settembru 2019 ’il quddiem. Il-punt (c) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi Regolament jipprevedi li l-mandat ta’ ħamsa mid-disa’ Mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta’ Settembru 2019 għandu jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2025. |
(4) |
Is-Sur Damjan KUKOVEC ġie nnominat għall-kariga ta’ Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
(5) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-ħatra tas-Sur Anthony COLLINS bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Anthony COLLINS, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2025. |
(6) |
Is-Sa Suzanne KINGSTON ġiet nominata għall-kariga li saret vakanti. |
(7) |
Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara l-ħatra tas-Sur Dimitrios GRATSIAS bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Dimitrios GRATSIAS, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2022. |
(8) |
Is-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti. |
(9) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill 1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:
— |
Is-Sur Lauri MADISE, |
— |
Is-Sur Iko NÕMM, |
— |
Is-Sa Anna MARCOULLI, |
— |
Is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS, |
— |
Is-Sa Tuula PYNNÄ, |
— |
Is-Sur Heikki KANNINEN. |
Artikolu 2
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025:
— |
Is-Sur Damjan KUKOVEC, |
— |
Is-Sa Suzanne KINGSTON. |
Artikolu 3
Is-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2022.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.
Il-President
I. JARC
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).