Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 283 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-EWROPA ATTIVA


Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kuħadd

{SWD(2017) 177 final}


1. LEJN MOBILITÀ SOSTENIBBLI

It-trasport fl-Ewropa jirrappreżenta storja twila u rikka. L-Ewropa kienet strumentali biex jiġu introdotti teknoloġiji ġodda u innovazzjoni fuq livell dinji. L-inġenji tal-ajru, il-ferroviji u l-vetturi Ewropej huma sinonimi ma’ kwalità ta’ klassi fid-dinja kollha.

L-ambizzjoni tagħna hija li l-Ewropa tkompli taqdi dan ir-rwol fil-futur u tkun minn ta’ quddiem nett fil-mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa. Fi kliem ieħor, irridu niżguraw li l-Ewropa tiżviluppa, toffri u tipproduċi soluzzjonijiet ta’ mobilità, tagħmir u vetturi, konnessi u awtomatizzati b’emissjonijiet baxxi tal-aqwa kwalità u jkollha fis-seħħ l-aktar infrastruttura ta’ appoġġ moderna.

Din l-ambizzjoni hija meħtieġa minħabba li s-settur tal-mobilità għandu rwol importanti ħafna fl-ekonomija u s-soċjetà tal-UE. Barra li huwa impjegatur ewlieni fih innifsu, dan is-settur huwa element indispensabbli għall-kompetittività tal-ekonomija usa'. Il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija fis-suq intern tal-UE, u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u kulturali ta’ “Ewropa mingħajr fruntieri” jiddependu fuq mobilità faċli u netwerk ta’ trasport aċċessibbli fiż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport. L-użu ta’ sistema moderna tal-mobilità huwa wkoll prerekwiżit biex tiġi żgurata tranżizzjoni b’suċċess lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-Ewropa u sabiex titreġġa’ lura ż-żieda ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja kkawżati mit-trasport, minkejja ż-żieda tal-ħtieġa tat-trasport.

Il-mobilità tagħna diġà qed tinbidel b’mod sinifikanti. Il-mobilità tradizzjonali qed tinbidel, permezz ta’ servizzi ta’ mobilità kondiviżi u ċaqliq aktar faċli bejn il-mezzi tat-trasport. It-teknoloġija u l-ħtiġijiet tas-soċjetà jkomplu jixprunaw dawn il-bidliet. Id-diġitalizzazzjoni, l-awtomazzjoni u s-sorsi alternattivi tal-enerġija qed ibiddlu l-mezzi tradizzjonali u joħolqu opportunitajiet ġodda marbutin mal-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekonomija kollaborattiva u ċirkolari. Iżda dawn il-bidliet jistgħu jwasslu għal tfixkil. Filwaqt li joħolqu impjiegi ġodda, jistgħu wkoll jagħmlu oħrajn obsoleti. Dawn jirrikjedu mhux biss ħiliet ġodda, u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol, iżda wkoll kapaċità ta’ antiċipazzjoni, adattament u investiment.

L-UE trid tkun minn ta’ quddiem fit-tfassil ta’ din il-bidla fuq livell globali. Dan ifisser bidla min-netwerks frammentati tat-trasport tal-lum lejn il-mobilità integrata u sostenibbli ta’ għada. Il-Kummissjoni qed tistabbilixxi aġenda biex tagħmel mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa realtà għal kulħadd. L-azzjoni tagħna hija mmirata biex issaħħaħ il-kompetittività tas-settur Ewropew tal-mobilità bl-għan li tingħata spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment filwaqt li tiġi indirizzata d-dimensjoni soċjali urġenti tal-mobilità u jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza għall-pubbliku li jivvjaġġa. Din se tagħti kontribut sinifikanti lill-objettiv ambizzjuż tal-Kummissjoni biex tinħoloq Ewropa li tipproteġi, toffri opportunitajiet u tiddefendi u biex jintlaħqu l-miri tal-UE fil-qasam tal-enerġija u l-klima għall-2030. Din se tgħin biex titjieb is-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-UE. Biex dan isir, jenħtieġ approċċ komprensiv u integrat mal-atturi kollha li jaħdmu flimkien fuq livelli differenti, jiġifieri l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, il-bliet u awtoritajiet lokali oħrajn, l-industrija, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati kollha. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea jikkonferma li l-proposti jiġu ppreżentati fil-mument opportun u għandhom l-istess viżjoni. 1

Aħna mhux se nibdew mix-xejn. L-UE diġà stabbiliet il-pedamenti ewlenin. It-triq twittiet biex tinħoloq Żona Unika tat-Trasport Ewropew, li tidentifika l-ostakli għas-servizzi ta’ mobilità transfruntiera sikura, effiċjenti u bi prezz li jintlaħaq, bl-art, bil-baħar u bl-ajru, fl-Unjoni kollha. Diġà qed jittieħdu bosta passi fis-setturi tat-trasport bl-ajru u ferrovjarju. 2 Barra minn hekk, il-proġetti strateġiċi tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew u l-programmi ta’ riċerka tal-UE, b’mod partikolari l-Orizzont 2020, qed jappoġġaw l-introduzzjoni u l-innovazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport.

Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq il-kontribut ewlieni li jrid isir mit-trasport bit-triq. Din hija akkumpanjata minn għadd ta’ proposti mmirati lejn dan is-settur, li l-għanijiet tiegħu jinkludu appoġġ għall-introduzzjoni tal-infrastruttura għal pedaġġ tat-triq, fjuwil alternattiv u konnettività, informazzjoni aħjar għall-konsumaturi, it-tisħiħ tas-suq intern u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll passi biex titħejja t-triq għal mobilità kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. 3 Matul it-12-il xahar li ġejjin, dawn se jkunu kkumplimentati minn proposti oħra, inkluż dwar standards ta’ emissjonijiet għal wara l-2020 għall-karozzi u l-vannijiet, kif ukoll għall-vetturi heavy-duty.

L-importanza tal-mobilità b’mod ġenerali u b’mod partikolari t-trasport bit-triq hija riflessa fil-firxa wiesgħa ta’ oqfsa ta’ politika oħra tal-UE, li jkollhom influwenza deċiżiva fuqhom. Is-suċċess tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni ta’ Juncker tal-Unjoni tal-Enerġija, is-Suq Uniku Diġitali u l-aġenda tal-Impjiegi, it-Tkabbir u tal-Investiment jikkontribwixxu kollha kemm huma għat-trasport u l-mobilità. L-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija ta’ Frar 2015 4 identifikat it-tranżizzjoni għal settur tat-trasport effiċjenti b’użu tal-enerġija mingħajr karbonju, bħala wieħed mill-oqsma ta’ azzjoni ewlenin tagħha u l-pakkett tal-”Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha” ta’ Novembru 2016 5 kien jinkludi l-azzjoni biex jiżdied l-użu ta’ fjuwil ta’ trasport b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u l-appoġġ tal-elettromobilità. Il-miżuri, li diġà ssemmew fl-Istrateġija għal Mobilità b’Emissjonijiet Baxxi li ġew adottati f’Lulju 2016 issa qed jiġu implimentati. 6 L-investiment fl-infrastruttura skont il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 7 jipprovdi stimulu potenti, għall-mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa tal-Ewropa tal-futur. Kif ġie stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 8 , il-ħolqien ta’ Ewropa aktar ġusta u t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tagħha huma prijoritajiet ewlenin ta’ din il-Kummissjoni. Dawn l-objettivi jridu wkoll jiġu applikati fis-settur tal-mobilità u jappoġġjaw suq tax-xogħol ġust u li jiffunzjona tajjeb.

 

2. IX-XEJRIET U L-ISFIDI EWLENIN

Il-kisba tas-sostenibilità, fid-dawl ta’ domanda li qed tkompli tikber

Qed jiġi previst li l-attività tat-trasport fl-Ewropa kollha se tkompli tikber. Mill-2010 sal-2050, huwa stmat li t-trasport tal-passiġġieri se jikber b’madwar 42 fil-mija. It-trasport tal-merkanzija huwa mistenni li jikber b’60 fil-mija. 9 Din it-tendenza tagħmilha aktar diffiċli biex tinkiseb sistema ta’ mobilità sostenibbli.

Illum il-mobilità hija l-akbar settur ekonomiku fid-dinja. Fl-UE, is-settur tat-trasport u l-ħżin jimpjega aktar minn 11-il miljun persuna, li jammontaw għal aktar minn 5 fil-mija tal-impjiegi totali 10 u kważi 5 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE 11 . Dan jammonta għal madwar 20 fil-mija tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn is-sħab kummerċjali prinċipali tal-UE. It-trasport bit-triq huwa l-mezz tat-trasport ewlieni użat fl-UE, u jammonta għal kważi nofs it-total tal-attività tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (kważi tliet kwarti fuq l-art) u jiddomina t-trasport personali taċ-ċittadini. 12 Huwa stmat li l-kumpaniji tat-trasport bit-triq fl-UE jimpjegaw direttament madwar 5 miljun ruħ li jaħdmu f’madwar 915,000 kumpanija, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju. 13

Il-konġestjoni tat-trasport bit-triq tikkawża ineffiċjenzi enormi li huma stmati għal madwar 1 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE (EUR 100 biljun) u din is-sitwazzjoni qed tiżdied. 14 It-trasport bit-triq jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja, u dan joħloq theddida serja għas-saħħa pubblika. L-utenti jbatu l-konsegwenzi tat-trasport u speċjalment ir-residenti tal-ibliet tal-Ewropa, li ħafna drabi ma jilħqux l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE. 15 Ir-riżultati huma gravi; kważi tliet darbiet aktar nies imutu b’kawża prematura fl-UE minħabba t-tniġġis relatat mat-trasport 16 milli jmutu f’inċidenti fit-toroq 17 , u miljuni jbatu minn mard respiratorju u kardjovaskulari.

Barra minn hekk, it-trasport jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Ewropa, u jiġi ssuperat biss mis-settur tal-enerġija. It-trasport bit-triq biss huwa responsabbli għal kważi wieħed minn kull ħamsa tal-emissjonijiet tal-UE. Għaldaqstant is-settur tal-mobilità huwa ta’ importanza partikolari fl-isforzi tal-UE biex jinżamm ir-ritmu biex jintlaħaq l-objettiv ta’ ekonomija b’użu baxx tal-karbonju. Jekk minn naħa waħda, l-attività tat-trasport tikber, min-naħa l-oħra l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jonqsu; dan huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE rigward il-klima u l-enerġija għall-2030. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ressqet l-ambizzjoni tal-UE li sal-2050 jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tat-trasport b’tal-anqas 60 fil-mija 18 . Ir-riżultati sa issa kienu dgħajfa, għaldaqstant jeħtieġ li jitħaffu l-isforzi biex titreġġa’ lura din it-tendenza. Dan huwa evidenti l-iktar għat-trasport bit-triq, fejn tenħtieġ bidla għal vetturi b’emissjonijiet żero.

Il-mobilità sostenibbli tfisser ukoll trattament aħjar tar-riżorsi skarsi. L-ekonomija ċirkolari se ssir aktar importanti f’dak li jirrigwarda l-użu mill-ġdid ta’ materjal rari u l-limitazzjoni tal-kostijiet tal-materja prima. Pereżempju, ir-riċiklaġġ tal-batteriji jista’ jsir abbażi ta’ mudelli ġodda ta’ negozju fl-industrija tal-karozzi Ewropea.

Il-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi u t-tendenzi tad-domanda

Id-domanda għall-mobilità taċ-ċittadini qed tikber, għaldaqstant l-attitudni tagħhom lejn il-mobilità qed tinbidel. Il-mobilità titqies dejjem aktar bħala servizz u l-konsumaturi jridu kwalità aħjar, konvenjenza, flessibbiltà u aċċess. Huma jridu jkunu jistgħu jaqilbu mingħajr xkiel bejn mezzi differenti ta’ trasport u jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni dwar il-vjaġġ. B’mod partikolari, għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, il-kiri u l-użu kondiviż tas-servizzi ta’ mobilità qed isiru dejjem iktar popolari u l-aspirazzjoni li tkun is-sid ta’ vettura privata qed issir inqas popolari.

Iċ-ċittadini tal-UE jonfqu medja ta’ kważi 10 sigħat fil-ġimgħa jużaw it-trasport, jivvjaġġaw distanza medja ta’ 34.7 km kuljum u jonfqu 13 fil-mija tal-konsum totali tagħhom fuq affarijiet relatati mat-trasport.  19  

L-esperjenza ta’ kuljum ta’ konġestjoni tat-traffiku, il-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima, il-kriżi tal-emissjonijiet ta’ karozzi diżil, id-dibattitu pubbliku dwar l-effetti tal-emissjonijiet, u miżuri ta’ politika, bħalma huma żoni ta’ restrizzjoni tal-vettura biex jiskoraġġixxu l-użu tal-karozzi f’żoni urbani, ikkontribwew kollha kemm huma biex jagħmlu lill-konsumaturi ferm aktar konxji tal-impatt tat-trasport privat fuq il-kwalità tal-arja, it-tibdil fil-klima u s-saħħa. In-nies illum iridu possibilitajiet ta’ mobilità, li fl-istess ħin itejbu l-mobilità u jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tniġġis tal-arja. Madankollu, it-tixjiħ tal-popolazzjoni kif ukoll il-popolazzjoni dejjem aktar urbanizzata jikkawżaw problemi ta’ mobilità fl-Ewropa, mhux biss fil-bliet iżda wkoll għall-inklużjoni soċjali u l-konnettività taż-żoni rurali.

L-impjiegi u l-kompetittività

Is-settur tal-mobilità Ewropea jrid jibqa’ fost l-aqwa fid-dinja. Minħabba l-importanza tiegħu għall-impjiegi u t-tkabbir u kompetizzjoni globali dejjem akbar, is-settur tat-trasport tal-UE għandu jkun fuq quddiem fl-innovazzjoni u fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Dan il-proċess ta’ bidla jrid ukoll jikkunsidra bis-sħiħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-isfidi soċjali fis-settur.

Id-dekarbonizzazzjoni, l-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi, bħalma huma s-sistemi elettriċi ta' mogħdija tas-saħħa tal-magna għall-vetturi, u l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ mobilità ta’ sistemi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati ħafna huma fost l-akbar sfidi u opportunitajiet importanti għall-futur tagħna tal-mobilità; l-istess jista’ jingħad dwar l-iżvilupp ta’ kunċetti ġodda tal-mobilità bħall-car-sharing u soluzzjonijiet ġodda biex il-loġistika titjieb bl-aħjar mod possibbli.

Is-settur Ewropew tal-karozzi se jesperjenza bidliet strutturali, li jistgħu jfasslu mill-ġdid b’mod konsiderevoli il-katina tal-valur tiegħu, il-prijoritajiet tal-investiment, u l-għażliet teknoloġiċi b’implikazzjonijiet kif ukoll il-pożizzjoni kompetittiva globali tiegħu. Dan se jaffettwa l-atturi differenti fil-katina tal-valur, minn fornituri ta’ materja prima, u produtturi tal-vetturi sa negozjanti u s-servizzi tas-suq ta’ wara l-bejgħ, kif ukoll dawk kollha li jipprovdu servizzi ta’ mobilità.

Is-settur tal-karozzi tal-UE jipprovdi impjiegi għal 8 miljun ruħ u jammonta għal 4 fil-mija tal-Valur Miżjud Gross tal-UE, li jwassal għal bilanċ kummerċjali ta’ EUR 120 biljun. 20 L-UE hija fost l-akbar produtturi ta’ vetturi bil-mutur u s-settur jirrappreżenta l-akbar investitur privat fir-riċerka u l-iżvilupp, li jenfasizza t-tmexxija teknoloġika tagħha fil-livell globali. Minkejja li l-immuntar finali qed isir dejjem aktar qrib is-swieq barra l-UE, il-valur għoli tal-ktajjen ta’ valur, pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, it-tfassil u l-kummerċjalizzazzjoni, għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom fl-Ewropa.

Bidla fil-ħiliet

Biex tingħata spinta lill-innovazzjoni teknoloġika u jittieħdu l-benefiċċji tagħha, il-forza tax-xogħol fis-settur ta’ mobilità tal-UE tenħtieġ l-aħjar għadd ta’ ħiliet; dan diġà huwa sfida kbira għall-industrija llum. Vetturi nodfa, konnessi u awtomatizzati għandhom impatt fuq l-intensità tax-xogħol fil-manifattura u jenħtieġu ħiliet ġodda, bħal pereżempju l-immuntar ta’ muturi elettriċi jew il-manifattura ta’ batteriji, kompjuters jew apparat ta’ detezzjoni, u filwaqt li huwa mistenni li l-impjiegi tal-inġinerija se jkomplu jiżdiedu, il-proċessi jirrikjedu dejjem aktar ħiliet tal-IT speċjalizzati. Min-naħa l-oħra, is-sewqan awtomatizzat jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-forza tax-xogħol u jeħtieġ taħriġ mill-ġdid fit-terminu medju sa twil, pereżempju fil-każ ta’ professjonijiet bħal pereżempju sewwieqa tat-trakkijiet. Jenħtieġ li din ix-xejra tiġi antiċipata, u jitwettaq djalogu soċjali aktar qawwi kif ukoll mekkaniżmi ta’ appoġġ biex jgħinu lin-nies jisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunitajiet ġodda.

Is-sikurezza fit-toroq

Filwaqt li sar progress kbir f’dawn l-aħħar deċennji li għamel lill-UE l-iktar reġjun sikur għat-trasport bit-triq, l-għadd kbir ta’ inċidenti fatali u korrimenti serji għadhom qed jikkawżaw sofferenza umana kbira u spejjeż ekonomiċi inaċċettabbli, li huwa stmat għal EUR 100 biljun fis-sena. Fl-2016, 25,500 ruħ tilfu ħajjithom f’inċidenti fit-toroq tal-UE u 135,000 persuna oħra ġew midruba serjament. 21

Ir-rivoluzzjoni diġitali tal-mobilità

Is-settur tal-mobilità tal-UE jeħtieġ li jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li nħolqu mit-teknoloġiji diġitali. Il-konnettività u l-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali qed ibiddlu l-kunċetti tradizzjonali ta’ mobilità. Qegħdin jitfaċċaw mudelli ġodda ta’ negozju li jagħtu lok għal servizzi innovattivi ta’ mobilità, li jinkludu pjattaformi online għal operazzjonijiet tal-merkanzija jew tal-karozzi, car-pooling, servizzi ta’ użu kondiviż ta’ karozzi u roti, jew applikazzjonijiet tal-ismartphones joffru l-analitika f’ħin reali u dejta dwar il-kundizzjonijiet tat-traffiku. 22

Il-vetturi stess qed jinbidlu wkoll permezz tat-teknoloġiji diġitali. Dawn qed isiru dejjem aktar intelliġenti, bis-saħħa ta’ servizzi ġodda abbord konnessi u kooperattivi u livelli ogħla ta’ awtomazzjoni. Issa qed jiġi maħsub investiment importanti għall-iżvilupp ta’ vetturi mingħajr sewwieq. Il-vetturi awtomatizzati se jeħtieġ li jistrieħu fuq skambju sikur tad-dejta bejn il-vetturi u bejn il-vetturi u l-infrastruttura tat-toroq, li min-naħa tagħhom se jirrikjedu kapaċità biżżejjed tan-netwerk għall-miljuni ta’ vetturi li joperaw fl-istess ħin.

Il-ħtiġijiet tal-investiment fl-infrastruttura

Mill-kriżi ekonomika globali, l-UE kienet għaddejja minn livelli baxxi ta’ investiment fl-infrastruttura, bħas-setturi tat-trasport, l-enerġija u diġitali. Dan żamm lura l-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ mobilità tal-UE. L-isforzi kollettivi u kkoordinati fil-livell Ewropew, reċentement imsaħħin permezz tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 23 , jeħtieġ li jreġġgħu lura din ix-xejra ‘l isfel.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jistma li 1 fil-mija taż-żieda fl-infiq fuq l-infrastruttura konvenzjonali jwassal għal 1.5 punti perċentwal ta’ żieda fil-Prodott Domestiku Gross. 24

Is-sewqan awtomatizzat kompletament jenħtieġ infrastruttura u servizzi ġodda tat-telekomunikazzjoni u tas-satelliti għall-pożizzjonament tal-vetturi u l-komunikazzjoni ta’ bejniethom. Il-komunikazzjoni mobbli tal-ħames ġenerazzjoni (5G) 25 u s-servizzi ta’ Galileo joffru opportunità importanti biex jiġu indirizzati dawn il-bżonnijiet. Is-sewqan awtonomu u l-vetturi nodfa se jirrikjedu ppjanar u investiment integrati tal-infrastruttura biex it-toroq ikunu mgħammra bit-telekomunikazzjonijiet u l-impożizzjoni ta’ tariffi tal-infrastruttura meħtieġa, pereżempju għal karozzi elettriċi, kif ukoll biex jipprovdu dejta ta’ kwalità għolja, pereżempju mapep diġitali b’definizzjoni għolja, u tagħmir abbord b’interoperabilità sħiħa.

Huwa kkalkulat li huma meħtieġa EUR 740 biljun biex jitlestew il-kurituri tan-netwerk ewlieni tan-netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew 26 sas-sena 2030, biex tinħoloq Żona Unika Ewropea tat-Trasport, jiġi appoġġjat is-Suq Uniku tal-UE u d-dekarbonizzazzjoni, u jsir użu sħiħ tad-diġitalizzazzjoni. L-investiment totali fl-infrastruttura tat-trasport tal-UE (li jgħaqqad flimkien in-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) fin-netwerk komprensiv u t-trasport urban) huwa kkalkolat għal EUR 130 biljun fis-sena, ġeneralment konsistenti ma’ livelli storiċi ta’ madwar 1 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. 27 Se jkunu meħtieġa investimenti sinifikanti ulterjuri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-manutenzjoni tal-infrastruttura attwali preżenti fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE. Il-mobilizzazzjoni ta’ dawn l-investimenti ta’ trasport enormi se tirrikjedi sforz konġunt kemm mis-settur privat kif ukoll dak pubbliku.

3.    IL-MOBILITÀ FL-EWROPA FL-2025

L-ambizzjoni tal-Ewropa trid tkun li jsir progress rapidu lejn sistema ta’ mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa li sal-2025 tintegra l-mezzi tat-trasport kollha fis-seħħ. Din is-sistema trid tinfirex fl-Unjoni kollha u tiġi konnessa mal-ġirien tagħha u mad-dinja. Barra minn hekk, trid tippermetti lil kulħadd biex jivvjaġġa bil-kumdità fl-ibliet u bejniethom u fiż-żoni rurali, filwaqt li tibqa’ konnessa. Trid ukoll tkun ibbażata fuq industrija li hija fuq quddiem nett fil-manifattura u l-provvista ta’ servizzi.

Din l-ambizzjoni teħtieġ approċċ integrat fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali li jkopri ħafna oqsma ta’ politika differenti. Fil-livell tal-UE, dan jirrikjedi għadd immirat ta’ regoli u standards komuni b’firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ appoġġ 28 . Dawn jinkludu investimenti infrastrutturali, proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, provi transfruntieri għal skjerament interoperabbli, u pjattaformi ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.

Dawn il-miżuri kollha li jsaħħu lil xulxin ingħaqdu f’aġenda ta’ mobilità waħda b’ħarsa lejn il-futur. L-aġenda tiffoka fuq oqsma li fihom l-UE tista’ tagħmel differenza reali fit-twassil ta’ mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd. Hija tiffoka b’mod partikolari fuq il-kontribut essenzjali tat-trasport bit-triq għal din il-viżjoni ta’ mobilità fl-Ewropa fl-2025.

3.1    Bidla rapida lejn mobilità nadifa u sostenibbli

L-UE trid tħaffef it-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn mobilità b’emissjonijiet żero. Għal din ir-raġuni li l-UE teħtieġ qafas regolatorju komprensiv li jinkludi azzjoni rigward teknoloġiji nodfa permezz ta’ standards ta’ emissjonijiet imtejba, u rigward l-użu ta’ karburanti b’livell baxx ta’ karbonju 29 , filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati livelli għolja ta’ sikurezza u sigurtà. Barra minn hekk, l-użu bikri ta’ sistemi intelliġenti ta’ pedaġġ tat-triq, informazzjoni aħjar għall-konsumatur u l-appoġġ għal azzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali se jwasslu għal benefiċċji kbar f’dak li jirrigwarda l-kompetittività, il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa pubblika.

Il-promozzjoni ta’ mobilità sostenibbli permezz tat-titjib tal-istandards ta’ emissjonijiet

B’reazzjoni għall-kriżi ta’ dan l-aħħar, rigward l-emissjonijiet ikkawżati mill-karozzi u t-tħassib kbir li nħoloq fost l-opinjoni pubblika, il-Kummissjoni ħadet azzjoni rapida u komprensiva biex jiġi żgurat kontroll effettiv u trasparenza għall-konsumaturi. Tressqet proposta għal qafas ġdid b’saħħtu tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip 30 li hija fost għadd ta’ miżuri tal-UE maħsubin biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-industrija tal-karozzi u terġa’ tinbena l-fiduċja fis-sistema regolatorja. Issa neħtieġu ftehim rapidu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill sabiex din il-leġiżlazzjoni ambizzjuża u tant meħtieġa tidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, ġew introdotti proċeduri tat-test ġodda biex jittestjaw l-emissjonijiet mill-karozzi f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan kif ukoll fil-laboratorju, u minn Settembru 2017 se japplikaw għal tipi ġodda ta’ vetturi.

L-innovazzjoni u l-kompetizzjoni globali qed jimxu ‘l quddiem u s-settur tal-karozzi qed jiffaċċja proċess ta’ trasformazzjoni fundamentali. L-Ewropa trid tiddefinixxi triq, li tiżgura li l-industrija tal-karozzi fl-Ewropa żżomm ukoll fil-futur il-pożizzjoni ewlenija madwar id-dinja li tgawdi minnha llum il-ġurnata.

L-istandards ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-UE kollha huma minn ta’ quddiem għall-innovazzjoni u l-effiċjenza u se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività u jwittu t-triq għal vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi b’mod teknoloġikament newtrali. Il-Kummissjoni bdiet taħdem biex tirrevedi l-istandards tad-diossidu tal-karbonju ta’ wara l-2020 u l-2021 għall-karozzi u l-vannijiet. L-għażliet taħt rieżami jinkludu miri speċifiċi għal vetturi b’emissjonijiet baxxi u/jew żero. L-istandards tal-UE għal vetturi heavy duty qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni wkoll. Dawn il-proposti huma previsti għall-aħħar ta’ din is-sena u l-ewwel nofs tal-2018 rispettivament. Dawn se jkunu bbażati fuq proċeduri ta’ testijiet modernizzati li jirrispettaw l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali.

Qabel ma tiżviluppa l-limiti l-ġodda tad-diossidu tal-karbonju għall-emissjonijiet tal-vetturi heavy-duty, il-Kummissjoni qed tippreżenta proċedura msaħħa ta’ ċertifikazzjoni għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil, inkluża sistema għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ tali dejta ċċertifikata. Dawn il-miżuri se jżidu t-trasparenza għall-konsumaturi u jiffaċilitaw ukoll id-differenzazzjoni tan-nollijiet għall-utenti tat-triq.

L-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty, bħal trakkijiet, xarabanks u coaches attwalment jirrappreżentaw madwar kwart tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tat-trasport bit-triq u huwa previst li bejn l-2010 u l-2030 se jiżdiedu b’sa 10 fil-mija, iżda dawn mhumiex soġġetti għal standards ta’ effiċjenza tal-fjuwil fl-UE b’kuntrast ma’ reġjuni oħra tad-dinja. 31

Il-Kummissjoni qed teżamina wkoll kif tagħmel l-aħjar użu malajr tad- dispożizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi heavy duty biex titjieb l-effiċjenza tal-fjuwil u l-prestazzjoni tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fir-rigward tal-ajrudinamika. 32  

It-trawwim tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju huwa prijorità għall-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Dan jinkludi madwar EUR 39 biljun għall-appoġġ ta’ bidla lejn settur ta’ trasport dekarbonizzat, b’użu effiċjenti tal-enerġija, li min-naħa tiegħu jinkludi EUR 12 biljun allokati għal mobilità urbana sostenibbli u multimodali, b’livell baxx ta’ karbonju.

Tingħata s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati

Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni iktar preċiża u trasparenti dwar il-livell tal-emissjonijiet tal-vetturi. Il-qafas il-ġdid għall-istandards ta’ emissjonijiet se jipprovdi għodod għal miżuri bħal informazzjoni aħjar għall-konsumatur fl-oqsma koperti mit-tikkettar tal-karozzi 33 u jippermetti lill-Istati Membri biex jadattaw aħjar il-miżuri fiskali tagħhom, u lill-awtoritajiet lokali biex jużawhom fi skemi biex jippromovu mobilità nadifa. Għal dan l-għan, is-sejħa għal proposti ta’ LIFE ta’ din is-sena 34 tappoġġja wkoll proġetti li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi biex jibbenefikaw minn iffrankar ta’ konsum tal-fjuwil f’kundizzjonijiet reali u biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati ta’ xiri ta’ karozzi bi ftit emissjonijiet.

Ħafna bliet fl-Ewropa llum diġà ddeċidew li jindirizzaw l-isfidi tat-tibdil fil-klima, il-konġestjoni u t-tniġġis tal-arja b’mod ikkoordinat. Dawn huma impenjati għal investiment fi trasport pubbliku nadif u qed jippromwovu mezzi ta’ trasport attivi u sostenibbli, bl-appoġġ ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, li joffru lill-utenti firxa ta’ għażliet ta’ mobilità, inklużi skemi ta’ car-sharing u roti. Xi bliet qed jintroduċu jew jikkunsidraw restrizzjonijiet ta’ aċċess għall-vetturi fi sforz biex jitnaqqsu l-livelli għoljin ta’ tniġġis fl-arja mit-trasport bit-triq. Il-Kummissjoni qed issegwi dawn l-inizjattivi fi djalogu mill-qrib mal-bliet u l-Istati Membri 35 , b’mod partikolari biex ikun żgurat li s-sewwieqa kollha jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti. Miżuri addizzjonali jistgħu jinkludu gwida għall-ibliet fuq ir-restrizzjonijiet tal-aċċess tal-vetturi għaż-żoni urbani, iżda l-implimentazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tal-UE għal Servizzi ta’ Trasport Intelliġenti 36 se jiżguraw b’mod speċjali li l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali preċiża ta’ dan it-tip disponibbli għall-utenti.

Sistemi intelliġenti ta’ pedaġġ tat-triq

Id-dħul miġbur minn utenti tat-toroq jista’ jagħti kontribut importanti biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura, u l-aġġustamenti biex jirriflettu l-użu u l-emissjonijiet jistgħu jgħinu biex titħaffef l-innovazzjoni, pereżempju f’teknoloġiji nodfa. Għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri qegħdin jistabbilixxu forom varji ta’ pedaġġ tat-triq.

Il-Kummissjoni tqis li l-pedaġġ tat-triq ibbażat fuq id-distanza (minflok il-ħin) jirrifletti aħjar l-użu reali tiegħu, l-emissjonijiet u t-tniġġis u għalhekk qed tipproponi aġġustamenti għall-qafas regolatorju ta’ pedaġġ tat-triq biex dan jiġi indirizzat. 37 Dawn se jwessgħu l-ambitu biex jiġu inklużi coaches u vetturi ħfief inklużi l-karozzi, tiġi appoġġjata l-bidla biex jiġu applikati l-prinċipji tal-“utent u min iniġġes iħallas” għall-vetturi kollha, u jiġu mmodernizzati l-metodi ta’ pedaġġ tat-triq. L-inklużjoni tal-kost estern tat-tniġġis tal-arja fil-pedaġġ tat-triq, pedaġġ differenzjat skont ir-rendiment għall-emissjonijiet u kundizzjonijiet aktar favorevoli għal vetturi b’emissjonijiet żero se jħeġġu u jiffavorixxu lil dawk li jinvestu f’vetturi aktar nodfa.

Il-konġestjoni f’żoni urbani tista’ tiġi indirizzata wkoll permezz ta’ pedaġġ intelliġenti, u l-Kummissjoni qed tipproponi li jiġu aġġornati r-regoli li jippermettu l-introduzzjoni ta’ taxxi marbuta mal-konġestjoni applikabbli għall-vetturi kollha. Fl-istadju li jmiss il-vinjetti kollha għandhom jiġu eliminati b’mod gradwali favur sistemi bbażati fuq l-użu, li sal-2023 jibdew b’vetturi tqal tal-merkanzija.

L-akkwist pubbliku bħala xprun tas-suq għal trasport nadif

Biex jiġi promoss l-użu tal-akkwist pubbliku bħala inċentiv għall-ħolqien tas-swieq għal prodotti innovattivi u b’emissjonijiet baxxi, il-Kummissjoni qed tippjana li fit-tmiem tal-2017 tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-vetturi nodfa. 38 Minħabba li parti sinifikanti tal-akkwist pubbliku ssir permezz tal-awtoritajiet muniċipali u lokali, hemm potenzjal partikolari għal vetturi tat-trasport pubbliku, bħal xarabanks, biex jużaw alternattivi b’emissjonijiet baxxi. Il-kofinanzjament tal-UE huwa disponibbli, pereżempju mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. 39

Mobilità aktar nadifa u aktar intelliġenti fil-bliet

Bl-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ mobilità urbana sostenibbli u effiċjenti, sħubija ta’ mobilità urbana bejn l-UE, gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet lokali u partijiet konċernati oħra, f’Jannar 2017, il-Kummissjoni nediet il-qafas tal-Aġenda Urbana tal-UE 40 . L-enfasi se jkun fuq it-trasport pubbliku, il-mobilità mingħajr emissjonijiet u l-aċċessibilità (għall-ħtiġijiet ta’ gruppi bħalma huma persuni b’diżabilità, l-anzjani u t-tfal żgħar), fuq trasport effiċjenti b’konnettività lokali u reġjonali tajba u kif il-mobilità urbana tista’ tiġi sfruttata biex jiġi żgurat livell għoli ta’ standards tal-kwalità tal-arja fil-bliet Ewropej. 41 L-objettiv huwa li jitħejja Pjan ta’ Azzjoni, li għandu jiġi implimentat mill-2018, filwaqt li jittieħed vantaġġ tal-esperjenza miġbura permezz ta’ bosta proġetti tal-CIVITAS u l-pjanijiet ta’ mobilità urbana sostenibbli żviluppati sa issa. 42

3.2    L-iżgurar ta’ suq intern ġust u kompetittiv għat-trasport bit-triq

L-UE trid tiżgura suq intern soċjalment ġust u kompetittiv għas-servizzi tat-trasport bit-triq, minħabba l-importanza tas-settur għall-ekonomija u s-soċjetà. L-industrija tal-UE trid tibni fuq il-kompetittività b’saħħitha tagħha fil-manifattura u s-servizzi marbutin mat-trasport. Huwa essenzjali li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni soċjali.

Il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi fit-trasport tal-merkanzija bit-triq

Il-Kummissjoni għalhekk qed tirrevedi r-regoli tal-UE dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u dwar vetturi mikrija 43 bl-għan li jiġi żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi ta’ trasport, jitnaqqas l-għadd tal-vjaġġi vojta, filwaqt li titjieb iċ-ċarezza tar-regoli biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq, u jkun hemm infurzar aħjar. It-tneħħija ta’ rekwiżiti amministrattivi bla bżonn u diffiċli (pereżempju, in-notifika minn qabel ta’ għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kabotaġġ 44 ) u prattiki ta’ infurzar se jkomplu jnaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq.

Huwa stmat li l-proposta tal-Kummissjoni tippermetti għal tfaddil għan-negozji ta’ madwar EUR 3 sa 5 biljun għall-UE għall-2020 u l-2035. 45

Il-Kummissjoni qed tirrieżamina wkoll ir-regoli tal-UE rigward il-karozzi tal-linja u l-coaches, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha u għażliet ta’ vjaġġar aħjar għall-konsumaturi. 46

It-titjib tal-qafas soċjali u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tadotta għadd ta’ miżuri bl-għan li ttejjeb l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq sabiex tiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern u jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali tas-sewwieqa li jaħdmu fit-trasport internazzjonali, li bħalissa mhumiex sodisfaċenti. 47 Il-miżuri dwar l-aċċess għas-suq iridu jimxu id f’id ma’ azzjoni biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u infurzar aktar effettiv tar-regoli soċjali. Dawn il-miżuri se jindirizzaw il-prattika problematika ta’ “kumpaniji tal-isem”, mudelli tan-negozju kumplessi, jevitaw il-kabotaġġ illegali u jiġġieldu kontra l-prattiki ta’ impjieg illegali. L-objettiv huwa li jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni soċjali għall-ħaddiema kollha fl-industrija tat-trasport fl-Unjoni, filwaqt li jiġi evitat li jkun hemm frammentazzjoni u jitneħħew il-piżijiet amministrattivi sinifikanti għall-kumpaniji. Billi jiġu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti (pereżempju, l-aċċettazzjoni tal-użu ta’ dokumenti elettroniċi, u twettiq ta’ kontrolli bl-użu tad-dejta tat-takografu) dawn il-miżuri se jġibu wkoll garanziji aħjar għal kundizzjonijiet ekwi, servizz mingħajr xkiel fl-UE kollha kemm hi, u kostijiet u perjodi operattivi mnaqqsa.

Kif inhu previst fil-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi aktar ċarezza rigward l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema 48 fis-settur tat-trasport bit-triq. Il-Kummissjoni tipproponi li tikkonferma li kull operazzjoni ta’ kabotaġġ trid tkun soġġetta għal regoli lokali dwar ir-remunerazzjonijiet. Dan se jindirizza l-applikazzjoni proporzjonata u effettiva tal-liġijiet dwar il-paga minima għas-servizzi internazzjonali, u se jintroduċi sistema mtejba ta’ infurzar. Hija tipproponi wkoll miżuri li jiżguraw li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw id-dar fuq bażi regolari ħafna u jkunu dejjem pprovduti b’akkomodazzjoni adegwata għall-perjodi ta’ mistrieħ kull ġimgħa. Il-Kummissjoni se tikkonsulta mas-sħab soċjali dwar proposti għal aktar ċarezza u flessibbiltà fil-kalkolu tal-ħin medju tax-xogħol. 49 Ir-riżultat se jkun jirrappreżenta kemm aktar ġustizzja soċjali kif ukoll titjib fil-kompetittività fit-tul tal-industrija Ewropea tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Konformità u infurzar aħjar permezz ta’ teknoloġiji diġitali intelliġenti

Tagħmir diġitali abbord bħal takografu diġitali użat minn trasportaturi ta’ merkanzija bit-triq jista’ jipproteġi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, jiffaċilita metodi iktar simplifikati sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mal-liġi tal-UE, kif ukoll jaqdi rwol fl-applikazzjoni ta’ skemi differenzjati ta’ pedaġġ tat-triq, u b’hekk jiġi faċilitat l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ mobilità. Il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri biex tippromwovi tali soluzzjonijiet diġitali kemm għall-pedaġġ interoperabbli (European Electronic Tolling System 50 ) u biex tiġi kontrollata l-applikazzjoni ta’ regoli soċjali u jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi għall-operaturi (l-użu aċċellerat ta’ takografi diġitali 51 , l-użu aktar sistematiku ta’ dokumenti elettroniċi, skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali permezz ta’ bażijiet ta’ dejta interkonnessi jew komuni, li jwasslu għal soluzzjonijiet ta’ post uniku ta’ kuntatt). Il-miżuri se jiżguraw ukoll li dawn it-teknoloġiji jiġu adattati kif suppost sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti ġodda.

Appoġġ għall-bidla fil-ħiliet

Il-Kummissjoni qed tappoġġja s-sħubiji settorjali, b’mod partikolari fis-settur tal-karozzi permezz ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet taħt l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa 52 . Dan jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-impjegaturi, it-trejdjunjins, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u jiżviluppaw strateġiji għall-ħiliet u jaġġornaw kurrikuli u moduli ta’ taħriġ. Biex tappoġġja l-ħidma ta’ tali sħubiji settorjali, f’Jannar 2017 il-Kummissjoni nediet sejħa għal proposti taħt il-programm Erasmus + .

Is-sikurezza fit-toroq

Jenħtieġu azzjonijiet mill-atturi kollha biex jitnaqqsu kemm it-tbatija kif ukoll il-kostijiet ekonomiċi kkawżati minn imwiet u korrimenti dovuti għal inċidenti tat-toroq, li għadhom għoljin b’mod inaċċettabbli. L-ambjent regolatorju, it-teknoloġija u l-infrastruttura, kollha kemm huma għandhom ir-rwol tagħhom u l-interazzjoni ġdida bejn l-infrastruttura u l-vetturi tista’ wkoll itejjeb is-sikurezza fit-toroq, u tikkontribwixxi għall-ambizzjoni ta’ “Viżjoni Żero sal-2050”.

Is-sewqan awtomatizzat u konness 53 u s-Sistemi Avvanzati ta’ Assistenza għas-Sewwieq jistgħu jżidu s-sikurezza billi jikkumpensaw għal żbalji umani u distrazzjoni, li huma l-oriġini ta’ ħafna inċidenti fit-toroq. Sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni se twettaq rieżami tar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali għal karozzi, it-trakkijiet u l-karozzi tal-linja definit skont il-qafas tal-approvazzjoni tat-tip bil-ħsieb li dawn jiġu aġġornati biex jirriflettu l-aħħar avvanzi teknoloġiċi. 54  

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tirrieżamina l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq u l-mini applikabbli għan-Netwerk Trans-Ewropej tat-Trasport, biex tivvaluta jekk il-livell tas-sikurezza għandux jiżdied. 55  

3.3    Sfruttar tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, u s-servizzi ta’ mobilità intelliġenti

L-UE trid tisfrutta l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni biex tinbena sistema ta’ mobilità effiċjenti u interkonnessa li tipprovdi lill-utenti soluzzjonijiet ta’ mobilità sikuri, attraenti, intelliġenti, bla xkiel u aktar awtomatizzati. Id-diġitalizzazzjoni tgħin biex tagħmel l-operazzjonijiet tat-trasport u tal-loġistika aktar effiċjenti billi ttejjeb il-flussi tat-traffiku u tagħmel l-aħjar użu mill-infrastruttura, tnaqqsu il-piżijiet amministrattivi għall-operaturi u tippermetti taħlita aħjar ta’ trasport pubbliku u privat. Din tikkontribwixxi wkoll għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport billi tiffaċilita bidliet għal mezzi ta’ trasport aktar nodfa u tinkoraġġixxi rati ogħla ta’ passiġġieri fuq il-vetturi.

Mobilità kooperattiva, konnessa u awtomatizzata

Il-Kummissjoni qed tappoġġja l-introduzzjoni koordinata ta’ vetturi konnessi u awtomatizzati parzjalment tas-suq tal-massa sal-2020 billi tmexxi ‘l quddiem firxa wiesgħa ta’ politika, azzjonijiet ta’ appoġġ regolatorju u pubbliku u pjattaformi ta’ partijiet ikkonċernati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-industrija. Approċċ koordinat għall-ġestjoni tal-ispettru u l-introduzzjoni ta’teknoloġiji tal-5G se jkunu fatturi kruċjali għal dawn is-servizz l-ġodda 56 .

L-isfidi għadhom kbar kemm għal livelli ogħla ta’ awtomatizzazzjoni, kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet li jmiss ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni. L-ittestjar fuq skala kbira fi triq miftuħa huwa essenzjali biex isir progress fit-teknoloġija u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-atturi differenti u tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni pubblika. Testijiet bħal dawn diġà huma possibbli f’diversi Stati Membri u jiġu appoġġjati permezz ta’ sejħiet apposta f’Orizzont 2020. Fl-ittra ta’ Intenzjoni rigward is-sewqan konness u awtomatizzat iffirmata fit-23 ta’ Marzu 2017, 27 Stat Membru tal-UE, in-Norveġja u l-Iżvizzera ntrabtu li jżidu l-kooperazzjoni fit-taqsimiet transfruntiera, l-itinerarji jew fil-kurituri li fuqhom jitwettqu r-riċerka, it-testijiet u d-dimostrazzjonijiet fuq skala kbira rigward is-sikurezza tat-triq, l-aċċess għad-dejta, il-kwalità u r-responsabbiltà.

Kif ġie konkluż mill-grupp ta’ livell għoli GEAR 2030 57  fl-ewwel rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-vetturi awtomatizzati mistennija sal-2020 58 , it-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ dawn il-vetturi huwa diġà possibbli taħt il-qafas attwali tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE permezz ta’ valutazzjoni ad-hoc tas-sikurezza tal-vetturi. Ir-rapport finali tal-GEAR 2030 (li għandu jiġi ppubblikat f’Novembru 2017) se jinkludi rakkomandazzjonijiet fit-tul fuq livelli ogħla ta’ awtomatizzazzjoni għal vetturi mistennija sal-2030. B’mod parallel, qiegħda ssir ħidma importanti fuq livell internazzjonali mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni.

L3PILOT 59  huwa proġett pilota ta’ dimostrazzjoni importanti fil-kuntest tal-Orizzont 2020, li se jibda fis-sajf tal-2017. Dan se jiffoka fuq proġetti pilota fuq skala kbira ta’ firxa wiesgħa ta’ funzjonijiet awtomatizzati ta’ sewqan għall-karozzi tal-passiġġieri.

Bħala parti mill-linja ta’ ħidma tal-ekonomija tad-dejta taħt l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni qed tindirizza kwistjonijiet ewlenin inkluż ir-responsabbiltà, u l-kondiviżjoni tad-dejta u r-regoli tas-sjieda, li huma rilevanti ħafna għall-evoluzzjoni ta’ sewqan awtomatizzat. 60  

It-tkabbir fl-użu dejjem aktar ta’ vetturi aktar kooperattivi, konnessi u awtomatizzati ifisser li hemm bżonn sistemi tat-trasport intelliġenti u kooperattivi biex il-vetturi jkunu jistgħu jikkomunikaw direttament bejniethom, permezz ta’ sinjali tat-traffiku u infrastruttura tat-toroq, kif ukoll ma’ utenti oħrajn tat-trasport. Il-Kummissjoni diġà ppreżentat strateġija bl-għan li sal-2019 twassal l-użu koordinat u armonizzat ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti u Kooperattivi fl-Ewropa. 61 Il-miżuri proposti huma mfassla biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern u jiġu indirizzati l-kwistjonijiet l-aktar kritiċi, bħalma huma s-sigurtà ċibernetika u l-protezzjoni tad-dejta, li huma essenzjali għall-effettività operattiva u l-aċċettazzjoni pubblika. Barra minn hekk, fl-2017, se jiġu adottati ħafna miżuri implimentattivi mill-Kummissjoni, biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi.

Fil-pjattaforma C-ROADS 62 , l-Istati Membri jikkooperaw fl-użu komuni ta’ Sistemi ta’ Trasport Kooperattivi u Intelliġenti. Il-pjattaforma se tiżgura l-interoperabilità permezz tad-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u testijiet transfruntier.

Sistemi ta’ Trasport Trans-Ewropew Intelliġenti u Kooperattivi u ttestjar ta’ Sewqan Konness u Awtomatizzat:: Il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal proġetti transfruntiera fuq skala kbira u ttestjar għas-sewqan konness u awtomatizzat u l-użu ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti u kooperattivi sal-2019. Dan se jibni fuq il-pjattaforma C-ROADS u se jgħin biex jiġu implimentati azzjonijiet miftiehma skont l-Ittra ta’ Intenzjoni, imsemmija iktar ’il fuq. Dawn l-azzjonijiet jibbenefikaw minn finanzjament ikkombinat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Orizzont 2020. 63  

It-titjib tal-effiċjenza tan-netwerk tat-trasport

Il-konnettività u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni diġitali fil-ħin reali qed jibdlu l-mod kif l-operazzjonijiet ta’ loġistika u vjaġġi jiġu ppjanati. Dan jippermetti li l-merkanzija jew il-passiġġieri jikkombinaw il-mezzi tat-trasport sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-aktar triq effiċjenti, affordabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni li se tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà u l-effiċjenza tan-netwerk tal-mobilità billi toħloq inċentivi u pjattaformi, li jippermettu t-tisħiħ u l-kapaċità rispettivi ta’ kull mezz ta’ trasport biex jiġu sfruttati aħjar. Fil-ħarifa tal-2017, se tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar trasport ikkombinat 64 , biex tippromwovi trasport tal-merkanzija aktar nadif. It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet bħal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, u l-appoġġ finanzjarju permezz ta’ inċentivi fiskali, jistgħu jistimulaw bidla biex jiġi mminimizzat l-komponent tat-triq permezz tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat.

Il-Kummissjoni stabbiliet Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali 65 , li jiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti tat-trasport u l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġestjoni. Il-ħidma tinvolvi l-atturi kollha fil-katina tal-loġistika u l-ħtieġa li jintlaħaq qbil dwar soluzzjonijiet tekniċi u regoli għall-aċċessibbiltà tad-dejta, l-iskambju, is-sjieda, il-kwalità, il-protezzjoni, kif ukoll il-finanzjament u l-governanza.

L-użu ta’ teknoloġiji konnessi u awtomatizzati għall-intraċċar u l-ippjanar ta’ oġġetti u li l-hubs isiru aktar effiċjenti (jinkisbu fatturi ogħla ta’ piż għall-vetturi ta’ merkanzija tqal) jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis sinifikanti ta’ emissjonijiet u fjuwil 66 .

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tadotta leġiżlazzjoni dwar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali , li se tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha jsiru preċiżi u disponibbli għall-utenti b’mod transfruntier fin-netwerk tat-trasport kollu kemm hu. 67

3.4. L-investiment f’infrastruttura moderna tal-mobilità

Il-miżuri kollha ppreżentati se jikkontribwixxu għal sistema ta’ mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għan-negozji u ċ-ċittadini tal-UE fl-2025, iżda t-twettiq ta’ din il-viżjoni se jiddependi ħafna wkoll fuq l-investimenti privati u pubbliċi sinifikanti u l-użu ta’ infrastruttura moderna u effiċjenti.

L-investiment fl-infrastruttura jingħata spinta għall-futur

Għal sistema ta’ mobilità tal-futur, flimkien man-netwerk fiżiku tat-trasport u infrastruttura alternattiv tal-fjuwil, se jkunu meħtieġa infrastrutturi diġitali, li jkunu interkonnessi tajjeb u interoperabbli bejn il-fruntieri. L-użu ta’ dawn l-infrastrutturi interkonnessi u transfruntieri u armonizzati u s-servizzi diġitali interoperabbli (kopertura bil-5G, netwerks ta’ dejta, sistemi ta’ trasport intelliġenti u kooperattivi) se jeħtieġu investiment sinifikanti.

Il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa ħoloq EUR 194 biljun f’investiment ġdid fi 28 Stat Membru f’inqas minn sentejn; Mad-9 fil-mija tal-investimenti jkopru speċifikament is-settur tat-trasport, iżda l-pjan jinkoraġġixxi wkoll investiment f’setturi relatati bħal dawk diġitali, tal-enerġija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż f’vetturi b’emissjonijiet baxxi 68 .

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport 69 , b’madwar EUR 24 biljun ta’ fondi disponibbli matul il-perjodu 2014–2020, tiffinanzja proġetti kbar u kumplessi fil-Kurituri tan-Netwerk Ewlenin tan-netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. Sa issa, il-programm ikkofinanzja 452 proġett għal ammont totali ta’ EUR 19.4 biljun, li jirrappreżentaw investiment totali (meta kkombinat ma’ fondi oħra pubbliċi jew privati) ta’ EUR 37.7 biljun. Is-”sejħa għat-taħlit” tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tnediet fi Frar 2017, għandha l-għan li timmobilizza EUR 1 biljun ta’ għotjiet bl-użu ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji b’finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi, is-settur privat u, għall-ewwel darba, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi 70 .

Se jkun importanti li s-sinerġiji bejn it-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni jitkomplew jintużaw bl-aħjar mod, billi jiġi esplorat il-potenzjal li jingħaqdu fondi mill-programmi korrispondenti tan-Netwerk Trans-Ewropew taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan jista’ jikkontribwixxi għal objettivi trasversali bħalma huma d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u tal-provvista tal-enerġija, id-diversifikazzjoni u grilji intelliġenti. L-ewwel “sejħa għas-sinerġiji” li tgħaqqad is-setturi differenti ġiet ippubblikata fi tmiem l-2016 u ġabret flimkien il-komponenti tat-trasport u tal-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa b’total ta’ disponibbiltà ta’ fondi li jammontaw għal EUR 40 miljun.

Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, ġew programmati EUR 70 biljun fil-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bħala appoġġ ta’ kofinanzjament għall-investimenti fil-qasam tal-mobilità u t-trasport. 71 Speċjalment fl-Istati Membri u r-reġjuni inqas żviluppati, il-politika ta’ koeżjoni tappoġġja l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport (l-aktar bil-ferrovija u t-triq) bl-għan li jingħalqu l-konnessjonijiet nieqsa u jitneħħew il-punti ta’ konġestjoni fis-sistema. Fl-Istati Membri kollha, il-politika ta’ koeżjoni tgħin biex it-trasport isir aktar intelliġenti, nadif u sikur billi jiġu appoġġjati l-investimenti f’oqsma bħalma huma l-mobilità urbana sostenibbli, is-sikurezza fit-toroq, it-trasport multimodali, is-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, il-fjuwil u l-vetturi nodfa, kif ukoll iċ-ċikliżmu u l-mixi.

Il-bliet huma żona bi bżonnijiet speċifiċi ta’ investiment ta’ mobilità. Filwaqt li tibbaża ruħha fuq l-esperjenzi tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, il-Kummissjoni flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment qegħdin jikkunsidraw metodi biex jiġi stabbilit qafas regolatorju u finanzjarju għall-bliet. L-għan huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-bliet, li jippermetti li l-proġetti jkunu aggregati u msaħħa sabiex ikunu aktar vijabbli u attraenti għall-investituri privati. 72

L-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi għal mobilità se jiddependi wkoll fuq aktar investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-Ewropa għandha l-akbar programm ta’ riċerka multinazzjonali, l-Orizzont 2020. L-appoġġ għall-mobilità tal-ġejjieni se jidher b’mod speċjali fis-sejħiet futuri skont il-programm Orizzont 2020 73 u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, l-Inizjattiva Ewropea għall-Vetturi Ekoloġiċi 74 u l-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. 75 Tenħtieġ aktar koordinazzjoni tar-riċerka tat-trasport u sforzi innovattivi fil-livell nazzjonali u dak Ewropew bejn l-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati. 76 Dan għandu jgħin ukoll biex l-implimentazzjoni titmexxa ‘l quddiem u jiġi mmonitorjat il-progress flimkien mal-mekkaniżmi eżistenti 77 .

L-aċċellerazzjoni tal-użu tal-infrastruttura għall-fjuwil alternattiv

L-iżvilupp tas-suq ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq id-disponibbiltà wiesgħa ta’ infrastruttura għall-fjuwil alternattiv 78 , bħall-iċċarġjar elettriku u l-faċilitajiet ta’ manutenzjoni. Il-vjaġġi fl-Ewropa f’vetturi elettriċi għandhom ikunu sempliċi; dan ifisser li l-iċċarġjar elettriku jrid ikun faċli daqs il-mili ta’ tank. 79

Bejn issa u l-2020 aktar minn 1200 punt tat-teħid tal-fjuwil alternattiv, b’mod partikolari l-elettromobilità għall-punti tal-iċċarġjar, se jkunu rċevew appoġġ taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 80 . Huwa stmat li 6 miljuni għall-punti tal-iċċarġjar (2.8 miljun għall-pre-cabling u 3 miljuni għall-punti tal-iċċarġjar attwali) jistgħu jintużaw f’bini mhux residenzjali u residenzjali jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kellu jadotta l-proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, li attwalment qed tiġi nnegozjata. 81

L-użu ta’ netwerk ta’ punti tal-iċċarġjar li jkopru b’mod ugwali n-netwerk tat-toroq tal-UE kollha, flimkien ma’, pereżempju, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ ħżin tal-enerġija u tagħmir, bħal batteriji, għalhekk jirrappreżenta kundizzjoni ewlenija oħra li tippermetti l-kundizzjoni għal mobilità ta’ emissjonijiet żero.

Kif meħtieġ skont id-Direttiva dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwil Alternattiv, l-Istati Membri qed jiżviluppaw l-oqfsa ta’ Politika Nazzjonali tagħhom li jistabbilixxu l-pjanijiet għall-iżvilupp fis-suq ta’ vetturi u bastimenti li jużaw fjuwil alternattivi u l-użu tal-infrastruttura rilevanti. L-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan għandhom jippreżentaw i-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-Kummissjoni se tippubblika l-valutazzjoni tagħha ta’ dawn l-Oqfsa ta’ Politika Nazzjonali f’Novembru 2017. Abbażi ta’ din l-analiżi, b’mod partikolari l-aspett ewlieni tal-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-kurituri TEN-Trasport u fiż-żoni urbani, il-Kummissjoni se tidentifika l-kwistjonijiet ewlenin u tipproponi pjan ta’ azzjoni biex jiġi indirizzat il-fallimenti tas-suq li jiġġustifika l-azzjoni fil-livell tal-UE, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

Infrastruttura ewlenija tal-iċċarġjar tal-UE sal-2025: il-Kummissjoni se tindirizza l-kwistjoni tal-finanzjament tal-investimenti fil-kuntest ta’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ Infrastruttura tal-Fjuwil Alternattiv, li jappoġġja l-użu ta’ infrastruttura ewlenija tal-iċċarġjar tal-UE, bl-għan li jipprovdi kopertura sħiħa għan-Netwerk Trans-Ewropej ta’ Trasport (TEN-T), in-netwerk ewlieni tal-kurituri b’punti taċ-ċarġjar sal-2025. 82

Il-batteriji bħala teknoloġija abilitanti essenzjali 

Il-Kummissjoni kienet minn ta’ quddiem biex tappoġġja l-iżvilupp tal-batteriji 83 bħala teknoloġija abilitanti essenzjali għall-mobilità elettrika u l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija. L-inizjattivi ffukaw fuq il-kontribut għat-titjib tal-prestazzjoni tal-batteriji, (il-piż, id-daqs, il-medda, id-durabbiltà, ir-riċiklaġġ) u jnaqqsu l-kostijiet tal-batteriji permezz tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-fondi ta’ riċerka kienu immirati lejn il-fażijiet differenti fil-katina tal-valur tal-batterija mill-materjal tal-batterija (ġdid jew imtejjeb) permezz tal-manifattura ta’ ċelluli tal-batteriji (teknoloġiji ġodda tal-manifattura u makkinarju), pakketti tal-batteriji u sistemi għall-ġestjoni tal-batteriji (pereżempju, tal-elettronika tal-enerġija, il-konnettività lill-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u lill-grilja tal-enerġija). Il-Kummissjoni ffinanzjat ukoll l-iskjerar qabel il-kummerċjalizzazzjoni u l-linji ta’ produzzjoni pilota. Madankollu, għalkemm hija kompetittiva f’diversi segmenti tal-katina tal-valur, l-industrija tal-UE għadha ma rnexxilhiex tiżviluppa katina kompluta tal-valur tal-batterija. Pereżempju, ċ-ċelluli tal-batterija għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom, jiġu importati minn pajjiżi terzi li bħalissa ma hemm l-ebda produzzjoni bil-massa ta’ ċelluli tal-batteriji fl-UE. Minħabba li kulma jmur l-interess strateġiku fil-batteriji qed jikber, il-Kummissjoni tippjana li tappoġġja l-inizjattivi mmexxija mill-industrija għall-katina tal-valur sħiħa tal-batteriji fl-UE, li tista’ tintuża għal applikazzjonijiet (ta’ ħżin tal-enerġija) mhux ta’ mobilità. Il-ħżin, inkluż tal-batteriji, huwa wieħed mill-erba’ prijoritajiet identifikati fil-Komunikazzjoni dwar it-tħaffif tal-innovazzjoni ta’ enerġija nadifa. 84 Biex l-innovazzjoni u l-kompetittività jimxu ‘l quddiem, issa huwa meħtieġ li tiżdied il-ħidma li twettqet sa issa bl-involviment tal-Istati Membri, l-industrija u ċ-ċentri ta’ riċerka. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-bżonnijiet, wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq, bl-għan li jiġi definit l-intervent u jsir l-aħjar użu possibbli minnu, fil-livell tal-UE u dak globali.

Iż-żieda taċ-ċelluli tal-batteriji u l-produzzjoni tal-pakketti tal-batteriji: Il-Kummissjoni se żżid il-ħidma tagħha mal-partijiet konċernati (inkluż ix-xogħol taħt il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika 85 ) biex tappoġġja inizjattiva mmexxija mill-industrija u li jiġu żviluppati miżuri ta’ appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-manifattura tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ċelluli tal-batterija u l-pakketti fl-UE. Il-Kummissjoni se tippromwovi ekosistema Ewropea integrata tal-batteriji għall-appoġġ tal-mobilità bl-elettriku u l-ħżin tal-enerġija, li tindirizza l-kwistjoni ta’ riżorsi rari u r-riċiklaġġ tal-batteriji, li se jgħin biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ mudelli ta’ negozju tal-ekonomija ċirkolari għall-industrija tal-karozzi.

4. KONKLUŻJONIJIET

Il-mobilità qiegħda tinbidel b’rata mgħaġġla. Fil-bidu ta’ era ta’ vetturi konnessi u awtomatizzati, mobilità kondiviża, emissjonijiet żero, u bidliet faċli bejn il-mezzi tat-trasport, wasal iż-żmien biex jitħejja l-ġejjieni tal-mobilità fl-Ewropa. L-Ewropa trid timxi min-netwerk tat-trasport frammentat tal-lum lejn sistema integrata, moderna u sostenibbli, li hija konnessa man-netwerk diġitali u tal-enerġija. Iċ-ċittadini u n-negozji għandhom jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ mobilità, sikuri, intelliġenti u mingħajr xkiel fl-Ewropa kollha, u l-infrastrutturi Ewropeja trid tkun fost l-aktar avvanzata tal-ekonomiji ewlenin madwar id-dinja.

Ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tippreżenta aġenda għall-ġejjieni tal-mobilità fl-UE, għall-impjiegi, it-tkabbir u tranżizzjoni soċjalment ġusta. Il-pakkett komprensiv ta’ miżuri regolatorji u ta’ appoġġ jista’ jagħmel il-mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa, realtà għal kulħadd u jippermetti li l-Ewropa tkun gwida globali fit-tiswir tal-ġejjieni tal-mobilità.

(1)

    http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=MOTION&reference=B8-2017-0290&format=XML&language=MT  

(2)

   COM(2015) 598

(3)

   Ara wkoll ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali COM(2017) 228.

(4)

   COM(2015) 80

(5)

   Skont ir-reviżjonijiet proposti tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (COM/2016/0767) u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (COM/2016/0765).

(6)

   COM(2016) 501

(7)

    https://ec.europa.eu/commission/priorities/jobs-growth-and-investment/investment-plan_mt  

(8)

   COM(2017) 250 

(9)

   Sors: Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi. Ir-referenzi kollha għad-dejta jinstabu fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (2017) 177 li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni.

(10)

   Stħarriġ tal-Eurostat dwar il-Forza tax-Xogħol, dejta tal-2016, għall-NACE H: “Trasport u Ħżin”.

(11)

   Il-kontijiet Nazzjonali tal-Eurostat, dejta tal-2014, għall-NACE H: “Trasport u Ħżin”.

(12)

   EU Transport in Figures (It-trasport tal-UE f'ċifri), 2016: https://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/statistics/pocketbook-2016_en  

(13)

   Stimi bbażati fuq l-Istatistika Strutturali tan-Negozju tal-Eurostat, dejta tal-2014, għall-NACE H.

(14)

   Study on Urban Mobility – Assessing and improving accessibility of urban areas European Commission, 2017.

(15)

   Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (id-Direttiva 2008/50/KE) tistabbilixxi limiti tal-kwalità tal-arja li ma jistgħux jinqabżu fi kwalunkwe post fl-UE, u tobbliga lill-Istati Membri biex jillimitaw li ċ-ċittadini jkunu esposti għal sustanzi perikoluż li jniġġsu fl-arja. Illum, dawn il-limiti qed jinqabżu fi 23 Stat Membru tal-UE minn 28 u f’aktar minn 130 belt madwar l-Ewropa.

(16)

   https://www.eea.europa.eu//publications/air-quality-in-europe-2016

(17)

    http://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/scoreboard/compare/people/road-fatalities_en

(18)

   COM(2016) 501

(19)

   Boston Consulting Group/IPSOS, Observatoire Européen des Mobilités Première édition Les attentes des Européens en matière de mobilité, April 2017: http://www.ipsos.fr/decrypter-societe/2017-04-26-lundi-au-vendredi-europeens-passent-en-moyenne-9h35-se-deplacer

(20)

   Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, L-Industrija tal-Karozzi, disponibbli at: https://ec.europa.eu/growth/sectors/automotive_en

(21)

    http://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/scoreboard/compare/people/road-fatalities_en

(22)

   COM(2016) 356 u COM(2016) 288.

(23)

    https://ec.europa.eu/commission/priorities/jobs-growth-and-investment/investment-plan_mt

(24)

   FMI, Perspettiva Ekonomika Dinjija, Ottubru 2014.

(25)

   COM(2016) 588

(26)

   Il-pjanijiet ta’ ħidma tal-Koordinaturi Ewropej għall-kuritur tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T: https://ec.europa.eu/transport/themes/infrastructure/ten-t-guidelines/corridors_en

(27)

   Sors: OECD – ITF (2016)

(28)

   Preżentazzjoni aktar dettaljata tinsab fl-SWD(2017) 177 li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni.

(29)

   COM(2016) 767 

(30)

   COM(2016) 031

(31)

   Sors: EU Reference Scenario 2016: Energy, Transport and GHG Emissions – Trends to 2050 (Ix-Xenarju ta’ Riferiment tal-UE fl-2016: Enerġija, Trasport u Emissjonijiet ta’ gass serra - Ix-Xejriet sal-2050).

(32)

   Id-Direttiva (UE) 2015/719

(33)

   COM(2017) 3525

(34)

    http://ec.europa.eu/environment/life/funding/life2017/index.htm  

(35)

   F’Novembru 2017, il-Kummissjoni se tniedi Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa, b’fokus speċjali fuq il-bliet u fuq eżempji konkreti ta’ żvilupp b’suċċess u l-użu ta’ sistemi ta’ mobilità nodfa u effiċjenti.

(36)

   Id-Direttiva 2010/40/UE

(37)

   COM(2017) 275 u COM(2017) 276

(38)

   Id-Direttiva 2009/33/KE

(39)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(40)

    https://ec.europa.eu/futurium/en/node/1829  

(41)

   B’mod partikolari s-Sħubiji għall-Mobilità Urbana u l-Kwalità tal-Arja se jipprovdu soluzzjonijiet konkreti li jibnu fuq l-aħjar prattiki madwar l-Ewropa.

(42)

      http://civitas.eu/.  Ara wkoll l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(43)

   COM(2017) 281, COM(2017) 282

(44)

   Normalment definit bħala t-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri bejn żewġ postijiet fl-istess pajjiż minn operatur tat-trasport minn pajjiż ieħor.

(45)

   SWD(2017) 194 u SW(2017) 195

(46)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009

(47)

   COM(2017) 278

(48)

   Id-Direttiva 96/71/KE (reviżjoni proposta qed tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).

(49)

   COM(2017) 3815

(50)

   COM(2017) 280

(51)

   COM(2016) 381

(52)

   COM(2016) 381

(53)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(54)

   Ir-Regolament (KE) 661/2009. Fil-livell internazzjonali, l-adozzjoni ta’ Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU dwar is-Sikurezza tal-Vetturi Elettriċi, previsti għal Novembru 2017 se jippromwovu qafas regolatorju uniformi f’pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea u l-Istati Uniti.

(55)

   Id-Direttiva 2004/54/KE

(56)

   COM(2016) 588

(57)

   GEAR 2030 huwa Grupp ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni, inkarigat biex jiżviluppa rakkomandazzjonijiet dwar il-qafas regolatorju futur tas-settur tal-karozzi. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 6943  tad-19 ta' Ottubru 2015.

(58)

    https://circabc.europa.eu/w/browse/6b12fa47-6d95-498d-b68d-d29581b32179

(59)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(60)

   COM(2017) 228. Ara wkoll l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(61)

   COM(2016) 766

(62)

    https://www.c-roads.eu/platform.html . ara wkoll l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(63)

   COM(2017) 177

(64)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106

(65)

   COM(2015) 2259

(66)

    STRIA Roadmap 7 - CAT.docx - Il-Kummissjoni Ewropea - Europa.eu

(67)

    https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-1550125_en

(68)

    https://ec.europa.eu/commission/priorities/jobs-growth-and-investment/investment-plan_mt . Għal eżempji konkreti ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(69)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(70)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(71)

    http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/how/strategic-report/esif_annual_summary_2016_en.pdf

(72)

   Punt uniku ta’ kuntatt għal Bliet: https://ec.europa.eu/info/eu-regional-and-urban-development/cities  

(73)

   Ara l-SWD(2017) 223 u l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(74)

    http://www.egvi.eu/  

(75)

    http://www.fch.europa.eu/  

(76)

   COM(2017) 223

(77)

   Bħalma huma l-Accelerating Clean Energy Innovation Initiative (It-Tisħiħ tal-Inizjattiva tal-Enerġija Nadifa u l-Innovazzjoni) (COM(2016) 763 final) u l-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET) (C(2015)6317)

(78)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(79)

   Id-diskors tal-President Juncker lill-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Novembru 2014.

(80)

   COM(2017) 177

(81)

   COM(2016) 765

(82)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(83)

   Ara l-SWD(2017) 177 għal aktar dettalji.

(84)

   COM(2016) 763

(85)

   COM(2015) 6317