IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2016
COM(2016) 431 final
2016/0197(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
{SWD(2016) 213 final}
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2016
COM(2016) 431 final
2016/0197(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
{SWD(2016) 213 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha
Mill-bidu tal-2011, l-ekonomija tal-Ġordan kienet affettwata b’mod sinifikanti mill-inkwiet reġjonali li ma jaqtax, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien tal-Iraq u s-Sirja. Flimkien ma’ ambjent globali aktar dgħajjef, dan l-inkwiet reġjonali laqat b’mod ħażin id-dħul estern u dgħajjef tal-finanzi pubbliċi. Turiżmu aktar baxx u influss tal-flus tal-IBD, rotot tal-kummerċ imblukkati u t-tfixkil ripetut fil-fluss tal-gass naturali mill-Eġittu, li wassal biex il-Ġordan jissostitwixxi l-importazzjonijiet tal-gass mill-Eġittu għal fjuwils aktar għaljin għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, poġġew piż fuq it-tkabbir u kienu ta’ piż fuq il-pożizzjoni esterna u fiskali tal-Ġordan. Il-kunflitt Sirjan affettwa l-Ġordan mhux biss bit-tfixkil tal-kummerċ mas-Sirja u minnha, iżda wkoll billi joħloq fluss ta’ dħul ta’ madwar 1,3 miljun rifuġjat Sirjani fil-Ġordan li żied il-pressjoni fuq il-pożizzjoni fiskali tal-Ġordan, fis-servizzi pubbliċi u fl-infrastruttura.
Fl-2012, il-Ġordan u l-FMI qablu dwar l-ewwel programm ta’ aġġustament, li kien appoġġat minn Arranġament ta' Riżerva (Stand-By Arrangement - SBA) fl-ammont ta’ USD 2 biljuni. Dan il-programm tlesta b’suċċess f’Awwissu 2015. Il-programm tal-FMI ġie ikkomplementat bl-ewwel Assistenza Makrofinanzjarja mill-Unjoni Ewropea (l-UE) fl-ammont ta’ EUR 180 miljun (AMF-I), li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’Diċembru 2013 u tħallset f’żewġ porzjonijiet ta’ EUR 100 miljun u EUR 80 miljun, rispettivament fi Frar 2015 u f’Ottubru 2015.
Filwaqt li l-pajjiż għamel progress bl-istabbilizzazzjoni makroekonomika u r-riforma skont l-ewwel programm appoġġat mill-FMI, l-UE u donaturi oħrajn, il-persistenza tal-kunflitti fil-viċinat tas-Sirja u l-Iraq komplew ifixklu l-kummerċ barrani tal-Ġordan u jimminaw il-fiduċja tal-investituri u t-turisti bis-sitwazzjoni ekonomika tiddeterjora mill-ġdid fl-2015. F’dan il-kuntest, il-Gvern tal-Ġordan talab għal aktar appoġġ mill-komunità internazzjonali biex tindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi Sirjana, u b’mod partikolari l-preżenza ta’ għadd kbir ta’ refuġjati Sirjani fil-Ġordan. Waqt il-konferenza “Appoġġ lis-Sirja u r-Reġjun” ('Supporting Syria and the Region'), li saret f’Londra fl-4 ta’ Frar 2016, il-komunità internazzjonali wegħdet madwar USD 10 biljuni biex tgħin lill-pajjiżi l-aktar affettwati mill-kriżi tar-refuġjati Sirjani. Minn dan l-ammont, l-UE wegħdet EUR 2,39 biljuni għall-pajjiżi affettwati mill-kriżi tar-rifuġjati Sirjani inkluż self ta’ EUR 200 miljun għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ Assistenza Makrofinanzjarja għall-Ġordan (AMF-II). Fit-3 ta’ Marzu 2016, permezz ta’ ittra mingħand il-Ministeru għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali lill-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, l-awtoritajiet tal-Ġordan ifformalizzaw it-talba tagħhom għal sistema ġdida ta’ AMF mill-UE 1 . L-operazzjoni ġdida tal-AMF proposta se tkun parti mill-hekk imsejjaħ Patt UE-Ġordan (mehmuż mal-prijoritajiet tas-sħubija UE-Ġordan), dokument li l-UE u l-Ġordan qed jiddiskutu u li jkun fih impenji preċiżi fuq iż-żewġ naħat (inkluża assistenza finanzjarja mill-UE) bl-għan li jindirizza għadd ta’ prijoritajiet ta’ politika.
Fl-istess ħin, il-Ġordan u l-FMI kienu qegħdin jinnegozjaw suċċessur għall-arranġament finanzjarju, li huwa mistenni li jiġi stabbilit fit-tieni nofs tal-2016. L-arranġament, li x’aktarx se jieħu l-forma ta’ Faċilità ta’ Fond Estiż (EFF), jappoġġa l-programm ekonomiku ġdid li probabbilment ikopri tliet snin.
F’dan il-kuntest, u b'mod konsistenti mal-wegħda magħmula waqt il-konferenza ta’ Londra, il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Deċiżjoni li tipprovdi AMF għall-Ġordan sa ammont ta’ EUR 200 miljun fil-forma ta’ self fuq perjodu medju. L-ammont propost jidher li huwa ġġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni aġġornata tal-ħtiġijiet tal-finanzjament estern tal-pajjiż, id-daqs mistenni tal-programm tal-FMI, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-marġni ta’ manuvra fil-baġit tal-UE.
L-AMF UE proposta tista' tgħin lill-Ġordan ikopri parti mill-ħtiġijiet ta' finanzjament esterni residwali tiegħu għall-perjodu 2016-17, stmat għal madwar USD 3.2 biljuni. Billi huwa maħsub li l-assistenza tkun immirata għall-baġit, l-assistenza l-ġdida (bħal dik preċedenti) tgħin ukoll lill-Ġordan ikopri l-ispejjeż fiskali assoċjati mal-kriżi tar-refuġjati Sirjani.
Kif elaborat ulterjorment fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi wkoll tal-valutazzjoni tal-qagħda politika magħmula mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li l-prerekwiżiti politiċi u ekonomiċi għal operazzjoni tal-AMF bl-ammont propost u ta’ din in-natura huma ssodisfati.
•Kuntest Ġenerali
Wara perjodu ta’ tkabbir qawwi b’medja ta’ 6,5 % matul l-2000-2009, it-tkabbir tal-PDG tal-Ġordan iddeċellera għal medja ta’ 2¾% fl-2014-2011. Filwaqt li t-tkabbir irkupra għal 3,1 % fl-2014, l-intensifikazzjoni tal-kriżi Sirjana fl-2015, permezz tal-effetti tagħha fuq il-kummerċ, it-turiżmu u l-fiduċja tal-investituri, kif ukoll it-tnaqqis fl-ekonomiji tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), li huma sħab kummerċjali kbar għall-Ġordan u wkoll sors importanti ta’ turiżmu, rimessi u influssi finanzjarji, ikkontribwew għal deċellerazzjoni fir-ritmu tat-tkabbir lura għal 2,4 % fl-2015.
Id-deċellerazzjoni fir-rata tal-ekonomija wassal għal żieda sostanzjali fil-qgħad. Wara li naqset minn 12,6 % fl-2013 għal 11,9 % fl-2014, ir-rata tal-qgħad żdiedet għal darb’oħra għal 14,6 % fl-ewwel kwart tal-2016. Il-qgħad għadu għoli b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u n-nisa (33 % u 23,7 %, rispettivament, fl-ewwel kwart tal-2016).
Bis-saħħa ta’ tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tal-ikel u dawk marbutin mal-fjuwil, il-prezzijiet għall-konsumatur naqsu b’0,9 % fl-2015 (bl-inflazzjoni ewlenija tkun fil-livell ta’ madwar 2 %, madankollu, dan parzjalment jirrifletti d-domanda mir-refuġjati Sirjani). L-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur hija mistennija li tirkupra din is-sena hekk kif il-prezzijiet tal-fjuwil jibqgħu stabbli jew jiżdiedu kemxejn, iżda huwa mistenni li jibqgħu baxxi (1 %-1,5 %). B’riflessjoni tax-xejriet ta' din l-inflazzjoni mrażżna u d-dgħufija tat-tkabbir, il-Bank Ċentrali tal-Ġordan naqqas ir-rata ta' riskontar minn 4,25 % kmieni fl-2015 għal 3,75 % f’Lulju 2015.
Il-Ġordan għamel progress sostanzjali bil-konsolidazzjoni fiskali peress li qabeż id-defiċit fiskali tiegħu fl-2013-2012, li b’mod ġenerali jirrifletti l-miżuri ta’ aġġustament meħuda fil-kuntest tal-programm tal-FMI (inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ liġi tat-taxxa fuq id-dħul fl-2015) u t-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt, li ppermetta li jitnaqqas b’mod sinifikanti t-telf tal-operat ta’ NEPCO (il-kumpanija tal-elettriku nazzjonali) u t-trasferimenti tal-istat lil din il-kumpanija. Għalhekk, il-bilanċ fiskali ġenerali, li jinkludi trasferimenti lejn NEPCO u WAJ (l-Awtorità tal-Ilma tal-Ġordan) kif ukoll l-għotjiet, niżel minn quċċata ta’ madwar 11 % tal-PDG fl-2013 għal 3,5 % tal-PDG fl-2015.
It-titjib fil-pożizzjoni fiskali sottostanti hu, madankollu, sostanzjalment inqas meta wieħed iħares lejn id-defiċit primarju tal-gvern ċentrali, ħlief għal għotjiet u trasferimenti lil NEPCO u WAJ. Din il-miżura iddeterjorat fl-2015 (b'żieda għal 5,2 % tal-PDG) u tibqa’ aktar minn tliet punti perċentwali tal-PDG 'il fuq milli kien ipprogrammat mill-FMI. Id-defiċit akkumulat tal-gvern ċentrali u NEPCO (li jżid l-iżbilanċ primarju tal-miżura msemmija hawn fuq ta’ telf operattiv NEPCO) jibqa’ 'l fuq minn 6 % tal-PDG u huwa wkoll ferm akbar minn dak li kien fil-mira taħt il-programm tal-SBA tal-FMI (3,5 % tal-PDG).
Il-fraġilità persistenti tal-pożizzjoni fiskali tal-Ġordan tkun enfasizzata aktar mill-fatt li l-pajjiż għadu dipendenti ħafna fuq għotjiet barranin (li huma mistennija li jibqgħu aktar baxxi fis-snin li ġejjin, li jirrifletti l-impatt ta’ prezzijiet taż-żejt irħas fuq il-finanzi mad-donaturi GCC) u bir-riskju li l-prezzijiet taż-żejt se jirkupraw aktar bil-qawwi milli wieħed qed jistenna bħalissa. Barra minn hekk, il-Ġordan għandu jkompli jakkomoda l-ispiża fiskali sinifikanti relatata mar-refuġjati Sirjani, li jirrefletti l-iktar nefqa ogħla fis-sussidji, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-infrastruttura. Skont l-awtoritajiet tal-Ġordan, il-kost tal-ispejjeż diretti u l-ispejjeż indiretti marbuta mal-ospitar tar-refuġjati Sirjani ammonta għal madwar USD 6,6 biljun sa mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja.
B'riflessjoni tas-self sostanzjali minn donaturi barranin, kif ukoll il-ħruġ ta’ bonds internazzjonali, id-dejn pubbliku gross tal-Ġordan żdied ulterjorment għal 93,4 % tal-PDG sal-aħħar tas-sena 2015, b’mod li kompliet b'xejra 'l fuq osservata sa mill-2008 meta l-proporzjon kien ta’ 60.2 % tal-PDG. Id-dinamiki tad-dejn pubbliku, madankollu, huma meqjusa mill-FMI bħala sostenibbli dment li l-pajjiż ikompli jwassal aktar aġġustament fiskali ta’ terminu medju u jkompli jirċievi sussidji sostanzjali mill-komunità internazzjonali.
Filwaqt li l-Ġordan għamel korrezzjoni sostanzjali tad-defiċit tal-kontijiet attwali tiegħu mill-2013 (li jirrifletti l-konsolidazzjoni fiskali, tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt u bidla lejn tipi orħos ta’ fjuwil), id-defiċit jibqa’ kbir ħafna, u jammonta għal 11,7 % tal-PDG fl-2015. L-eskalar tal-kunflitti fis-Sirja u fl-Iraq fl-2015 kien ta’ piż fuq l-esportazzjonijiet, it-turiżmu u l-fiduċja tal-investituri. L-esportazzjonijiet naqsu b’6,6 % bħala riżultat ta’ tfixkil tar-rotot tal-kummerċ waqt li d-dħul mit-turiżmu naqas b’7,1 %, li jirrifletti tnaqqis sostanzjali f’wasliet ta’ turisti minn 4,1 miljun fl-2014 għal 3,7 miljun fl-2015. Dan jikkumpensa parzjalment għat-tnaqqis fl-importazzjonijiet f’kuntest ta’ tkabbir aktar dgħajjef u l-prezzijiet baxxi taż-żejt. Il-pressjonijiet esterni komplew fl-ewwel kwart tal-2016, biex wasslu għal twessigħ sinifikanti tal-iżbilanċ fil-kummerċ (bi 13 % minn sena għal sena), li jirrifletti tnaqqis fl-esportazzjonijiet ġodda u fid-dħul mit-turiżmu. L-iżbilanċ tal-kont kurrenti, esklużi l-għotjiet, huwa mistenni li jibqa’ qrib l-10 % tal-PDG fl-2017-2016 (jew madwar 6 % tal-PDG inklużi għotjiet barranin).
It-tnaqqis fl-investiment dirett barrani, minn USD 1,8 biljun fl-2014 għal madwar USD 1,2 biljun fl-2015, ħoloq pressjoni addizzjonali għall-pożizzjoni esterna. Minkejja t-tnaqqis fl-IDB, il-kont kapitali u finanzjarju rreġistra dħul nett ta’ USD 2,2 biljun fl-2015, meta mqabbel ma’ dħul nett ta’ USD 1,2 fl-2014. Dan sar possibbli permezz ta’ ħruġ f’Ġunju ta' żewġ Eurobonds garantiti mit-Teżor tal-Istati Uniti għal total ta’ USD 1,5 biljun f’Novembru u l-ħruġ ta' Eurobond mhux garantit ta’ USD 500 miljun.
F'Marzu 2016, ir-riżervi internazzjonali netti kienu f'livell komdu ta' USD 13,4 biljun, ekwivalenti għal 7 xhur tal-importazzjonijiet tas-sena d-dieħla. Ir-riżervi internazzjonali, inkluż id-deheb, kienu fil-livell madwar USD 15-il biljun.
Fil-kuntest ta’ programmi ta’ aġġustament u riforma appoġġati mill-assistenza tal-FMI, il-Bank Dinji u l-ewwel operazzjoni tal-AMF tal-UE, li tlestiet f’Ottubru 2015, l-awtoritajiet tal-Ġordan kisbu progress sinifikanti f’għadd ta’ oqsma ewlenin ta’ riforma strutturali. Din kienet tinkludi r-riforma ta’ sussidji tal-fjuwil u l-introduzzjoni ta’ skema ta’ kumpens ta’ trasferiment ta’ flus kontanti, sforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-enerġija, ir-riforma tat-taxxa u t-tiġdid tal-qafas ta' investiment. Madankollu, il-pajjiż qed ikompli jiffaċċja sfidi sinifikanti ta’ riforma strutturali. Il-bażi tat-taxxa għadha dejqa, li tinvolvi ħafna eżenzjonijiet tat-taxxa, u għad hemm ambitu biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni fiskali u għal aktar riformi tat-taxxa sabiex jiżdied kemm id-dħul kif ukoll il-progressività. Dawn ir-riformi għandhom jappoġġaw il-konsolidazzjoni fiskali. Il-Ġordan ibati wkoll minn swieq tax-xogħol riġidi u nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet, li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, kif ukoll minn rati baxxi ħafna ta’ parteċipazzjoni tan-nisa. L-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta’ enerġija u biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija għandhom jitkomplew, sabiex tiġi sodisfatta ż-żieda fid-domanda għall-elettriku u titnaqqas id-dipendenza tal-Ġordan fuq iż-żejt kombustibbli . Ir-riforma fis-settur tal-ilma hi sfida ewlenija oħra, fejn it-trasferimenti lil WAJ għadhom piż sostanzjali fuq il-baġit. Hemm ukoll lok għal aktar titjib għall-klima tan-negozju u l-investiment, li hija essenzjali biex jiżdied l-influss tal-flus tal-investiment taħt l-ambjent reġjonali diffiċli attwali. Barra minn hekk, il-governanza ekonomika u t-trasparenza għandhom jissaħħu, inkluż bit-tkomplija tal-isforzi biex titjieb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, pereżempju billi tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar l-Uffiċċju tal-Awditjar u permezz tal-immodernizzar tal-ġestjoni tad-dejn.
Il-projezzjonijiet tal-FMI, fi Frar 2016 kienu jindikaw ħtiġijiet ta' bilanċ ta’ pagamenti sinifikanti għall-perjodu 2016-2017, bl-ammont totali tad-diskrepanza finanzjarja esterna stmata għal USD 3,2 biljun (USD 2 biljuni għall-2016 u USD 1,2 biljun għall-2017). Din id-diskrepanza finanzjarja tista' tiġi ġeneralment attribwita lil tliet fatturi: defiċit tal-kont kurrenti persistentement kbir, stennija ta' ħtiġijiet ta' amortizzazzjoni tad-dejn kbir, speċjalment għall-2016, u l-bżonn li jinżamm livell prudenti ta’ riżerva fil-kambju barrani. L-operazzjoni l-ġdida tal-AMF proposta ta’ EUR 200 miljun sejra tkopri 7,4 % tad-diskrepanza finanzjarja residwa stmata (wara li jitnaqqsu l-finanzjament nett mill-FMI u l-iżborż mistenni ta' self ibbażat fuq politika tal-Bank Dinji).
Bħal fis-snin reċenti, donaturi oħra (inklużi Franza, il-Ġappun, l-Istati Uniti u l-pajjiżi tal-GCC u l-Fond Monetarju Għarbi, kif ukoll permezz ta’ appoġġ baġitarju tal-UE bbażat fuq l-għotjiet tagħha li huma ffinanzjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI)) huma mistennija li jikkontribwixxu fondi addizzjonali sostanzjali fil-perjodu li ġej, għall-iżgurar ta’ kondiviżjoni raġonevoli tal-piż fl-isforz ta’ appoġġ tad-donaturi.
•Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
Id-Deċiżjoni Nru1351/2013/UE li tipprovdi l-ewwel assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan li tammonta għal EUR 180 miljun ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2013 2 . L-assistenza tħallset totalment fl-2015.
•Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-Unjoni
L-UE u l-Ġordan żviluppaw relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mill-qrib matul is-snin. Fl-2010, sħubija ta’ Status Avvanzat ġiet miftiehma bejn l-UE u l-Ġordan li tinvolvi oqsma ta’ kooperazzjoni usa’. Il-bażi ġuridika tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan hi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002 u strumenti differenti ta’ kooperazzjoni u djalogu maħluqa skont il-PEV. Il-Ġordan hu wkoll Membru tal-Unjoni għall-Mediterran. L-UE għandha l-għan li tassisti lill-Ġordan fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ riforma tiegħu fuq il-bażi tal-prijoritajiet u l-azzjonijiet definiti fil-Qafas ta’ Appoġġ Uniku adottat għall-perjodu 2014-2017. Bi tweġiba għall-kunflitti fis-Sirja u l-Iraq, u bl-għan li tissaħħaħ aktar ir-relazzjoni b'saħħitha u multidimensjonali bejn l-UE u l-Ġordan, iż-żewġ naħat bdew diskussjonijiet dwar il-Ftehim tal-Prijoritajiet tas-Sħubija l-ġdida li għandu jiggwida r-relazzjonijiet UE-Ġordan għall-perjodu 2016-2018. Il-prijoritajiet tas-sħubija jinvolvu t-twettiq ta’ impenji reċiproċi, speċifikati wkoll fil-Patt UE-Ġordan, li attwalment qed jiġi diskuss. Il-Ġordan żviluppa rabtiet ekonomiċi importanti mal-UE. Fl-2014, l-UE kienet it-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Ġordan, b’sehem ta’ 15,5 % tal-kummerċ wara l-Għarabja Sawdija bi 17,7 % u qabel l-Istati Uniti (it-tielet sieħeb kummerċjali b’sehem ta’ 8,5 %). Il-proċess ta’ tħejjija għat-tnedija ta’ negozjati dwar Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) għadu għaddej. Id-DCFTA ser timmira biex ittejjeb l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq u l-klima għall-investimenti u biex tiġi promossa aktar integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Ġordan. Filwaqt li n-negozjati attwali dwar id-DCFTA għad iridu jiġu mnedija, il-partijiet bdew diskussjonijiet dwar l-illaxkar temporanju tar-regoli ta’ oriġini min-naħa tal-UE applikati fil-kummerċ bilaterali ta’ bejniethom. Huwa ttamat li din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-appoġġ tal-UE għall-Ġordan f’din il-kriżi attwali tar-refuġjati Sirjani, se tipprovdi spinta għal esportazzjonijiet lejn l-UE u toħloq aktar opportunitajiet ta’ impjieg kemm għan-nies tal-Ġordan u għar-rifuġjati Sirjani.
L-AMF tal-UE għandha tikkomplimenta l-għotjiet mobilizzati taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), u programmi oħrajn tal-UE, u b’mod partikolari l-kundizzjonalitajiet previsti taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qed jiġu implimentati mill-UE. Billi tappoġġa l-adozzjoni mill-awtoritajiet tal-Ġordan ta’ qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-AMF tal-UE kieku żżid il-valur miżjud u l-effikaċja tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.
Il-Ġordan ħa passi importanti lejn it-tisħiħ tad-drittijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt. Twaqqfu Qorti Kostituzzjonali u Kummissjoni Elettorali Indipendenti u l-Parlament tal-Ġordan għadda numru ta’ liġijiet ewlenin, inkluż l-Att Elettorali u l-Att tal-Partiti Politiċi kif ukoll liġijiet dwar id-deċentralizzazzjoni u l-muniċipalitajiet.
Filwaqt li għad hemm lok għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi tiegħu u l-qafas ġuridiku sabiex id-demokrazija tkun aktar rappreżentattiva tal-gruppi soċjali u etniċi, il-Ġordan irnexxielu jagħmel progress f’dan il-qasam minkejja ambjent reġjonali diffiċli u qed ikompli jeżerċita rwol ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ moderazzjoni fir-reġjun.
F’dan il-kuntest, il-Ġordan hu meqjus li jissodisfa l-prekundizzjonijiet politiċi għall-għoti ta’ AMF, notevolment f’termini ta’ rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u li hu pajjiż li miegħu l-UE għandha relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mill-qrib. Valutazzjoni dettaljata dwar l-ilħuq ta' dawn il-kriterji politiċi għall-AMF prodotta mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna hija mehmuża mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta. Il-proposta l-ġdida tal-AMF hija konsistenti mal-impenn tal-UE li tappoġġa t-tranżizzjoni ekonomika u politika tal-Ġordan.
2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
•Sommarju tal-azzjoni proposta
L-UE tqiegħed l-AMF għad-dispożizzjoni tal-Ġordan għall-ammont massimu totali ta’ EUR 200 miljun, ipprovduti fil-forma ta’ self fuq terminu medju ta’ żmien. L-assistenza se tikkontribwixxi biex tiġi koperta l-ħtieġa ta’ finanzjament estern residwu fl-2016-2017 skont kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi tal-estimi tal-FMI.
L-assistenza hija ppjanata li titħallas f'ħlasijiet parzjali ta’ self ta' EUR 100 miljun kull wieħed. L-iżborż tal-ewwel ħlas parzjali huwa mistenni li jsir lejn tmiem l-2016. It-tieni ħlas parzjali, li jiddependi fuq għadd ta’ miżuri ta’ politika, jista' jiġi mħallas fit-tieni kwart tal-2017. L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.
Bħas-soltu rigward l-istrument tal-AMF, l-iżborżi jkunu jiddependu minn riżultati pożittivi tar-rieżamijiet tal-programmi previsti fl-arranġament finanzjarju l-ġdid tal-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġordan se jaqblu dwar miżuri speċifiċi ta’ riforma strutturali f’Memorandum ta’ Ftehim. Il-Kummissjoni se timmira għal riformi strutturali bl-għan li ttejjeb il-ġestjoni makroekonomika kumplessiva u l-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli. Kif innotat hawn fuq, dawn il-miżuri ta’ riforma se jappoġġaw l-aġenda ta’ riforma tal-awtoritajiet u jikkomplimentaw il-programmi maqbula mal-FMI, mal-Bank Dinji u ma' donaturi oħrajn, kif ukoll programmi ta’ politika assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-UE. Dawn għandhom ikunu konsistenti ma’ prijoritajiet ta’ riforma ekonomika, maqbula bejn l-UE u l-Ġordan fil-kuntest tal-Qafas ta’ Appoġġ Uniku għall-2014-2017 u dokumenti strateġiċi oħra (inklużi l-Prijoritajiet tas-Sħubija futura u l-Patt ta' Ġordan). Huma se jibnu wkoll fuq ir-riformi strutturali implimentati skont l-AMF-I.
Id-deċiżjoni li tiġi żborżata l-AMF kollha fil-forma ta' self hija ġġustifikata mil-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-Ġordan (kif imkejjel mid-dħul tiegħu per capita) u mill-indikaturi tad-dejn tiegħu. Hija wkoll konsistenti mat-trattament mogħti lill-Ġordan mill-Bank Dinji u mill-FMI. Tabilħaqq, il-Ġordan mhux eliġibbli għal finanzjament aġevolat la mingħand l-Aġenzija ta' Żvilupp Internazzjonali u lanqas mingħand il-Fond fiduċjarju tal-FMI għat-Tnaqqis tal-Faqar u għat-Tkabbir.
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212 tat-TFUE.
•Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-objettivi tar-restawr tal-istabbiltà makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fil-Ġordan ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jitkabbru kemm jista’ jkun l-iskala u l-effikaċja tal-assistenza.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità: hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà makroekonomika fil-perjodu qasir taż-żmien u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.
Kif identifikat mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Faċilità ta' Fond Estiża futura, l-ammont tal-AMF propost ġdid jikkorrispondi għal 7,4 % tad-diskrepanza ta' finanzjament residwu għall-perjodu 2016-2017. Dan huwa konsistenti mar-regoli standard dwar il-qsim tal-piż għall-operazzjonijiet tal-AMF. Meta wieħed iqis l-assistenza mwiegħda lill-Ġordan minn donaturi u kredituri bilaterali u multilaterali oħrajn, dan jitqies bħala livell xieraq ta' kondiviżjoni tal-piżijiet għall-UE.
•L-għażla tal-istrument
Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw dawn l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta' politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Ġordan permezz ta' strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati
L-AMF qed tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ġordan. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta għall-AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bank Dinji, u diġà waqqfu programmi konsiderevoli għall-iffinanzjar u qed iħejju oħrajn ġodda. Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fit-2 ta’ Ġunju 2016, u rċeviet approvazzjoni għall-proposta. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ġordan.
•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert
Sejra titwettaq Valutazzjoni Operazzjonali li tivverifika l-kwalità u l-affidabilità taċ-ċirkwiti finanzjarji pubbliċi tal-Ġordan u l-proċeduri amministrattivi tal-Ġordan mill-Kummissjoni bl-assistenza ta’ esperti esterni qabel l-implimentazzjoni effettiva tal-assistenza. Ir-riżultati tal-valutazzjoni, li se jinqasmu bejn l-awtoritajiet tal-Ġordan u d-Delegazzjoni tal-UE għal aktar ħidma dwar oqsma possibbli għal titjib, jistgħu jiġu riflessi wkoll fil-kundizzjonalità tal-politika tal-AFM proposta.
•Il-Valutazzjoni tal-Impatt
L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali u tindirizza diffikultajiet kritiċi għall-pagament tal-bilanċ f’pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mill-ħtieġa li titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt skont il-Linji Gwida ta' Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni (SWD(2015)111 finali) billi hemm imperattiv politiku li wieħed jimxi 'l quddiem b’rata mgħaġġla f’din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ rispons rapidu.
B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex-post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. Bħall-AMF-I u l-AMF-II u l-programm ta’ riformi u aġġustamenti ekonomiċi assoċjati magħha għandu jgħin sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Ġordan għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġa il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjonijiet fiskali, u biex jiżdied it-tkabbir sostenibbli, biex b'hekk jikkomplimenta l-programm kif maqbul mal-FMI. Dawn il-miżuri x’aktarx ikopru oqsma ta' riforma bħall-ġestjoni finanzjarja pubblika u aspetti oħra ta’ governanza ekonomika, ir-riforma tat-taxxa, it-tisħiħ tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u r-riformi fis-settur tal-ilma u l-enerġija, il-kummerċ u l-investiment, u s-suq tax-xogħol, inklużi miżuri li jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ refuġjati Sirjani lejn is-suq tax-xogħol tal-Ġordan.
4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-assistenza ppjanata għandha tingħata f’forma ta’ self u għandha tkun ffinanzjata permezz ta’ operazzjoni ta’ teħid b'self li l-Kummissjoni se twettaq f’isem l-UE. L-impatt baġitarju tal-assistenza se jikkorrispondi għall-provvediment ta’ Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni tal-UE, b’rata ta’ 9 %, tal-ammonti mħallsa, mil-linja baġitarja 01 03 06 (“il-Provvediment tal-Fond ta’ Garanzija”). Jekk wieħed jassumi li l-ewwel żborż ta’ ammonti mislufa (ta’ EUR 100 miljun) se jsir fl-2016 u t-tieni żborż ta’ ammonti mislufa (ta’ EUR 100 miljun) fl-2017 skont ir-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija, il-provvediment se jseħħ fi ħdan il-baġits tal-2018-19. Abbażi tal-projezzjonijiet attwali dwar l-użu tal-linja baġitarja 01 03 06, il-Kummissjoni tivvaluta li l-impatt baġitarju tal-operazzjoni jista' jiġi akkomodat.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Il-klawżola ta' rieżami/reviżjoni/estinzjoni
Il-proposta tinkludi klawżola ta’ estinzjoni. L-AMF proposta ssir disponibbli għal sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil.
2016/0197 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,
Billi:
(1)Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (“il-Ġordan”) qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Il-Ġordan iffirma il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-UE fl-24 ta' Novembru 1997, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002. Skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan li gradwalment stabbilixxa żona ta’ kummerċ ħieles matul perjodu tranżitorju ta’ 12-il sena. Barra minn hekk, fl-2007 daħal dis-seħħ ftehim dwar aktar liberalizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti agrikoli. Fl-2010, ġiet miftiehma sħubija ta’ Status Avvanzat bejn l-UE u l-Ġordan li tinvolvi oqsma ta’ kooperazzjoni usa’. Protokoll dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim għall-kummerċ bejn l-UE u l-Ġordan mibdi f’Diċembru 2009 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2011. Id-djalogu politiku bilaterali u l-kooperazzjoni ekonomika bilaterali komplew jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV u l-Qafas ta' Appoġġ Uniku adottati għall-perjodu 2014-2017.
(2)Fl-2011, il-Ġordan beda serje ta’ riformi politiċi biex tissaħħaħ id-demokrazija parlamentari u l-istat tad-dritt. Twaqqfu Qorti Kostituzzjonali u Kummissjoni Elettorali Indipendenti u l-Parlament tal-Ġordan għadda numru ta’ liġijiet ewlenin, inkluż l-Att Elettorali u l-Att tal-Partiti Politiċi kif ukoll liġijiet dwar id-deċentralizzazzjoni u l-muniċipalitajiet.
(3)L-ekonomija tal-Ġordan sofriet b’mod sinifikanti mill-inkwiet reġjonali li li għaddej, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien tal-Iraq u s-Sirja. Flimkien ma’ ambjent globali aktar dgħajjef, dan l-inkwiet reġjonali laqat b’mod ħażin id-dħul estern u dgħajjef tal-finanzi pubbliċi. L-influssi tal-flus tat-turiżmu u ta’ investiment dirett barrani ġew affettwati b'mod negattiv, b'rotot ta’ kummerċ imblukkati u bil-fluss tal-gass naturali mill-Eġittu mfixkel. Barra minn hekk, l-ekonomija tal-Ġordan kienet milquta minn influss kbir ta’ refuġjati Sirjani, li żied il-pressjoni fuq il-pożizzjoni fiskali tiegħu, fis-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura.
(4)Sa mill-bidu tal-kunflitti fis-Sirja fl-2011, l-Unjoni esprimiet l-impenn inekwivokabbli tagħha biex tappoġġa lill-Ġordan hekk kif jindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi Sirjana, u b’mod partikolari l-preżenza ta’ għadd kbir ta’ refuġjati Sirjani fit-territorju tiegħu. Hija żiedet l-appoġġ finanzjarju tagħha lejn il-Ġordan, waqt li saħħet il-kooperazzjoni f’ħafna oqsma, inkluża s-soċjetà ċivili, is-sistema elettorali, is-sigurtà, l-iżvilupp reġjonali u r-riformi soċjali u ekonomiċi. U l-Unjoni offriet il-possibbiltà li jiġi konkluż ftehim dwar Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva.
(5)F’dan il-kuntest ekonomiku u finanzjarju diffiċli, l-awtoritajiet tal-Ġordan u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ftiehmu f’Awwissu 2012 dwar l-ewwel programm ta’ aġġustament ekonomiku, li kien appoġġat minn Arranġament ta' Riżerva (Stand-By Arrangement - SBA) ta' tliet snin fl-ammont ta’ USD 2 biljuni. Dan il-programm tlesta b’suċċess f’Awwissu 2015. Taħt dan il-programm, il-Ġordan għamel progress konsiderevoli fil-konsolidazzjoni fiskali (megħjun ukoll minn tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt) u ma’ għadd ta’ riformi strutturali.
(6)F’Diċembru 2012, il-Ġordan talab għal assistenza makrofinanzjarja kumplimentari mill-Unjoni. Bi tweġiba għal dan, f'Diċembru 2013 3 ġiet adottata assistenza makrofinanzjarja ta’ EUR 180 miljun fil-forma ta’ self (AMF-I) . Il-Memorandum ta’ Qbil li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta' politika relatati ma' din l-ewwel assistenza makrofinanzjarja daħal fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2014. Wara l-implimentazzjoni tal-miżuri maqbula ta' politika, l-ewwel ħlas parzjali ta’ AMF-I kien imħallas fl-10 ta' Frar 2015 u t-tieni ħlas parjzali ġie mħallas fil-15 ta' Ottubru 2015.
(7)Sa mill-bidu tal-kriżi Sirjana, l-UE allokat kważi EUR 1.13 biljun lill-Ġordan. Dan jinkludi, b’żieda mal-EUR 180 miljun mill-ewwel operazzjoni għall-assistenza makrofinanzjarja, EUR 500 miljun f’kooperazzjoni regolari bilaterali pprogrammata għall-Ġordan ffinanzjata taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, madwar EUR 250 miljun mill-baġit umanitarju u aktar minn EUR 30 miljun mill-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi. Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment ipprovda self fl-ammont ta’ EUR 264 miljun mill-2011 'l hawn.
(8)L-intensifikazzjoni tal-kriżi Sirjana fl-2015 affettwat serjament il-Ġordan permezz tal-effetti fuq il-kummerċ, it-turiżmu u l-fiduċja tal-investituri. Il-Ġordan kien ukoll affettwat bi tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju mill-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), milquta minn tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt. B’riżultat ta’ dan, it-tkabbir ekonomiku naqas għal darb’oħra, il-qgħad żdied u ħarġu ħtiġijiet ta’ finanzjament estern u fiskali ġodda.
(9)F'dan il-kuntest ta' sfida, l-Unjoni ddikjarat mill-ġdid l-impenn tagħha li tappoġġa lill-Ġordan fil-proċess ta' riforma ekonomika u politika tagħha. B’mod partikolari, dan l-impenn ġie espress fil-konferenza “Supporting Syria and the Region”, li saret f’Londra fl-4 ta’ Frar 2016, fejn l-UE wiegħdet 2,39 biljuni fl-2017-2016 b’appoġġ finanzjarju għall-pajjiżi l-aktar milquta mill-kriżi tar-rifuġjati, inkluż il-Ġordan. L-appoġġ politiku u ekonomiku mill-Unjoni għall-proċess ta’ riforma tal-Ġordan huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni għan-Nofsinhar tar-reġjun Mediterranju, kif stabbilit fil-kuntest tal-PEV.
(10)Wara d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Ġordan, l-FMI u l-Ġordan bdew diskussjonijiet dwar arranġament suċċessur, li jista' jieħu l-forma ta’ Faċilità ta’ Finanzjament Estiż (“il-programm tal-FMI”) u x’aktarx ikopri perjodu ta’ erba’ snin, li jibda fir-Rebbiegħa tal-2016. Il-programm il-ġdid tal-FMI jkollu l-għan li jtaffi d-diffikultajiet għal żmien qasir tal-Ġordan fil-livell tal-bilanċ tal-pagamenti filwaqt li jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ aġġustament b’saħħithom.
(11)F'Marzu tal-2016, fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u l-prospett ekonomiku li kienu sejrin għall-agħar, il-Ġordan talab għal aktar assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.
(12)Minħabba li l-Ġordan hu pajjiż kopert mill-PEV, għandu jkun ikkunsidrat bħala eliġibbli biex jirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.
(13)L-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikata għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u għandha tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta' żmien qasir.
(14)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Ġordan lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ġordan, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Ġordan li tiġi appoġġata l-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ġordan, filwaqt li tissuplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.
(15)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Ġordan, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu.
(16)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Ġordan u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tikkomplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-iskjerament diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fil-Ġordan u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.
(17)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.
(18)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Ġordan. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bl-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiżguraw il-konsistenza tagħha.
(19)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Ġordan fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq ir-regoli u ġust.
(20)Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ġordan jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan, u li jiġu promossi r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawn l-objettivi għandhom jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(21)Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Ġordan għandu jadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.
(22)Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (bħala awtorità baġitarja).
(23)L-ammonti li għandhom jiġu pprovduti meħtieġa għall-assistenza makrofinanzjarja għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji definiti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
(24)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.
(25)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 .
(26)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Ġordan taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ġordan, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kull tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1.L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 200 miljun disponibbli għall-Ġordan (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ġordan u aġenda ta’ riforma sostantiva. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Ġordan għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.
2.L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun ipprovdut lill-Ġordan fil-forma ta’ self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, u ssellifhom lill-Ġordan. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
3.Ir-rilaxx tal-assistenza makroekonomika tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod li jkun konsistenti mal-ftehimiet jew l-akkordji li ntlaħqu bejn l-FMI u l-Ġordan, u mal-prinċipji ewlenin u l-objettivi tar-riformi ekonomiċi stipulati fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan, il-Qafas ta' Appoġġ Uniku għall-2014-2017 u l-Prijoritajiet ta' Sħubija tal-futur. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż il-ħlas tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.
4.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs, li tibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).
5.Fejn il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Ġordan jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.
Artikolu 2
1.Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun li l-Ġordan jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
2.Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
3.Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 5 .
Artikolu 3
1.Il-Kummissjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tiftiehem mal-awtoritajiet tal-Ġordan dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil (“il-Memorandum ta’ Qbil”). Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Ġordan, bl-appoġġ tal-FMI.
2.Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-suq, l-iżvilupp ta’ kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu b’mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika. Il-progress fil-ksib ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.
3.It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiġu stipulati fi Ftehim dwar is-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġordan.
4.Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-politiki ekonomiċi tal-Ġordan ikunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 4
1.Suġġett għall-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni f'żewġ ħlasijiet parzjali. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3.
2.L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jagħtu lok għal proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, fejn meħtieġ, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 6 .
3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali soġġetti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2;
(b)rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju; kif ukoll
(c)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.
Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali m'għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali.
4.Fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi jew tħassar temporanjament l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew it-tħassir.
5.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas lill-Bank Ċentrali tal-Ġordan. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġordan bħala l-benefiċjarju aħħari.
Artikolu 5
1.L-operazzjonijiet ta' teħid jew għoti ta' self marbutin mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.
2.Fejn ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi, u jekk il-Ġordan jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura li klawsola dwar ħlas lura qabel iż-żmien tkun inkluża fit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ self u li tkun akkumpanjata minn klawsola korrispondenti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ self.
3.Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk il-Ġordan jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrifinanzja s-self inizjali kollu tal-Ġordan jew parti minnu, jew tista’ tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom isiru f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tat-teħid ta' self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.
4.L-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni li huma marbutin mal-operazzjonijiet tal-għoti jew ta’ teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni, għandhom jitħallsu mill-Ġordan.
5.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 6
1.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 8 .
2.L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt maniġment dirett.
3.Il-Ftehim dwar is-Self li jrid jiġi maqbul mal-awtoritajiet tal-Ġordan irid ikun fih dispożizzjonijiet:
(a)li jiżguraw li l-Ġordan jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;
(b)li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontrih, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 9 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 10 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 ;
(c)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tiegħu li jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;
(d)jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri biex jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;
(e)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ħlas lura bikri tas-self meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Ġordan ikun ħa sehem f'xi att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew f'xi attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
4.Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ġordan, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.
Artikolu 7
1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 8
1.Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ din l-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu:
(a)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;
(b)jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ġordan, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 3(1);
(c)jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ġordan u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
2.Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Objettivi
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
1.7.Metodu/i ta' ġestjoni previst(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati:
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:
Proposta għal Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 12
Qasam ta' politika: Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Attività: 03 – L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
1.4.Objettivi
1.4.1.Il-mira/i strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva
"Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”
Il-qasam ewlieni tal-attività marbuta mad-DĠ ECFIN huwa dan li ġej:
1. It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat permezz tal-approfondiment tal-analiżi ekonomika u t-tisħiħ tad-djalogu politiku kif ukoll bil-konsulenza dwar l-aspetti ekonomiċi tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni.
2. L-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja għal pajjiżi terzi msieħba, b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rilevanti.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet AB M/ABB ikkonċernata/i
Objettiv speċifiku Nru 1: “Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE: l-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja”
Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB Affarijiet Ekonomiċi U Finanzjarji Internazzjonali
1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija
L-assistenza proposta tikkonsisti f’self mill-UE ta’ EUR 200 miljun li r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (minn hawn 'il quddiem 'il-Ġordan'), bil-għan li jikkontribwixxi għal sitwazzjoni aktar sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti. L-assistenza, li għandha titħallas f'żewġ ħlasijiet parzjali, tgħin lill-pajjiż jegħleb it-tbatijiet ekonomiċi u soċjali mġarrba minħabba l-instabbiltà reġjonali għall-ilqugħ ta' rifuġjati Sirjani. L-assistenza tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, it-tnaqqis ta' vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u biex titjieb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti
L-awtoritajiet se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet maqbula ta' politika, qabel ma jitħallas it-tieni ħlas parzjali tal-assistenza.
Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin ikomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Ġordan, li se jitwettqu fil-preparazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ġordan sejra tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma relevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien li jkollhom mill-attivitajiet kurrenti tagħhom fil-Ġordan.
Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex-post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil
L-iżborż tal-assistenza jiddependi fuq rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku ta' żborżament bejn il-Ġordan u l-FMI, li huwa mistenni li jkun fis-seħħ fit-tieni nofs tal-2016. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet tal-Ġordan dwar għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-Kummissjoni tirrilaxxa t-tieni ħlas parzjali.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Filwaqt li tgħin lill-pajjiż jegħleb ix-xokk ekonomiku kkawżat mill-instabbiltà reġjonali u l-influss ta' rifuġjati Sirjani, l-AMF li ġiet proposta se tikkontribwixxi biex tippromwovi l-istabblità makroekonomika, ir-riformi ekonomiċi u l-progress politiku fil-pajjiż. Billi tikkumplimenta r-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mill-UE u minn donaturi oħrajn, hija se tikkontribwixxi għall-effikaċja ġenerali tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali ta’ donaturi.
Il-programm propost se jsaħħaħ ukoll l-impenn tal-gvern favur ir-riforma u l-aspirazzjoni tiegħu li jkollu relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest akbar, il-programm se juri lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun li l-UE tkompli tappoġġa lil pajjiżi li jkunu qed jaqbdu triq ċara lejn ir-riformi politiċi, fi żminijiet ta’ diffikultajiet ekonomiċi.
1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat
Mill-2004 'l hawn saru b'kollox 16-il evalwazzjoni ex-post fuq operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja. Dawn l-evalwazzjonijiet sa issa jikkonkludu li l-operazzjonijet tal-AMF tabilħaqq jikkontribwixxu, għalkemm xi drabi jagħmlu dan modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, għall-istabbilità makroekonomika u għall-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż riċevitur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemxejn ogħla.
1.5.4.Sinerġija possibbli u kompatibbiltà ma’ strumenti xierqa oħra
L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Ġordan. L-assistenza finanzjarja impenjata għall-Ġordan permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) għall-perjodu 2007–2013 ammontat EUR 589 miljun. Dan l-ammont jinkludi fondi addizzjonali mogħtija permezz tal-programm SPRING ibbażat fuq inċentivi. Għall-perjodu 2014-2017, taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI), l-assistenza tal-UE lill-Ġordan tista’ tvarja bejn minimu ta’ EUR 312 miljuni u massimu ta’ EUR 382 miljun. Il-Ġordan ser jibbenefika mill-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE, il-'Fond Madad, stabbilit f’Diċembru 2014 biex jappoġġa lis-Sirja u l-pajjiżi ġirien, inkluż il-Ġordan. L-ewwel serje ta’ programmi għal ammont ta’ EUR 41 miljun iffinanzjat taħt il-Fond Madad ġie approvat f’Mejju 2015. Dawn il-fondi ġew ikkumplimentati minn finanzjament minn strumenti oħra tal-UE bħall-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat (FIV). Minbarra l-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali, il-Ġordan jibbenefika wkoll minn diversi programmi reġjonali, prinċipalment fl-oqsma tal-istat tad-dritt u l-ġustizzja, il-ħarsien ambjentali u klimatiku, il-migrazzjoni u l-kultura u ż-żgħażagħ. Il-Ġordan jipparteċipa wkoll f’inizjattivi miftuħa għal kull pajjiżi sħab tal-Viċinat bħal: Erasmus+, li jtejjeb il-mobilità u l-kooperazzjoni mal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, TAIEX u SIGMA. Barra minn hekk, il-Ġordan huwa eliġibbli wkoll għal fondi addizzjonali taħt diversi programmi u strumenti tematiċi tal-UE, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-programm tal-Atturi Mhux Statali u l-awtoritajiet lokali, il-programm tal-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Bank Ewropew tal-Investiment qed jappoġġa lill-Ġordan b'ammont totali ta' self ikkuntrattat ta’ EUR 264,9 miljun mill-2011, li minnhom EUR 115,9 miljun fl-2015. Fl-aħħar nett, AMF-I ta’ EUR 180 miljun approvata fl-2013 kienet implimentata b’mod sodisfaċenti u mħallsa kompletament fl-2015.
Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, se jkun li din l-assistenza tgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. L-AMF la tipprovdi sostenn finanzjarju regolari u lanqas ma hija maħsuba biex tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi riċevituri. Hija għandha titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-pajjiż tkun reġgħet qabdet triq sostenibbli. Wara, l-istrumenti regolari ta’ assistenza ta' kooperazzjoni tal-UE huma maħsuba biex jieħdu dan il-kompitu f'idejhom.
L-AMF hija maħsuba wkoll li tkun kumplementari għall-interventi mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-programm ta' aġġustament u riforma appoġġat mill-EFF tal-FMI u s-Self għall-Politika tal-Iżvilupp tal-Bank Dinji.
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
X Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien limitat
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal sentejn u nofs minn meta jidħol fis-seħħ il-Memorandum ta’ Qbil, kif imsemmi fl-Artikolu (4) tad-Deċiżjoni
X L-impatt finanzjarju huwa mistenni li jitwettaq mill-2016 sal-2019
1.7.Metodu/i ta' ġestjoni previst(i) 13
X Ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u t-tfassil tagħha huwa konsistenti mal-programm ekonomiku futur appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsir fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-FMI u tal-miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ġordan f’Memorandum ta’ Qbil (ara wkoll il-punt 1.4.4).
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjoni tal-AMF proposta.
Hemm ir-riskju li l-assistenza makrofinanzjarja, li ma tkunx dedikata għal spejjeż speċifiċi, tkun tista’ tintuża b’mod qarrieqi. F’termini ġenerali, dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-bank ċentrali u fil-ministeru tal-finanzi, u ma' kemm huma adattati l-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.
Riskju ieħor ewlieni għall-operazzjoni jiġi mill-inċertezza ekonomika u politika reġjonali, b'mod partikolari fis-Sirja u l-Iraq, li għandha implikazzjonijiet diretti għall-ekonomija tal-Ġordan. Fuq il-front domestiku, ir-riskju ewlieni huwa relatat ma’ diffikultajiet fil-proċess ta’ riforma ekonomika u l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi eżistenti, inklużi l-implikazzjonijiet fiskali tal-influss tar-refuġjati Sirjani.
Il-Ġordan jibqa’ wkoll vulnerabbli għall-possibbiltà ta’ tfixkil ġdid fil-provvista tal-gass naturali importat mill-Eġittu. Fl-aħħar nett, hemm riskji li joħorġu mill-possibbiltà li l-ambjent ekonomiku globali u Ewropew jiddgħajjef, u li l-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija u tal-ikel jiżdiedu.
2.2.2.Metodi ta’ kontroll previsti
L-assistenza makrofinanzjarja se tkun suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
2.2.3.L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità
L-ispejjeż bażiċi għall-Kummissjoni relatati mal-metodi ta’ verifika u ta' kontroll, kif ukoll l-ispiża tal-Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi mwettqa qabel l-operazzjoni huma deskritti fit-Tabella 3.2.1. Barra minn hekk, hemm kostijiet għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għall-possibbiltà ta' interventi mill-OLAF. Il-Valutazzjoni Operazzjonali ma tgħinx biss sabiex jiġu vvalutati r-riskji tal-użu ħażin tal-fondi, iżda bħala benefiċċju kollaterali din tipprovdi informazzjoni utli dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, li huma riflessi fil-kundizzjonalità tal-politika tal-operazzjoni. Dwar ir-rata ta' nonkonformità probabbli, ir-riskju ta’ nonkonformità (fil-forma ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self jew l-użu ħażin tal-fondi) huwa meqjus bħala baxx, abbażi tal-esperjenza bl-istrument tal-AMF sa minn meta nħoloq.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:
Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu qarrieqi se jittieħdu diversi miżuri:
L-ewwel nett il-bażi ġuridika proposta għall-assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan tinkludi dispożizzjoni dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri se jiġu elaborati aktar fil-Ftehim ta' Self, li jipprevedi sensiela ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta' korruzzjoni. Hu maħsub ukoll li mal-assistenza jintrabtu għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika, l-aktar fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bl-għan li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà.
It-tieni, qabel ma jintlaħaq ftehim dwar il-Memorandum ta’ Qbil, is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ esperti esterni maħtura kif xieraq, se jwettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u tal-proċeduri amministrattivi li hemm fil-Ministeru tal-Finanzi u fil-Bank Ċentrali tal-Ġordan, sabiex jiġu sodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Din ir-reviżjoni se tiddetermina jekk il-qafas għal ġestjoni finanzjarja tajba tal-assistenza makrofinanzjarja hijiex effettiva b’mod suffiċjenti fil-Ġordan billi tkopri oqsma bħall-istruttura u l-organizzazzjoni tal-maniġment, il-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT, il-kapaċità tal-awditjar intern u estern, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, mekkaniżmi speċifiċi li japplikaw għall-ġestjoni tal-fondi mill-benefiċjarji jistgħu jiġu introdotti bi ftehim mal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-assistenza għandha titħallas f'kont dedikat fil-Bank Ċentrali tal-Ġordan.
Finalment, l-assistenza tkun suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati:
Il-linji baġitarji eżistenti
01 03 02 – Assistenza makrofinanzjarja
01 03 06 – Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta'
|
Kontribuzzjoni |
|||
Numru
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA 15 |
mill-pajjiżi kandidati 16 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa), tar-Regolament Finanzjarju |
|
4 |
01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
4 |
01 03 06 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
01 03 06 – Garanzija tal-Unjoni Ewropea għal self tal-UE miġbur għall-assistenza makrofinanzjarja lill-pajjiżi terzi: Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni għandu jiġi fornut skont ir-Regolament tal-Fond ta’ Garanzija 17 . Skont dan ir-Regolament, l-għotjiet ta’ self huma bbażati fuq l-ammont pendenti fi tmiem is-sena. Il-Fond ta’ Garanzija għandu jiġi fornut, bl-użu tal-fondi taħt il-linja baġitarja 01 03 06 (“Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”), b’rata ta’ 9 % ta’ obbligazzjonijiet pendenti totali. L-ammont ta' proviżjoni huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-attivi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta' proviżjonament jiddaħħal fis-sena “n” fl-abozz baġitarju tas-sena “n+1” u jitħallas effettivament f'tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n+1”, mill-linja baġitarja “mill-Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (il-linja baġitarja 01 03 06). Minħabba dan, se jitqies 9 % (jiġifieri massimu ta’ EUR 18-il miljun) tal-ammont effettivament imħallas fl-ammont fil-mira fi tmiem is-sena "n-1" għall-kalkolu tal-proviżjonament tal-Fond.
Linji baġitarji ġodda rikjesti: ma japplikax.
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.[Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
4 |
||||||||
DĠ: ECFIN |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTALI |
||||
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||
Linja baġitarja 01 03 06 Il-Provviżjonament ta' Fond ta’ Garanzija |
Impenji |
(1a) |
9 |
9 |
18 |
||||
Pagamenti |
(2a) |
9 |
9 |
18 |
|||||
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 19 (valutazzjoni operazzjonali u evalwazzjoni ex-post) |
|||||||||
Intestatura tal-Baġit 01 03 02 |
Impenji |
(3) |
0.10 |
0.15 |
0.25 |
||||
Pagamenti |
(3a) |
0.10 |
0.15 |
0.25 |
|||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1+1a +3 |
0.10 |
9 |
9.15 |
18.25 |
|||
Pagamenti |
=2+2a +3 |
0.10 |
9 |
9.15 |
18.25 |
|
Impenji |
(4) |
9 |
9 |
18.00 |
||
Pagamenti |
(5) |
9 |
9 |
18.00 |
|||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
(6) |
0.10 |
0.15 |
0.25 |
|||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0.10 |
9 |
9.15 |
18.25 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0.10 |
9 |
9.15 |
18.25 |
Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
5 |
"Nefqa amministrattiva" |
||||
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTALI |
||
DĠ: ECFIN |
||||||
• Riżorsi umani |
0.039 |
0.029 |
0.021 |
0.016 |
0.105 |
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
0.025 |
0.015 |
0.040 |
|||
TOTAL tad-DĠ ECFIN |
Approprjazzjonijiet |
0.064 |
0.044 |
0.021 |
0.016 |
0.145 |
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Impenji totali = Pagamenti totali) |
0.064 |
0.044 |
0.021 |
0.016 |
0.145 |
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTALI |
||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
0.164 |
0.044 |
9.021 |
9.166 |
18.395 |
Pagamenti |
0.164 |
0.044 |
9.021 |
9.166 |
18.395 |
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ ◻Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali
–X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ EUR(sa tliet punti deċimali)
Indika l-objettivi u r-riżultati ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTALI |
|||||||
Tip 21 |
Numru |
Kost |
Numru |
Kost |
Numru |
Kost |
Numru |
Kost |
Numru totali |
Kost totali |
||
OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 3 22 |
||||||||||||
- Riżultat 1 |
Valutazzjoni operazzjonali |
1 |
0.10 |
1 |
0.10 |
|||||||
- Riżultat 2 |
Evalwazzjoni ex-post |
1 |
0.15 |
1 |
0.15 |
|||||||
- Riżultat 3 |
Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija |
1 |
9 |
1 |
9 |
2 |
18 |
|||||
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 |
1 |
0.10 |
1 |
9 |
2 |
9.15 |
4 |
18.25 |
||||
KOST TOTALI |
1 |
0.10 |
1 |
9 |
2 |
9.15 |
4 |
18.25 |
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻ ◻Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTALI |
|||
INTESTATURA 5
|
||||||||
Riżorsi umani |
0.039 |
0.029 |
0.021 |
0.016 |
0.105 |
|||
Nefqa amministrattiva oħra |
0.025 |
0.015 |
0.040 |
|||||
Subtotal INTESTATURA 5
|
0.064 |
0.044 |
0.021 |
0.016 |
0.145 |
|||
Barra l-INTESTATURA 5 24 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||||||
Riżorsi umani |
||||||||
Nefqa oħra
|
||||||||
Subtotal
|
TOTALI |
0.064 |
0.044 |
0.021 |
0.016 |
0.145 |
L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jilħquhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
–◻ ◻Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
Sena
|
Sena
|
Sena 2018 |
Sena 2019 |
Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
|||||
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
|||||||||
01 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
0.19 |
0.13 |
0.09 |
0.06 |
|||||
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
10 01 05 01 (Riċerka diretta) |
|||||||||
• Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 25 |
|||||||||
XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") |
0.20 |
0.16 |
0.12 |
0.10 |
|||||
XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
XX 01 04 yy 26 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
- fid-delegazzjonijiet |
|||||||||
XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||
10 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka Diretta) |
|||||||||
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
TOTALI |
0.39 |
0.29 |
0.21 |
0.16 |
XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
L-ispiża tal-persunal meħtieġa hija stmata fuq il-bażi ta’ 30 % tan-nefqa annwali għal uffiċjal fil-grad minn AD5 sa AD12.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju |
Kap tal-Unità: Jissorvelja u jamministra l-operazzjoni, jaqbel dwar ir-rapporti ta' rieżami tal-Ftehim dwar is-Self, imexxi missjonijiet u jevalwa l-progress rigward il-konformità mal-kundizzjonalità. Desk: It-tħejjija tal-Memorandum ta’ Qbil u tal-ftehim ta' self, il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet u mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-koordinazzjoni ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operazzjonali u għall-evalwazzjoni ex-post, it-twettiq ta’ missjonijiet ta’ verifika, it-tħejjija ta’ rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-proċeduri tal-Kummissjoni marbutin mal-ġestjoni tal-assistenza. |
Persunal estern |
Mhux applikabbli |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–X Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
–X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
X Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.