16.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/190


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ eżenzjonijiet fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, fir-rigward ta’ miżuri tal-Unjoni fl-interess pubbliku”

(COM(2021) 181 final — 2021/0097 (CNS))

(2021/C 286/31)

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 16.4.2021

Bażi legali

Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fil-plenarja

27.4.2021

Sessjoni plenarja Nru

560

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

220/0/7

Peress li l-Kumitat ħabbar li jappoġġja r-regoli tat-tassazzjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19 fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE biex tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li jiġu posposti ċerti limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020) 197 final — 2020/0081 (CNS)); dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f’dak li jirrigwarda d-dati tattraspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020) 198 final — 2020/0082 (CNS)) u dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2454 f’dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020) 201 final — 2020/0084 (CNS)) (1), adottata fl-10 ta’ Ġunju 2020 u din l-emenda għad-Direttiva 2006/112/KE (2) ma tinkludix kontenut ieħor li l-KESE jista’ jikkumenta fuqu, iddeċieda, matul il-560 sessjoni plenarja tiegħu tas-27 u t-28 ta’ April 2021 (seduta tas-27 ta’ April 2021), b’220 vot favur u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi hawn fuq.

Brussell, is-27 ta’ April 2021.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 311, 18.9.2020, p. 76.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.