Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan /* COM/2013/0242 final - 2013/0128 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1 KUNTEST TAL-PROPOSTA · Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Mill-bidu
tal-2011, l-ekonomija tal-Ġordan kienet affettwata b'mod sinifikanti minn
avvenimenti domestiċi relatati mar-Rebbiegħa Għarbija kif ukoll
mill-inkwiet reġjonali li ma jaqtax, b'mod partikolari fl-Eġittu u
s-Sirja, il-pajjiżi ġirien. Flimkien mal-ambjent globali aktar
dgħajjef, it-tranżizzjoni politika tal-Ġordan laqtet b'mod
ħażin id-dħul minn barra u dgħajfet il-finanzi
pubbliċi. Turiżmu aktar baxx kif ukoll anqas dħul ta’
investiment barrani dirett (IBD), prezzijiet internazzjonali tal-enerġija
ogħla u t-tfixkil ripetut għall-fluss tal-gass naturali
mill-Eġittu, li ġiegħlu lill-Ġordan biex jissostitwixxi
l-importazzjoni tal-gass mill-Eġittu għal fjuwils ogħla sabiex
jiġġenera l-elettriku, xekklu t-tkabbir u rriżultaw
f’deterjorament qawwi fil-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni
fiskali. Il-Ġordan kien ukoll affettwat mill-intensifikazzjoni
tal-kriżi tas-Sirja, b'mod partikolari permezz tal-fluss ta’
refuġjati u l-implikazzjonijiet fiskali ta' dan. Filwaqt li l-Ġordan
s’issa rnexxielu jżomm l-istabbiltà makroekonomika, anki permezz ta’
sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali sostanzjali u ta' għajnuna finanzjarja
minn donaturi barranin, hemm bżonn sinifikanti ta' finanzjament kif ukoll
ta' bilanċ fil-pagamenti.
Taħt
il-pressjoni ta’ tnaqqis qawwi ta’ riżervi internazzjonali fl-ewwel nofs
tal-2012, l-awtoritajiet tal-Ġordan ftiehmu fuq Ftehim ta' Kreditu ta'
Riżerva (SBA) mal-FMI ta' USD 2 biljun (800 % tal-kwota)
għal 36 xahar, li ġie approvat f’Awwissu 2012. Billi
l-perspettiva u s-sitwazzjoni ekonomika qed jeħżienu, il-Gvern
tal-Ġordan talab Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) mill-UE li tammonta
għal EUR 200 miljun f’Diċembru 2012. Il-Kummissjoni bi
ħsiebha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta
għall-MFA għall-benefiċċju tar-Renju Ħaxemita
tal-Ġordan li jammonta għal massimu ta’ EUR 180 miljun fil-forma
ta’ self fuq terminu ta’ żmien medju. Il-bażi legali proposta huwa
l-Artikolu 212 tat-TFUE. L-MFA se
tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Ġordan
għal finanzjament estern residwu fl-2013 u l-2014, fil-kuntest
tal-programm tal-FMI. L-MFA għandha tgħin lill-Ġordan tindirizza l-konsegwenzi
ekonomiċi li għad hemm minnħabba r-Rebbiegħa Għarbija
u x-xokkijiet esterni fis-settur tal-enerġija. Hija se tnaqqas
il-bilanċ ta' pagamenti u vulnerabbiltajiet fiskali tal-ekonomija fuq
terminu qasir, filwaqt li tappoġġja l-programmi ta'
aġġustament u ta’ riforma miftiehma mal-FMI u l-Bank Dinji, kif ukoll
ir-riformi miftiehma taħt l-operazzjonijiet tal-UE ta’ appoġġ
baġitarju (inkluża l-operazzjoni ta' Kuntratt ta' Governanza Tajba u
Żvilupp ta’ EUR 40 miljun ffinanzjata mis-Sostenn
għas-Sħubija, ir-Riforma u t-Tkabbir Inklużiv, il-programm(SPRING). L-għajnuna proposta se tippromwovi
miżuri ta’ politika biex titjieb l-amministrazzjoni tal-finanzi
pubbliċi u r-riforma tat-taxxa filwaqt li tissaħħaħ
is-sistema ta' protezzjoni soċjali (billi titqiegħed ukoll aħjar
fil-mira is-sistema tat-trasferimenti ta’ flus kontanti li daħlet
fis-seħħ f’Novembru li għadda biex tikkumpensa lill-familji
għar-riforma fis-sistenma tas-sussidju għall-enerġija);
miżuri biex jitjieb il-qafas regolatorju u l-klima għall-investiment;
u riformi biex jitnaqqsu l-qgħad u tiġi xprunata
l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod speċjali fost
in-nisa. Il-FMI propost
huwa konsistenti mal-impenn politiku u finanzjarju li ħadet l-UE
mal-Awtoritajiet tal-Ġordan f’laqgħa tat-Task Force bejn l-UE u
l-Ġordan fi Frar 2012. Dan huwa wkoll konformi mal-għanijiet
tas-sħubija l-ġdida għar-reġjun tan-Nofsinhar
tal-Mediterran proposti waqt is-samit tal-G8 ta’ Deauville kif ukoll
mal-orjentazzjonijiet tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Bl-istess mod, dan
għandu juri lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun li l-UE hija
lesta tappoġġa pajjiżi bħall-Ġordan, li jkunu qed
jaqbdu it-triq lejn riformi politiċi waqt id-diffikultajiet
ekonomiċi. F’dan
il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-prerekwiżiti politiċi u
ekonomiċi għal operazzjoni tal-MFA bl-ammont propost u ta' din
in-natura jintlaħqu. · Il-kuntest ġenerali Il-Ġordan
iffaċċja kundizzjonijiet ekonomiċi li qed imorru
għall-agħar sa mill-2011 minħabba l-inkwiet reġjonali u
politiku assoċjat mar-Rebbiegħa Għarbija u minħabba
l-ambjent reġjonali u ekonomiku globali aktar dgħajfa. Dawn
iċ-ċirkostanzi affettwati negattivament tnejn mill-akbar l-atturi
esterni għat-tkabbir ekonomiku, jiġifieri t-turiżmu lejn
il-pajjiż u l-investiment barrani dirett (IBD). Barra minn hekk,
l-interruzzjoni ta' spiss tal-provvisti tal-gass mill-Eġittu
ġiegħlet lill-Gvern biex jissostitwixxi l-gass ma'
l-importazzjonijiet taż-żejt aktar għaljin, li għollew
il-kont tal-importazzjoni b’mod sinifikanti[1].
Dawn ix-xokkijiet negattivi esterni kkontribwew biex jinħolqu
żbilanċi fiskali esterni kbar. F’dan il-kuntest,
u wara perjodu ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu b’medja ta’ 6.5 %
bejn l-2000 u l-2009, li parzjalment jirrifletti ambjent estern favorevoli,
it-tkabbir tal-PDG naqas f’daqqa għal 2.6 % fl-2011. It-tkabbir
tal-PDG żdied moderatament għal 2.9 % fl-ewwel nofs tal-2012,
wara rkupru fit-turiżmu lejn il-pajjiż, u minkejja l-prestazzjoni
dgħajfa fis-setturi tal-minjieri u tal-bini. Fl-2013, it-tkabbir fil-PGD
huwa previst li jimxi id f'id ma' żieda fl-IBD fis-setturi
tal-enerġija kif ukoll bankarji, madankollu jibqa’ kollox ma' kollox baxx
(madwar 3 %). L-inflazzjoni tal-prezzijiet
għall-konsumatur żdiedu moderatament matul l-2012, u laħqu medja
ta’ 4.8 %, meta mqabbel ma’ 4.5 % fl-2011, hekk kif l-impatt
tat-tariffi tal-fjuwil domestiku u tal-elettriku żdiedu fit-tariffi kienu
parzjalment ikkumpensat minn domanda domestika aktar dgħajfa.
L-inflazzjoni mistennija tkompli tiżdied għal 6.1 % bħala
medja fl-2013, parzjalment bħala riżultat tal-aġġustamenti
previsti fil-prezz tal-enerġija. Minn nofs l-2011’il hawn, il-politika
monetarja saret iktar stretta sabiex tiġi ppreservata l-attrazzjoni ta'
assi ddenominati JOD. Politika ta’ rata ta’ kambju fissa attwali (marbuta
mad-dollaru Amerikan) għenet biex tistabbilizza l-antiċipazzjonijiet
inflazzjonarji. Il-pożizzjoni esterna marret
għall-agħar b’mod sinifikanti mill-bidu tal-2011 minħabba
x-xokkijiet msemmija hawn fuq. Id-defiċit tal-kont kurrenti (inklużi
l-għotjiet) laħaq it-12 % tal-PDG fl-2011 (19 % tal-PDG
esklużi l-għotjiet), żdied minn 7.1 % tal-PDG fl-2010
(11.3 % tal-PDG esklużi l-għotjiet), parzjalment minħabba
żieda ta' 16.6 % fil-kont tal-importazzjoni. Sa tmiem l-2012, kien
kiber ulterjorment għal 17 % tal-PDG (20,6 % tal-PDG
esklużi l-għotjiet), minkejja li t-turiżmu lejn il-pajjiż
żdied bi 15. 3% (ġeneralment attribwit għall-flussi
turistiċi mill-pajjiżi Għarab) u kien hemm żieda ta'
3.5 % fir-rimessi. Huwa previst madanakollu, li l-iżbilanċ
tal-kont kurrenti, esklużi l-għotjiet, se jonqos għal
12.1 % fl-2013 minħabba l-esportazzjoni aktar b’saħħitha u
n-normalizzazzjoni gradwali tal-provvisti tal-gass mill-Eġittu. In-nuqqas
tal-IBD fl-2011 u l-2012 kompla jiddeterjora l-pożizzjoni esterna.
Il-ħtiġijiet ta’ ffinanzjar fl-2011-12 intlaħqu fil-biċċa
l-kbira permezz ta’ assistenza barranija, b'mod partikolari mill-pajjiżi
tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-istituzzjonijiet tal-Bretton
Woods, u l-mobilizzazzjoni tar-riżervi internazzjonali, li naqsu
b’14 % (b'USD 10.7 biljun) fl-2011 u b’mod aktar drammatiku matul l-2012,
fejn laħqu USD 5.2 biljun (ftit aktar minn 3 xhur ta’
importazzjonijiet) sal-aħħar tas-sena. Il-finanzi pubbliċi ġew taħt
pressjoni minħabba l-pakketti tan-nefqa soċjali adottati fl-2011,
minħabba l-impatt baġitarju biż-żieda fil-prezzijiet
tal-enerġija importata kif ukoll minħabba t-tnaqqis fir-ritmu
ekonomiku. Id-defiċit tal-baġit bl-esklużjoni tal-għotjiet
żdied minn 7.7 % tal-PDG fl-2010 għal 11.7 % fl-2011,
filwaqt li d-dejn pubbliku tela’ għal 70,7 % tal-PDG sa tmiem l-2011 (minn 67.1 % tal-PDG fi tmiem
l-2010). Għalkemm il-baġit tal-2012 adottat fi Frar kien jipprevedi
aġġustament fiskali kbir meta mqabbel mal-2011, sa nofs is-sena kien
jidher ċar li dan ma kienx aktar possibbli, kien jirrifletti sussidji
għall-fjuwil ħafna ogħla milli ppjanat, il-kont tal-pagi kien
ogħla minħabba r-riforma tas-servizz ċivili, kien hemm nefqa
ogħla fuq il-pensjonijiet u s-saħħa kif ukoll fuq
l-akkomodazzjoni u l-assistenza medika għar-refuġjati Sirjani[2]. Biex itaffi s-sostenibbiltà
tad-dejn u n-nuqqasijiet possibbli tal-flussi esterni, il-Gvern iddeċieda
f’Mejju 2012 li jieħdu miżuri fiskali addizzjonali li ammontaw
għal 3.4 % tal-PDG. L-għan kien li jitnaqqas id-defiċit
globali fl-2012 b’madwar 1.5 punti perċentwali tal-PDG (għal
10.7 % tal-PGD, esklużi l-għotjiet). Bħala nefqa, miżuri ta’
konsolidazzjoni fiskali (li jammontaw għal 2.9 % tal-PGD) inkludew:
it-tneħħija ta’ sussidji fuq il-gażolina ta' 95 ottan, il-fjuwil
għall-ġettijiet u ż-żejt kombustibbli tqil; tnaqqis ta’
13 % fuq is-sussidju għall-gażolina ta' 90 ottan; żieda ta’
6 % fil-prezz tad-diżil; kif ukoll tnaqqis fin-nefqa kapitali u
n-nefqa attwali. Bħala dħul, l-isforz ta’ konsolidazzjoni kien
ammonta għal 0.4 % tal-PDG u inkluda, fost affarijiet oħra, l-introduzzjoni
ta’ taxxa tal-bejgħ fuq it-telefowns ċellulari u s-sistemi tal-arja
kundizzjonata; żieda fit-taxxi fuq il-karozzi, il-biljetti tal-ajru u
l-alkoħol kif ukoll fuq l-prodotti tat-tabakk; u t-tneħħija ta’
ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa. Fil-bidu ta’ Settembru 2012, il-gvern ħa
d-deċiżjoni li tkun introdotta 6 % taxxa fuq id-diżil u li
jitneħħew is-sussidji minn fuq il-gażolina ta' 90 ottan.
Madankollu, din id-deċiżjoni, li hija punt ta' riferiment
fil-programm tal-FMI, fil-bidu ġiet sospiża mir-Re.
Il-liberalizzazzjoni tal-gażolina ta' 90 ottan fl-aħħar
seħħet f’nofs Novembru (flimkien mat-tneħħija ta’ sussidji
fuq id-diżil, il-pitrolju, u l-prezzijiet tal-gass għall-familji)
b'konformità totali mal-punt ta' riferiment strutturali għall-aġġustament
fil-prezzijiet stabbilit mill-programm tal-FMI. Għalkemm dawn
il-miżuri wasslu għal protesti soċjali serji f’nofs Novembru,
il-gvern żamm l-aġġustamenti fil-prezz tal-fjuwil. Kif enfasizzat waqt Djalogu Konġunt fuq
ir-Riformi Ekonomiċi mwettqa mill-Kummissjoni mal-awtoritajiet
tal-Ġordan f’Ottubru li għadda, il-Ġordan għamel progress
sinifikanti f’għadd ta’ oqsma ta’ riforma ewlenin. Dan jinkludi
l-aġġustament tal-prezzijiet tal-enerġija, pjanijiet sabiex
jiddiversifika fil-provvista tal-enerġija, miżuri li jżidu
l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, skemi li
jappoġġjaw l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi, u
s-sottomissjoni lill-Parlament ta’ proposti leġiżlattivi dwar
it-taxxa tad-dħul, il-PPPs u r-riforma tas-sigurtà soċjali.
Madankollu, l-isfidi sostanzjali tar-riforma strutturali għad iridu
jiġu indirizzati. Barra minn hekk, bosta proposti leġiżlattivi
għadhom imwaħħlin fil-parlament, u x-xoljiment tal-parlament kif
ukoll l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet parlamentari miżmuma
fl-aħħar ta' Jannar 2013 komplew jitfgħu lura l-adozzjoni tagħhom.
Fit-3 ta’ Awwissu 2012, il-Bord tal-FMI
approva, kif ġie nnutat, Ftehim ta' Kreditu ta' Riżerva (SBA) ta’
USD 2 biljun ta' 36 xahar (800 % tal-kwota) għall-Ġordan.
Il-programm relattivament ġie fornut bil-quddiem, bi 300 % tal-kwota
(minn total ta’ 800 %) tingħata fl-ewwel żewġ partijiet
(it-tieni parti għandha tingħata hekk kif titlesta tal-ewwel
reviżjoni tal-programm). Il-programm jipprevedi pakkett ta’ miżuri li
għandhom l-għan li jsaħħu t-tkabbir filwaqt li jnaqqsu
l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet eżoġeni, b'mod speċjali
billi jirriformaw s-sistema tas-sussidji għall-enerġija, billi
jwasslu biex NEPCO tirkupra l-kostijiet u jippromwovu diversifikazzjoni
fil-provvista tal-enerġija. Il-programm jipprevedi aktra konsolidazzjoni
fis-settur fiskali permezz tar-razzjonalizzazzjoni effettiva tas-sistema
tat-taxxa, l-amministrazzjoni tat-taxxa mtejba u tnaqqis fin-nefqa.
Għall-2013, huma ppjanati miżuri ta’ aġġustament fiskali
addizzjonali sostanzjali, inklużi żidiet fil-prezzijiet
tad-diżil u tal-pitrolju, tnaqqis fl-eżenzjonijiet fiskali u
possibbilment, żidiet fit-taxxi tas-sisa, bl-għan li jitnaqqas
id-defiċit fiskali, esklużi l-għotjiet, għal 9.3 %
tal-PDG għal din is-sena (5.5 % inklużi l-għotjiet). Id-differenza finanzjarja esterna
ibbażata fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-FMI disponibbli,
għall-programm tal-FMI għall-perjodu (2013-2015) hija stmata
għal madwar USD 5,9 biljun, li essenzjalment tirrifletti defiċit
mdaqqas (għalkemm qed jonqos tul iż-żmien) fil-kont kurrenti u
l-bżonn li jerġgħu jinbnew ir-riżervi uffiċjali
tal-kambju. Bir-riservi li diġà kienu f'livell baxx ħafna fi tmiem
l-2012 (ftit aktar mill-punt ta' riferiment minimu ta’ 3 xhur
fl-importazzjonijiet, kif ġie nnutat), u l-bilanċ tal-pagamenti
tal-Ġordan li għadu vulnerabbli ħafna għax-xokkijiet
esterni, b'mod speċjali b'aktar tfixkil fil-provvisti tal-gass
mill-Eġittu u l-iżviluppi politiċi fir-reġjun, il-programm
tal-FMI għandu l-għan li joħloq riforniment konsiderevoli
tar-riżervi uffiċjali. Bl-iżborż nett skont l-SBA u s-Self
għall-Politika tal-Iżvilupp (SPŻ) tal-Bank Dinji, il-Ġordan
qed jiffaċċja differenza finanzjarja esterna residwa ta’ USD 4,1
biljun tul dawn it-tliet snin, li għandhom jiġu koperti minn donaturi
oħrajn (il-pajjiżi tal-GCC, l-Istati Uniti, l-UE, Franza, u
l-Ġappun). L-MFA proposta mill-UE tikkorrispondi għal madwar
4.4 % mid-differenza finanzjarja esterna residwa. · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Xejn · Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni L-UE ilha għal żmien twil interessata
li taħdem mal-Ġordan, għax tirrikonoxxi r-rwol stabbilizzanti
tal-Ġordan fir-reġjun kif ukoll minħabba r-rabtiet
ekonomiċi u finanzjarji tagħha. Ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn
l-UE u l-Ġordan huma inkwadrati mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta'
Mejju 2002, li jilliberalizza l-kummerċ bejn iż-żewġ
partijiet u jipprevedi t-tisħiħ tad-djalogu politiku bilaterali u
l-kooperazzjoni ekonomika ta' bejniethom. Ir-relazzjonijiet bilaterali komplew
jissaħħu skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tal-UE,
anki permezz tal-adozzjoni fl-2005 ta’ Pjan ta’ Azzjoni fuq ħames snin
tal-PEV, sostitwit minn Pjan ta’ Azzjoni ġdid ta’ 5 snin fl-2010, li
jidentifika miżuri ta’ riforma ewlenin kemm fl-isfera politika kif ukoll
dik ekonomika, u jippromwovi l-konverġenza regolatorja tal-Ġordan
mal-UE. Barra minn hekk, il-Ġordan huwa l-ewwel mill-pajjiżi
sieħba tal-Mediterran li magħhom l-UE kkonkludiet negozjati
tekniċi li wasslu għal “Status Avvanzat”. Hija wkoll Membru
tal-Unjoni għall-Mediterran. Ir-rabtiet ekonomiċi mal-UE huma
importanti wkoll. Fl-2011, l-UE kienet l-ewwel sors
għall-importazzjonijiet mill-Ġordan (20.1 %), għalkemm
kienet biss is-seba’ destinazzjoni fl-esportazzjonijiet tal-Ġordan. U l-UE
offriet lill-Ġordan, kif ġie nnutat, in-negozjar ta’ DCFTA
bil-għan li tiżdied l-integrazzjoni tal-Ġordan mas-suq uniku
tal-UE. Kollox ma' kollox, filwaqt li tat-triq
tal-Ġordan għad-demokrazija sħiħa mhix mingħajr
diffikultajiet u jibgħu ċerti inċertezzi sinifikanti,
il-pajjiż għamel passi sinifikanti lejn riforma politika u ekonomika
u hemm ukoll qafas sod ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Ġordan. Minn mindu r-Rebbiegħa Għarbija
bdiet, l-UE ddikjarat f'diversi okkażjonijiet l-impenn tagħha li
tappoġġja lill-Ġordan fil-proċess ta’ riforma ekonomika u
politika tiegħu. Tabilħaqq, l-impenn tal-UE li tappoġġja
r-riforma politika u ekonomika tal-Ġordan kien il-messaġġ
prinċipali tal-ewwel Task Force bejn l-UE u l-Ġordan li saret f’Amman
fi Frar 2012. Il-proposta tal-MFA hija konsistenti
mal-impenn tal-UE li tappoġġja t-tranżizzjoni ekonomika u
politika tal-Ġordan. Hija wkoll konsistenti mal-linji gwida
għall-MFA, kif stipulat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2002
dwar l-MFA u l-ittra li takkumpanjahom mingħand il-President tal-Kunsill
lill-President tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, u kif spjegat f’aktar
dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta
tal-Kummissjoni, il-proposta hija konsistenti mal-prinċipji li
ġejjin: karattru eċċezzjonali, prekundizzjonijiet politiċi,
kumplimentarjetà, kundizzjonalità u dixxiplina finanzjarja. Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel
monitoraġġ u tivvaluta waqt l-operazzjoni tal-MFA li dawn il-kriterji
ntlaħqu, inkluża l-valutazzjoni, b’rabta mill-qrib mas-Servizz
Ewropew tal-Azzjoni Esterna, tal-prekundizzjonijiet politiċi. 2 RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT · Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati L-għajnuna makrofinanzjarja qed
tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali
għall-programm ta’ rkupru u stabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ġordan.
Fil-preparazzjoni ta’ din il-proposta għall-MFA, is-servizzi
tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bank Dinji,
li diġà waqqfu programmi konsiderevoli għall-iffinanzjar. Il-Kummissjoni
kkonsultat mal-Istati Membri tal-UE fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel
ma ssottomettiet il-proposta tagħha għal AMF. Il-Kummissjoni kienet
ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ġordan. · Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Sejra titwettaq Valutazzjoni Operazzjonali li
tivverifika l-kwalità u l-affidabilità taċ-ċirkwiti finanzjarji
pubbliċi u tal-proċeduri amministrattivi tal-Ġordan
mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ esperti esterni. · Valutazzjoni tal-impatt L-MFA u l-programm ta’ riformi u
aġġustamenti ekonomiċi assoċjat magħha għandhom
jgħinu sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Ġordan
għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġaw
il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-bilanċ
tal-pagamenti u s-sostenibbiltà fiskali għal terminu ta' żmien medju,
u biex iżidu t-tkabbir sostenibbli kif maqbul mal-FMI. B’mod partikulari,
hija se tgħin biex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza
fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; ikunu promossi r-riformi fiskali
sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa u tittejjeb il-progressività
fis-sistema fiskali; ikunu appoġġjati l-isforzi li għaddejjin
bħalissa sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' protezzjoni
soċjali soċjali; ikunu promossi r-riformi fis-suq tax-xogħol
(biex jitnaqqas il-qgħad u tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni,
b'mod speċjali fost in-nisa); tkun ifaċilitata l-adozzjoni ta’
miżuri sabiex jitjieb il-qafas regolatorju għall-kummerċ u
l-investiment. 3 ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA · Sommarju tal-azzjoni proposta L-Unjoni Ewropea tqiegħed l-MFA għad-dispożizzjoni
tal-Ġordan għall-ammont massimu totali ta’ EUR 180 miljun,
ipprovduti fil-forma ta’ self fuq terminu ta’ żmien medju. L-assistenza se
tikkontribwixxi biex tiġi koperta l-ħtieġa ta’ finanzjament
estern residwu fl-2013-14 skont kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi
tal-estimi tal-FMI. L-assistenza hija ppjanata li tingħata
f’żewġ pagamenti ta’ self u li tiġi xi ftit antiċipata
minħabba l-urġenza tal-ħtiġijiet finanzjarji.
L-iżborż tal-ewwel pagament parzjali huwa mistenni li jsir fit-tieni
nofs tal-2013. It-tieni pagament parzjali, li jiddependi fuq għadd ta’
miżuri politiċi, jista’ jitħallas fl-ewwel nofs tal-2014.
L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Għall-għajnuna
japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi
u ta’ irregolaritajiet oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament
Finanzjarju. Bħalma jiġri s-soltu fl-istrument
tal-MFA, il-ħlasijiet se jkunu jiddependu fuq reviżjonijiet
tal-programm li jsiru b’suċċess skont l-arranġament finanzjarju
tal-FMI (l-SBA). Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet
tal-Ġordan se jaqblu dwar miżuri speċifiċi ta’ riforma
strutturali f’Memorandum ta’ Ftehim. Il-Kummissjoni se timmira għal
riformi strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali
u l-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli (pereżempju; billi jkun
hemm fil-mira t-trasparenza u l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-finanzi
pubbliċi; ir-riformi fiskali; ir-riformi sabiex tissaħħaħ
is-sistema ta' protezzjoni soċjali; ir-riformi fis-suq tax-xogħol; u r-riformi
sabiex jitjieb il-qafas regolatorju għall-kummerċ u l-investiment). Id-deċiżjoni li tingħata l-MFA
kollha fil-forma ta' self hija ġġustifikata mil-livell ta’
żvilupp tal-Ġordan (kif imkejjel mid-dħul tiegħu per
capita) u mill-indikaturi tad-dejn tiegħu. Hija wkoll konsistenti
mat-trattament mogħti lill-Ġordan mill-Bank Dinji u mill-FMI.
Tabilħaqq, il-Ġordan mhux eliġibbli għal finanzjament
agevolat la mingħand l-IDA u lanqas mingħand il-Fond Fiduċjarju
tal-FMI għat-Tnaqqis tal-Fqar u għat-Tkabbir. · Bażi legali Il-bażi
legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 212 tat-TFUE. · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
mħallta tal-UE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sal-punt li
l-objettivi sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid tal-istabbiltà
makroekonomika għal terminu ta’ żmien qasir fil-Ġodan ma
jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri
waħedhom, u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar
mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-limitazzjonijiet
baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa
għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jitkabbru
kemm jista’ jkun l-iskala u l-effettività tal-għajnuna. · Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tal-proporzjonalità: tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ
sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ stabbiltà makroekonomika fuq perjodu ta’
żmien qasir u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ
għal dan l-iskop. Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi
tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Arranġament dwar l-SBA, l-ammont
tal-assistenza jikkorrispondi għal 4.4 % tad-differenza finanzjarja
residwa għall-perjodu mill-2013 sal-2015. Dan huwa konsistenti mar-regoli
standard dwar il-qsim tal-piż għall-operazzjonijiet tal-għajnuna
makrofinanzjarja. Meta wieħed iqis l-għajnuna mwiegħda
lill-Ġordan minn donaturi u kredituri bilaterali u multilaterali
oħrajn, dan jitqies bħala livell xieraq fil-qsim tal-piż
għall-UE. · Għażla tal-istrumenti Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati,
minħabba li, fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas dwar l-Assistenza
Makrofinanzjarja, id-deċiżjonijiet ad hoc tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill skont l-Artikolu 212 tat-TFUE huma l-uniċi istrumenti
legali disponibbli għal din l-għajnuna. Il-finanzjament jew l-assistenza teknika
għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex
jindirizzaw dawn l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni
tal-MFA, meta mqabbla ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li hija ttaffi
l-limitazzjoni finanzjarja esterna u tgħin sabiex jinħoloq qafas
makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti
u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq
għar-riformi strutturali. L-MFA, bl-għajnuna tagħha sabiex
jiġi stabbilit qafas ġenerali xieraq għall-politiki makroekonomiċi
u strutturali, tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet
iffinanzjati fil-Ġordan taħt strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE
ffokati b’mod aktar preċiż. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA L-assistenza ppjanata għandha
tingħata f’forma ta’ self u għandha tkun ffinanzjata permezz ta’
operazzjoni ta’ teħid b'self li l-Kummissjoni se twettaq f’isem l-UE.
L-ispejjeż baġitarji tal-assistenza se jikkorrispondu
għall-provvediment, b’rata ta’ 9 %, tal-ammonti mħallsa fil-fond
ta’ garanzija għal self estern tal-UE, mil-linja baġitarja
01 04 01 14 (“il-provvediment tal-Fond ta’ Garanzija”). Jekk
wieħed jassumi li l-ewwel żborż ta' ammonti mislufa se jsir
fl-2013 għall-ammont ta' EUR 100 miljun u t-tieni żborż ta'
ammonti mislufa se jsir fl-2014 għall-ammont ta’ EUR 80 miljun, u
skont ir-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija,
il-provvediment se seħħ fi ħdan il-baġits tal-2015 u
l-2016. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI · Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/skadenza awtomatika Il-proposta tinkludi klawżola ta'
skadenza awtomatika. L-għajnuna makrofinanzjarja proposta għandha
tkun disponibbli għal sentejn, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul
fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Ftehim. 2013/0128 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja
lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan IL-PARLAMENT
EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikolu 212 tiegħu, Wara li kkunsidraw
il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[3],
Wara
t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti
nazzjonali, Filwaqt li
jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4], Billi: (1) Ir-relazzjonijiet bejn
l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
(“il-Ġordan”) qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u
tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, daħal
fis-seħħ f’Mejju 2002. Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni
ekonomika bilaterali koplew jiżviluppaw fi ħdan il-qafas
tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV, li l-aktar reċenti jkopru l-perjodu
2010-2015. Fl-2010, l-Unjoni tat lill-Ġordan sħubija
ta' "Status Avvanzat", li twessa' l-ambitu tal-kooperazzjoni
ta' bejn iż-żewġ pajjiżi. (2) L-ekonomija tal-Ġordan
kienet affettwata b'mod sinifikanti minn avvenimenti domestiċi relatati
ma' avvenimenti fin-Nofsinhar tal-Mediterran sa minn tmiem l-2010,
magħrufa bħala “r-Rebbiegħa Għarbija”, kif ukoll mill-inkwiet
reġjonali li ma jaqtax, b'mod partikolari fl-Eġittu u s-Sirja,
il-pajjiżi ġirien. Flimkien ma' ambjent globali aktar dgħajjef,
it-tfixkil ripetut fil-fluss tal-gass naturali mill-Eġittu li wassal biex
il-Ġordan jissostitwixxu l-importazzjonijiet tal-gass mill-Eġittu
għal fjuwils aktar għolin għall-ġenerazzjoni tal-elettriku,
u l-fluss qatigħ tar-refuġjati mis-Sirja, rriżultaw
f’diskrepanzi finanzjarji importanti esterni kif ukoll baġitarji. (3) Minn mindu r-Rebbiegħa
Għarbija bdiet, l-Unjoni ddikjarat f'diversi okkażjonijiet l-impenn
tagħha li tappoġġja lill-Ġordan fi proċess ta’ riforma
ekonomika u politika tiegħu. Dan l-impenn ġiet affermat
mill-ġdid fil-konklużjonijiet tal-għaxar laqgħa tal-Kunsill
ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ġordan f’Diċembru 2012.
(4) Il-Ġordan beda sensiela
ta’ riformi politiċi, li b'mod speċjali wasslu għall-adozzjoni
mill-Parlament tal-Ġordan, f’Settembru 2011 għal aktar minn 40
emenda kostituzzjonali, li jirrappreżentaw pass sinifikanti lejn sistema
demokratika b’mod sħiħ. L-appoġġ politiku u ekonomiku
mill-Unjoni lill-proċess ta’ riforma tal-Ġordan huwa konsistenti
mal-politika tal-Unjoni għan-Nofsinhar tar-reġjun Mediterranju, kif
stabbilit fil-kuntest tal-PEV. (5) F'Awwissu 2012,
l-awtoritajiet tal-Ġordan u l-Fond Monetarju Internazzjonali
(FMI) ftiehmu fuq Arranġament ta’ Riżerva
għall-tliet snin tal-SDR
(drittijiet speċjali ta' prelevament) ta' 1,364 miljun
bħala appoġġ għall-programm ta' aġġustamenti u
riformi ekonomiċi. (6) L-Unjoni għamlet
disponibbli EUR 293 miljun f’għotjiet għall-perjodu 2011-13
taħt il-programm ta’ kooperazzjoni regolari tagħha, biex
tappoġġja l-aġenda ta’ riforma politika u ekonomika
tal-Ġordan. Barra minn hekk, EUR 70 miljun ġew allokati
għall-Ġordan fl-2012 taħt il-programm “Sostenn għas-Sħubija,
ir-Riforma u t-Tkabbir Inklużiv” (SPRING), u EUR 10 miljun
f’għajnuna umanitarja tal-Unjoni biex jiġu megħjuna
r-refuġjati Sirjani. (7) F'Diċembru 2012 il-Ġordan
talab assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni
minħabba li s-sitwazzjoni u l-prospettiva ekonomiċi li kienu qed
jeħżienu. (8) Minħabba li, wara li
jitqies l-appoġġ makroekonomiku mogħti mill-FMI u mill-Bank
Dinji, għad hemm differenza finanzjarja residwa fil-bilanċ
tal-pagamenti tal-Ġordan, u minħabba l-vulnerabbiltà
tal-pożizzjoni finanzjarja esterna tal-Ġordan għax-xokkijiet
eżoġeni, li teħtieġ li jinżamm livell xieraq ta’
riservi tal-kambju barrani, l-assistenza makrofinanzjarja qed titqies
bħala tweġiba adattata għat-talba tal-Ġordan
fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali attwali. L-assistenza
makrofinanzjarja mill-Unjoni lill-Ġordan ("l-assistenza
makrofinanzjarja tal-Unjoni") għandha tgħin l-aġenda
tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ġordan,
filwaqt li tissuplimenta ir-riżorsi li huma disponibbli taħt
l-arranġament finanzjarju tal-FMI. (9) L-assistenza makrofinanzjarja
tal-Unjoni m’għandhiex tissupplimenta biss il-programmi u r-riżorsi
mogħtija mill-FMI u mill-Bank Dinji, iżda għandha tiżgura
wkoll il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni. Il-Kummissjoni
għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun
legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fl-oqsma
differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni. (10) L-objettivi
speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu
sabiex jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà
fis-sistemi
tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan, u
sabiex jiġu promossi r-riformi strutturali li għandhom l-għan li
jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien
tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel monitoraġġ regolari fuq dawn l-objettivi. (11) Il-kundizzjonijiet sottostanti
għall-provvediment ta’ assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni
għandhom jirriflettu l-prinċipji u l-għanijiet ewlenin
tal-politika tal-Unjoni rigward il-Ġordan. (12) Sabiex tkun żgurata
l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
marbuta ma’ din l-assistenza makrofinanzjarja, huwa
meħtieġ illi l-Ġordan jadotta l-miżuri xierqa relatati
mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta
ma' din
l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Jeħtieġ ukoll
li jsir provvediment għal kontrolli xierqa mill-Kummissjoni u awditjar
xierqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. (13) L-għoti tal-assistenza
makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun bla
ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja. (14) L-assistenza għandha tkun
ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u
l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni
ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom
regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom
id-dokumenti rilevanti. (15) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,
il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni.
Dawn is-setgħat għandhom ikunu
eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li
jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet
ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni
tas-setgħat ta' implimentazzjoni[5].
Il-fatt li l-assistenza hija ta’ ammont sostanzjali u għalhekk
għandha impatt potenzjalment importanti, jiġġustifika l-użu
tal-proċedura ta’ eżami, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Unjoni għandha
tagħmel disponibbli għall-Ġordan l-ammont massimu ta' EUR 180
miljun f'assistenza makrofinanzjarja, sabiex jiġu appoġġjati l-istabbiltà ekonomika u r-riformi tal-Ġordan.
L-assistenza tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Ġordan
għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm
attwali tal-FMI. 2. L-ammont sħiħ
tal-assistenza makrofinanzjarja jkun ipprovdut lill-Ġordan fil-forma ta’
self. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni,
biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn
istituzzjonijiet finanzjarji, sabiex minn naħa tagħha ssellifhom
lill-Ġordan. Is-self għandu jkollu maturità massima ta’ 15-il sena. 3. L-għoti tal-assistenza makroekonomika
tal-Unjoni jkun ġestit mill-Kummissjoni b'mod li jkun
konsistenti mal-ftehimiet jew l-akkordji li ntleħqu bejn l-FMI u
l-Ġordan, u bil-prinċipji ewlenin u l-objettivi tar-riformi
ekonomiċi stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u
l-Ġordan u l-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u l-Ġordan għall-2010 u
l-2015 miftiehmin skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat.
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u
lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju bl-iżviluppi fl-immaniġjar tal-assistenza
makrofinanzjarja tal-Unjoni, u għandha tipprovdihom
bid-dokumenti rilevanti. 4. L-assistenza makrofinanzjarja
tal-Unjoni għandha tkun disponibbli, għal perjodu
ta' sentejn, mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ
tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 2(1). Artikolu 2 1. Il-Kummissjoni, li taġixxi
skont il-proċedura ta' eżami li hemm referenza għaliha
fl-Artikolu 6(2), tkun mogħtija s-setgħa li taqbel
mal-awtoritajiet tal-Ġordan dwar il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet
finanzjarji mehmuża mal-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni, li
għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil li għandu
jinkludi perjodu ta’ żmien għat-twettiq tagħhom (minn hawn ’il
quddiem “Memorandum ta’ Qbil”). Il-politika ekonomika u
l-kundizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew
l-akkordji msemmija fl-Artikolu 1(3). Dawn
il-kundizzjonijiet jimmiraw, b'mod partikolari, li
jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi
ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan,
inkluż l-użu tal-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.
Il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ regolari biex tara li qed isir
progress fl-iħuq ta' dawn l-objettivi. 2. It-termini finanzjarji
ddettaljati tal-għajnuna għandhom jiġu stipulati fi Ftehim
tas-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet
tal-Ġordan. 3. Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni,
il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ fuq il-validità
tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ġordan, il-proċeduri
amministrattivi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma
rilevanti għall-assistenza kif ukoll għall-aderenza
mal-perjodu ta’ żmien miftiehem. 4. Il-Kummissjoni tivverifika
f’intervalli regolari li l-politiki ekonomiċi tal-Ġordan jkunu skont
l-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u li l-kundizzjonijiet
miftiehma tal-politika ekonomika qegħdin jiġu mħarsa b’mod
sodisfaċenti. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni tikkoordina
mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Kumitat
Ekonomiku u Finanzjarju. Artikolu 3 1. Suġġetta
għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2,
l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ġordan tkun disponibbli
mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti parzjali ta’ self. Id-daqs ta’ kull
pagament parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil. 2. Il-Kummissjoni
tiddeċiedi dwar l-għoti tal-pagamenti parzjali, suġġett
għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm tal-FMI u t-twettiq
tal-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet
finanzjari miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil. Il-ħlas tat-tieni pagament
parzjali m'għandux jseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur
mill-ħruġ tal-ewwel pagament parzjali. 3. Il-fondi tal-Unjoni Ewropea
jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Ġordan. Suġġett
għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu maqbula fil-Memorandum ta’
Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji
residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jitħallsu
lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġordan bħala l-benefiċjarju
aħħari. Artikolu 4 1. L-operazzjonijiet ta'
għoti u teħid b'self relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni isiru
fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur, u ma jesponux
lill-Unjoni għall-ebda riskju relatat fit-trasformazzjoni
tal-maturitajiet, fi kwalunkwe riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax,
jew fi kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor. 2. Fuq it-talba tal-Ġordan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi
neċessarji sabiex tiżgura li klawżola dwar ħlas lura qabel
iż-żmien tkun inkluża fit-termini u l-kundizzjonijiet ta' self.
Il-klawsola dwar ħlas lura qabel iż-żmien tkun akkumpanjata minn
klawżola korrispondenti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet
ta’ self tal-Kummissjoni. 3. Fuq talba
tal-Ġordan u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata
tal-imgħax tas-self, il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja s-self inizjali
kollu tal-Ġordan jew parti minnu, jew tirristruttura l-kundizzjonijiet
finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament jew ta’
ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti
fil-paragrafu 1 u ma jkollhomx l-effett li jestendu l-maturità medja
tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta’ kapital pendenti
fid-data tar-rifinanzjament jew tar-ristrutturar. 4. L-ispejjeż kollha
sostnuti mill-Unjoni li huma marbutin
mal-operazzjonijiet tal-għoti jew ta' teħid ta’ self skont din
id-Deċiżjoni, jitħallsu mill-Ġordan. 5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament
Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju bl-iżviluppi
fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. Artikolu 5 1. L-assistenza makrofinanzjarja
tal-Unjoni tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta'Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-baġit ġeneral tal-Unjoni, u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[6]
u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu[7].
2. Il-Memorandum ta’ Qbil u
l-Ftehim ta’ Self li għandu jsir qbil dwarhom mal-awtoritajiet
tal-Ġordan, għandhom jipprevedu miżuri xierqa marbutin
mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, u kull
irregolarità oħra li tinfluwenza l-assistenza. Sabiex tkun
żgurata trasparenza akbar fil-ġestjoni u l-ħlas tal-fondi,
il-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim ta’ Self għandhom jipprevedu wkoll
kontrolli, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, li għandhom
jitwettqu mill-Kummissjoni, inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta'
Kontra l-Frodi. Barra minn hekk, dawn id-dokumenti jipprovdu
li jitwettaq awditjar, inkluż fejn ikun xieraq, awditjar fuq il-post,
mill-Qorti tal-Awdituri. Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni tkun
megħjuna minn kumitat. Dan il-Kumitat ikun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. Artikolu 7 1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’
kull sena, il-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’
qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ din l-implimentazzjoni. Ir-rapport
għandu jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika
stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali
tal-Ġordan u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa
l-pagamenti parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. 2. Sa mhux aktar tard
minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi
fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post . Artikolu 8 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak
tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva: 1.2. Qasam/Oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettivi
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta' żmien u impatt finanzjarju: 1.7. Metodu/i
ta’ mmaniġġjar previst(i) 2. MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Sistema
ta’ mmaniġġjar u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet: 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata: 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva: L-assistenza makrofinanzjarja lir-Renju
Ħaxemita tal-Ġordan 1.2. Qasam/Oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[8] Qasam politiku: Titolu 01 – L-affarijiet
ekonomiċi u finanzjarji Attività: 03 – L-affarijiet
ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni
ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva “Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE” Il-qasam ewlieni tal-attività marbuta mad-DĠ
ECFIN huwa dan li ġej: 1. It-tisħiħ tal-implimentazzjoni
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat permezz tal-approfondiment
tal-analiżi ekonomika u t-tisħiħ tad-djalogu politiku kif ukoll
bil-pariri dwar l-aspetti ekonomiċi tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni. 2. L-iżvilupp, il-monitoraġġ u
l-implimentazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja għal pajjiżi terzi
sieħba, b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali
relevanti. 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB kkonċernata/i Objettiv speċifiku Nru 3: “Li tingħata għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi
terzi sabiex isolvu l-kriżijiet tagħhom marbutin mal-bilanċ
tal-pagamenti u sabiex jerġgħu jistabbilixxu s-sostenibbiltà tad-dejn
estern” L-attività/ajiet tal-ABM/ABB
ikkonċernata/i: Ir-Relazzjonijiet Ekonomiċi
u Finanzjarji Internazzjonali, il-governanza globali. 1.4.3. Ir-riżultat(i)
mistenni(ja) u l-impatt L-assistenza proposta tikkonsisti f’self mill-UE
ta’ EUR 180 miljun li r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (minn hawn ’il
quddiem “il-Ġordan”), bil-għan li jikkontribwixxi għal
sitwazzjoni aktar sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti. L-assistenza, li
għandha tingħata f’żewġ pagamenti parzjali, sejra
tgħin lill-pajjiż jegħleb it-tbatijiet ekonomiċi u
soċjali mġarrba minħabba inkwiet domestiku u reġjonali.
Hija se tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir
ekonomiku sostenibbli u biex itejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. 1.4.4. Indikaturi
tar-riżultati u l-impatt L-awtoritajiet se jkunu mitluba jirrappurtaw
lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi
kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet
maqbula ta' politika, qabel ma jitħallas it-tieni pagament parzjali
tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin ikomplu
jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni
operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri
amministrattivi fil-Ġordan, li se jitwettqu fil-preparazzjoni ta’ din
l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ġordan sejra
tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma relevanti
għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni
sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex
jibbenefikaw mill-għarfien li jkollhom mill-attivitajiet kurrenti
tagħhom fil-Ġordan. Fid-deċiżjoni leġiżlattiva
proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li
jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni
indipendenti ex post dwar l-għajnuna se titwettaq fi żmien sentejn
wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i)
li jrid(u) jintlaħqu fuq medda qasira jew fuq medda twila ta’ żmien
L-iżborż tal-assistenza se jiddependi
fuq rekord imgħoddi sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta'
Kreditu ta' Riżerva (SBA) bejn il-Ġordan u l-FMI. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet tal-Ġordan
dwar għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika li
għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-Kummissjoni tirrilaxxa t-tieni pagament
parzjali. 1.5.2. Valur
miżjud tal-involviment tal-UE Billi tgħin lill-pajjiż jegħleb
ix-xokk ekonomiku kkawżat mill-ferment domestiku u reġjonali, l-MFA
li ġiet proposta se tikkontribwixxi biex fil-pajjiż tippromwovi
l-istabblità makroekonomika, ir-riformi ekonomiċi u l-progress politiku. Billi
tikkumplimenta r-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni
mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mill-UE u minn donaturi
oħrajn, hija se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali
tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju maqbul mill-komunità internazzjonali
ta’ donaturi wara l-kriżi. Il-programm propost se jsaħħaħ
ukoll l-impenn tal-gvern favur ir-riforma u l-aspirazzjoni tiegħu li
jkollu relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE. Dan ir-riżultat se jinkiseb,
fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-ħlas
tal-għajnuna. F’kuntest akbar, il-programm se juri lill-pajjiżi
l-oħra fir-reġjun li l-UE hija lesta tappoġġa pajjiżi
li jkunu qed jaqbdu triq ċara lejn ir-riformi politiċi, f’mumenti ta’
diffikultajiet ekonomiċi. 1.5.3. Tagħlimiet
minn esperjenzi simili fl-imgħoddi Sa mill-2004 'l hawn saru b'kollox ħmistax-il
evalwazzjoni ex post fuq operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja. Dawn
l-evalwazzjonijiet s'issa kkonkludew li l-azzjonijiet tal-MFA tabilħaqq
jikkontribwixxu, minkejja li xi kultant modestament u indirettament,
għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, l-istabbilità makroekonomika u
l-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż benefiċjarju.
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-operazzjonijiet tal-MFA
kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż
benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji.
Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemm kemm ogħla. 1.5.4. Koerenza
u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn L-UE hija fost id-donaturi ewlenin
tal-Ġordan. L-Unjoni għamlet disponibbli EUR 293 miljun
f’għotjiet għall-perjodu 2011-13 taħt il-kooperazzjoni regolari
tagħha, biex tappoġġja l-aġenda ta’ riforma politika u
ekonomika tal-Ġordan. Barra minn hekk, EUR 70 miljun ġew
allokati għall-Ġordan fl-2011 taħt il-programm SPRING, u
EUR 10 miljun f’Għajnuna Umanitarja biex jiġu megħjuna
r-refuġjati Sirjani. Il-valur miżjud ewlieni tal-MFA, meta mqabbla
ma’ strumenti oħrajn tal-UE, se jkun li hija tgħin sabiex
jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi
bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll
qafas xieraq għar-riformi strutturali. L-għajnuna makrofinanzjarja la
tipprovdi appoġġ finanzjarju regolari u lanqas ma hija maħsuba
biex tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali
tal-pajjiżi li jirċevuha. L-għajnuna makrofinanzjarja
għandha titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna
tal-pajjiż tkun reġgħet qabdet triq sostenibbli. Wara, strumenti
regolari ta’ assistenza b’kooperazzjoni mal-UE huma maħsuba li jidħlu
fis-seħħ. L-MFA hija maħsuba wkoll li tkun
kumplimentari għall-interventi mill-istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali, b’mod partikolari għall-programm ta'
aġġustament u riforma appoġġjat mill-SBA tal-FMI u
għas-Self għall-Politika tal-Iżvilupp tal-Bank Dinji. 1.6. Tul ta'
żmien u impatt finanzjarju: X Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien
limitat X Proposta/inizjattiva fis-seħħ
għal sentejn minn meta jidħol fis-seħħ il-Memorandum ta’
Ftehim, kif iddikjarat fl-Artikolu (1.4) tad-Deċiżjoni. X Impatt finanzjarjau mill-2013 sal-2016. 1.7. Metodu/i
ta’ mmaniġġjar previst(i)[9] X Ġestjoni diretta ċentralizzata
mill-Kummissjoni 2. MIŻURI TA’
MMANIĠĠJAR 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar Din l-għajnuna hija ta’ natura makroekonomika
u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm ekonomiku
appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi
tal-Kummissjoni ser iseħħ fuq il-bażi tal-progress
fl-implimentazzjoni tal-SBA u tal-miżuri ta’ riforma speċifiċi
li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ġordan
f’Memorandum ta’ Qbil (ara wkoll il-punt 1.4.4). 2.2. Sistema
ta’ mmaniġġjar u kontroll 2.2.1. Riskju/i
identifikat(i) Hemm riskji fiduċjarji, polititċi kif
ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjoni tal-MFA proposta. Hemm ir-riskju li l-għajnuna
makrofinanzjarja, li ma tkunx iddedikata għal spejjeż
speċifiċi tista’ tintuża b’mod qarrieqi. F’termini
ġenerali, dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma
l-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-bank ċentrali u fil-ministeru
tal-finanzi, kif ukoll ma' kemm huma adattati l-kapaċitajiet ta’ awditjar
interni u esterni. Riskju ieħor ewlieni għall-operazzjoni
jiġi mill-inċertezza ekonomika u politika reġjonali, b'mod
partikolari fis-Sirja, li għandha implikazzjonijiet diretti
għall-ekonomija tal-Ġordan. Fuq il-front domestiku, ir-riskju ewlieni
huwa l-instabbiltà relatata ma’ diffikultajiet fil-proċess ta’ riforma
politika u ekonomika. L-implimentazzjoni sħiħa ta’ miżuri ta'
tisħiħ u riforma appoġġati mill-komunità internazzjonali,
inkluża l-operazzjoni tal-għajnuna makrofinanzjarja proposta, tista’
tiġi kompromessa minħabba l-iskuntentizza soċjali. Il-Ġordan jibqa’ wkoll vulnerabbli
għall-possibbiltà ta’ tfixkil ġdid fil-provvista tal-gass naturali
importat mill-Eġittu. Fl-aħħar nett, hemm riskji li
joħorġu mill-possibbiltà li l-ambjent ekonomiku globali u Ewropew
jiddgħajjef, u l-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija u l-ikel
jiżdiedu. 2.2.2. Metodu/i
ta’ kontroll previst(i) L-assistenza makrofinanzjarja se tkun
suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar
taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju
Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF), u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 2.2.3. Spejjeż
u benefiċċji tal-kontrolli u tar-rata li probabbilment mhijiex
konformi L-ispejjeż bażiċi
għall-Kummissjoni relatati mal-metodi ta’ verifika u kontroll, kif ukoll
l-ispiża tal-Valutazzjoni Operazzjonali taċ-Ċirkwiti Finanzjarji
u Amministrattivi mwettqa qabel l-operazzjoni huma deskritti fit-Tabella 3.2.1.
Barra minn hekk, hemm spejjeż għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u
l-possibbiltà ta' intervent mill-OLAF. Il-valutazzjoni operazzjonali ma
tgħinx biss sabiex jiġu vvalutati r-riskji tal-użu
ħażin tal-fondi, iżda bħala benefiċċju
kollaterali din tipprovdi informazzjoni utli dwar ir-riformi meħtieġa
fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, li huma riflessi
fil-kundizzjonalità tal-politika tal-operazzjoni. Dwar ir-rata li probabbilment
mhix konformi, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità (fil-forma ta’ nuqqas ta’
ħlas lura tas-self jew l-użu ħażin tal-fondi) hija meqjusa
bħala baxxa, abbażi tal-esperjenza bl-istrument tal-MFA sa minn meta
nħoloq. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet: Sabiex jittaffew ir-riskju ta’ użu qarrieqi
se jittieħdu diversi miżuri: L-ewwel nett il-bażi ġuridika proposta
għall-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġordan tinkludi
dispożizzjoni dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi. Dawn
il-miżuri se jiġu elaborati aktar f’Memorandum ta’ Qbil u fil-Ftehim
ta' Self, li jipprevedu sensiela ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni,
il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’
frodi jew korruzzjoni. Hu maħsub li mal-għajnuna jintrabtu għadd
ta’ kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika, l-aktar fil-qasam
tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bil-għan li
jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà. It-tieni, qabel ma jintlaħaq ftehim dwar
il-Memorandum ta’ Qbil, is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’
esperti esterni maħtura kif xieraq, se jwettqu Valutazzjoni Operattiva
taċ-ċirkwiti finanzjarji u tal-proċeduri amministrattivi li hemm
fil-Ministeru tal-Finanzi u fil-Bank Ċentrali tal-Ġordan, sabiex
jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli
għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Din
ir-reviżjoni se tiddetermina jekk il-qafas għal ġestjoni
finanzjarja tajba tal-assistenza makrofinanzjarja hijiex effettiva b’mod
suffiċjenti fil-Ġordan billi tkopri oqsma bħall-istruttura u l-organizzazzjoni
tal-maniġment, il-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi, is-sigurtà
tas-sistemi tal-IT, il-kapaċità tal-awditjar intern u estern, kif ukoll
l-indipendenza tal-bank ċentrali. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni,
mekkaniżmi speċifiċi li japplikaw għall-ġestjoni
tal-fondi mill-benefiċjarji jistgħu jiġu introdotti bi ftehim
mal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-assistenza għandha
titħallas f'kont dedikat fil-Bank Ċentrali tal-Ġordan. Fl-aħħar nett, l-assistenza se tkun
suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt
ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-OLAF, u l-Qorti Ewropea
tal-Awdituri. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata: · Intestaturi tal-baġit eżistenti 01 03 02: Assistenza makrofinanzjarja 01 04 01 14 – Proviżjonament
tal-Fond ta’ Garanzija Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi
tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………...……….] || Diff./mhux diff. ([10]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[11] || mill-pajjiżi kandidati[12] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 4. || 01 03 02: Assistenza makrofinanzjarja || Diff. || Nru || Nru || Nru || Nru 4. || 01 01 14: Forniment tal-Fond ta' Garanzija || Diff. || Nru || Nru || Nru || Nru 01 04 01 04
– Garanzija tal-Unjoni Ewropea għal self tal-UE miġbur għal
assistenza makrofinanzjarja lill-pajjiżi terzi: Il-forniment tal-Fond ta’ Garanzija
għall-azzjonijiet esterni għandu jsir skont ir-Regolament tal-Fond,
kif emendat. Skont dan ir-Regolament, l-għotjiet ta’ self huma
bbażati fuq l-ammont pendenti fi tmiem is-sena. L-ammont ta'
proviżjoni huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza
bejn l-ammont fil-mira u l-attivi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan
l-ammont tal-forniment jiddaħħal fis-sena “n” fil-baġit
preliminari tas-sena “n+1” u jitħallas effettivament fi tranżazzjoni
waħda fil-bidu tas-sena “n+1” “mill-forniment tal-Fond ta’ Garanzija”
(il-linja baġitarja 01 04 01 14). Bħala riżultat
ta’ dan, 9% (il-massimu ta’ EUR 16.2 miljun) tal-ammont effettivament
żburżat sejjer jitqies fl-ammont immirat fit-tmiem tas-sena “n-1”
għall-kalkolu tal-forniment tal-Fond. L-annotazzjoni baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija
baġitarja għas-self se tiġi attivata biss f’każ ta’
sejħa effettiva għall-garanzija. Mhuwiex mistenni li jkun hemm
sejħa għall-garanzija baġitarja. ¨¨Linji baġitarji
ġodda mitluba mhux applikabbli. 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara
l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 4. || || [Intestatura L-UE bħala msieħba globali DĠ: <ECFIN> || || || Sena 2013[13] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || Linja baġitarja 01 04 01 14 Il-forniment ta' Fond ta’ Garanzija || Impenji || (1a) || || || 9 || 7.2 || 16.2 Pagamenti || (2a) || || || 9 || 7.2 || 16.2 Approprazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi[14] (valutazzjoni operazzjonali u evalwazzjoni ex post) || || || || || Linja baġitarja 01 03 02 || Impenji || (3) || 0.05 || || 0.15 || || 0.20 || Pagamenti || (3a) || 0.05 || || 0.05 || 0.10 || 0.20 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ ECFIN || Impenji || =1+1a +3 || 0.05 || || 9.15 || 7.2 || 16.4 Pagamenti || =2+2a +3 || 0.05 || || 9.05 || 7.3 || 16.4 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0.05 || || 9.15 || 7.2 || 16.4 Pagamenti || (5) || 0.05 || || 9.05 || 7.3 || 16.4 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTRESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.05 || || 9.15 || 7.2 || 16.4 Pagamenti || =5+ 6 || 0.05 || || 9.05 || 7.3 || 16.4 Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta / inizjattiva: f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || || "Nefqa amministrattiva" || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || TOTAL DĠ: <…….> || Riżorsi umani || 0.040 || 0.028 || 0.021 || 0.016 || 0.105 Infiq amministrattiv ieħor || 0.025 || 0.015 || || || 0.040 TOTAL tad-DĠ ECFIN || Approprjazzjonijiet || 0.065 || 0.043 || 0.021 || 0.016 || 0.145 TOTAL ta' approprjazzjonijiet għall-INTRESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.065 || 0.043 || 0.021 || 0.016 || 0.145 f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2013[15] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || TOTAL TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.115 || 0.043 || 9.171 || 7.216 || 16.545 Pagamenti || 0.115 || 0.043 || 9.071 || 7.316 || 16.545 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali. –
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrikejdi l-użu
ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3
ċifri wara l-punt deċimali) Indika objettivi u riżultati ò || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || TOTAL || || Tip[16] || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali || Kost totali || OBJETTIV SPEĊIFIKU NUMRU 3[17] || || || || || || || || || || || - Riżultat 1 || Valutazzjoni operazzjonali || || 1 || 0.05 || || || || || || || 1 || 0.05 || - Riżultat 2 || Evalwazzjoni ex post || || || || || || 1 || 0.15 || || || 1 || 0.15 || - Riżultat 3 || Forniment tal-Fond ta' Garanzija || || || || || || 1 || 9 || 1 || 7.2 || 2 || 16.2 || Is-subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || 1 || 0.05 || || || 2 || 10.5 || 1 || 7.2 || 4 || 17.75 || KOST TOTALI || 1 || 0.05 || || || 2 || 10.5 || 1 || 7.2 || 4 || 17.75 || 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sinteżi –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu
ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: f'miljuni ta’ EUR (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena 2013[18] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.040 || 0.028 || 0.021 || 0.016 || || || || 0.105 Infiq amministrattiv ieħor || 0.025 || 0.015 || || || || || || 0.040 is-subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.065 || 0.043 || 0.021 || 0.016 || || || || 0.145 Mhux taħt l-INTESTATURA 5[19] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Infiq ieħor ta' natura amministrattiva || || || || || || || || Is-subtotal mhux taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || TOTAL || 0.065 || 0.043 || 0.021 || 0.016 || || || || 0.145 L-approprjazzjonijiet
amministrattivi meħtieġa sejrin jintlaħqu
mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fi ħdan
id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni
oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi taħt
il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet
tal-baġit.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi
umani –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
riżorsi umani. –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima trid titniżżel f'unitajiet
ekwivalenti għall-full-time || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) Il-karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || 01 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.15 || 0.12 || 0.08 || 0.05 || || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f'Unità ekwivalenti għal Full Time: FTE)[20] XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0.25 || 0.16 || 0.14 || 0.12 || || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 ss[21] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || || || Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 0.40 || 0.28 || 0.22 || 0.17 || || || XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu
tal-baġit kkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati
bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi
ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni
taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti
baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti
li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Jissorveljaw u jamministraw l-operazzjoni, jaqblu fuq ir-rapporti ta' analiżi dwar il-Ftehim ta’ Self, imexxu missjonijiet u jevalwaw il-progress rigward il-konformità mal-kundizzjonalità. Persunal estern || Espert Nazzjonali Ssekondat fl-unità ECFIN D2 se jkun direttament involut fil-preparazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil, se jkun qed jikkoordina mal-awtoritajiet u l-IFIs, se jkun qed jikkoordina ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni tal-operazzjoni u għall-evalwazzjoni ex post, se jkun qed iwettaq missjonijiet ta’ analiżi u jħejji rapporti dwar il-persunal tal-Kummissjoni u dwar il-proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni tal-assistenza. 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali –
X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas
finanzjarju pluriennali kurrenti 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. 3.3. Impatt
stmat fuq id-dħul X Il-proposta/inizjattiva ma għandha
l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul [1] Għalkemm f’nofs Jannar il-provvista tal-gass
tal-Ġordan mill-Eġittu temporanjament giet lura għal-livelli
normali wara kważi sentejn ta’ provvista mnaqqsa (240 miljun pied kubu
kuljum meta mqabbla ma’ medja ta’ 40 miljun pied kubu
għall-biċċa l-kbira tal-2012), riċentement reġgħet
naqset għal terz tal-livell normali tagħha, u dan jerġa' jqajjem
mill-ġdid tħassib dwar is-sigurtà tas-sors tal-enerġija primarju
tal-pajjiż. Barra minn hekk, l-innegozjar mill-ġdid ta’ kuntratt ta’
provvista tal-gass mal-Eġittu żied il-prezz tiegħu bi tliet
darbiet. [2] Il-Ġordan qed jiġi affettwat b’mod serju
mill-kriżi bla heda tar-refuġjati Sirjani. Bl-akbar fluss ta’
refuġjati Sirjani (madwar 180,000 sa Jannar 2013) u b'kamp
tar-refuġjati li qed jikber bl-aktar pass mgħaġġel (madwar
1 000 Sirjan jaqsmu l-fruntieri tal-Ġordan kull jum), il-Ġordan
kien l-aktar pajjiż affettwat fir-reġjun fi żmien meta
l-ekonomija kienet diġà qiegħda tiġġieled kontra skarsezza
serja tal-ilma u tal-elettriku. Minn mindu faqqa' l-kunflitt fis-Sirja,
l-ispiża baġitarja sabiex jiġu ospitati r-refuġjati Sirjani
huwa stmat li qabżet EUR 600 miljun (madwar 3 % tal-PDG
tar-Renju). [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … 2012
u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ … 2012. [5] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [6] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [7] ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1. [8] ABM: Immaniġjar Ibbażat fuq l-Attività – ABB:
Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [9] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [10] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [11] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [12] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [14] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [15] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [16] L-eżiti huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom
jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti
ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [17] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Objettiv(i)
speċifiku/speċifiċi…" [18] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [19] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [20] CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE =
Esperti Nazzjonali Ssekondati; INT = persunal mill-aġenziji
("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); [21] Is-sottolimitu għall-persunal estern kopert
mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu intestaturi
"BA").