Brussell, 20.7.2021

SWD(2021) 703 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt









Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt



Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 704 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 715 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 720 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 723 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 726 final} - {SWD(2021) 727 final}


Astratt

Ir-riformi fil-Bulgarija f’oqsma li jinkludu l-ġustizzja u l-korruzzjoni l-ewwel ġew segwiti mill-Kummissjoni permezz tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (CVM, Cooperation and Verification Mechanism) u bħalissa qed jiġu segwiti permezz tal-Mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt. Bi tweġiba għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, l-awtoritajiet Bulgari adottaw Pjan ta’ Azzjoni apposta li jkopri l-kwistjonijiet fl-erba’ pilastri kollha.

Ir-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija kienet proċess gradwali b’implikazzjonijiet importanti għall-indipendenza ġudizzjarja u għall-fiduċja pubblika, iżda għad hemm xi sfidi. Daħlet fis-seħħ liġi ġdida dwar il-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu/tagħha. Sadanittant, din l-istess liġi ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, li ddikjaratha antikostituzzjonali u għaldaqstant il-kwistjoni ta’ obbligu ta’ rendikont u tar-responsabbiltà kriminali tal-Prosekutur Ġenerali għadha problema. Għad hemm ukoll tħassib relatat mal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Riforma dwar din il-kwistjoni kienet ġiet proposta fl-abbozz tal-Kostituzzjoni l-ġdida iżda fl-aħħar mill-aħħar din ma ġietx adottata. L-Ispettur Ġenerali u l-Ispetturi tal-Ispettorat tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura qed ikomplu bil-ħidma tagħhom minkejja li l-mandat tagħhom intemm f’April 2020. Ir-reġim ta’ promozzjoni fi ħdan il-ġudikatura jqajjem tħassib peress li l-ħatriet ta’ mħallfin f’pożizzjonijiet ogħla ma twettqux skont il-proċedura ordinarja ta’ kompetizzjoni miftuħa. Minkejja l-isforzi leġiżlattivi, id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja għadha lura fil-prattika. L-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja amministrattiva qed turi progress sinifikanti.

Ġiet ikkonsolidata l-implimentazzjoni tar-riformi istituzzjonali kontra l-korruzzjoni. L-istrateġija l-ġdida kontra l-korruzzjoni għall-perjodu 2021-2027 ġiet approvata, b’ġabra ġdida ta’ prijoritajiet, fosthom, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni; żieda fl-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet lokali; u l-ħolqien ta’ ambjent kontra l-korruzzjoni li kapaċi jirreaġixxi fil-ħin. Għad fadal sfidi sinifikanti rigward l-effettività tal-miżuri relatati mal-integrità tal-amministrazzjoni pubblika, il-lobbying u l-protezzjoni tal-informaturi, fejn ma teżisti l-ebda regolamentazzjoni apposta. Minkejja ż-żieda fl-attività investigattiva u t-tisħiħ tar-riżorsi, il-kundanni finali għal każijiet ta’ korruzzjoni ta’ profil għoli għadhom baxxi u għad irid jiġi stabbilit rekord solidu ta’ kundanni finali f’dan ir-rigward.

Fir-rigward tal-pluraliżmu tal-media, il-qafas ġuridiku Bulgaru huwa bbażat fuq ġabra ta’ salvagwardji kostituzzjonali u ta’ miżuri leġiżlattivi. Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida biex tiġi trasposta d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, li għandha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-media, il-Kunsill għall-Media Elettronika. In-nuqqas ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media għadha sors ta’ tħassib. L-ambjent tax-xogħol u s-sikurezza tal-ġurnalisti ma jidhrux li tjiebu. Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat il-pluralità tal-media u l-protezzjoni tal-ġurnalisti f’termini ekonomiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġurnaliżmu reġjonali, iżda ma ġiet stabbilita l-ebda miżura ta’ appoġġ speċifika.

Rigward il-kontrokontrolli, l-użu limitat tal-valutazzjoni tal-impatt u ta’ konsultazzjoni pubblika fil-proċess leġiżlattiv għadu ta’ tħassib, speċjalment għall-abbozzi tal-liġijiet proposti mill-Parlament. Għad hemm ukoll tħassib simili dwar il-prattika li jiġu introdotti bidliet importanti permezz ta’ emendi f’atti legali oħra mhux relatati, li jduru mar-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni pubblika u ta’ valutazzjoni tal-impatt. L-istat ta’ emerġenza relatat mal-pandemija tal-COVID-19 għadu fis-seħħ. Ir-riżorsi tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem żdiedu. L-abbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament barrani għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi ġie abbandunat, iżda l-ispazju ċiviku fil-pajjiż għadu limitat.

Il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (CVM) ġie stabbilit bl-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fl-2007 bħala miżura tranżitorja li tiffaċilita l-isforzi kontinwi tal-Bulgarija biex tirriforma l-ġudikatura tagħha u biex tintensifika l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata 1 . F’konformità mad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-mekkaniżmu u kif enfasizzat mill-Kunsill, is-CVM jintemm meta l-parametri referenzjarji kollha li japplikaw għall-Bulgarija jintlaħqu b’mod sodisfaċenti 2 . L-aħħar rapport tas-CVM tal-Kummissjoni, li ġie adottat f’Ottubru 2019, irreġistra li l-Bulgarija kienet għamlet għadd ta’ impenji ulterjuri u kkonkluda li l-progress li sar bis-saħħa tas-CVM kien biżżejjed biex jissodisfa l-impenji li l-Bulgarija ħadet fiż-żmien tal-adeżjoni tagħha mal-UE. Kif enfasizzat il-Kummissjoni wkoll, jenħtieġ li l-Bulgarija tkompli taħdem b’mod konsistenti biex tittrasforma l-impenji speċifikati fir-rapport f’leġiżlazzjoni konkreta u f’implimentazzjoni kontinwa. Kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tmiem tas-CVM se tqis debitament il-pożizzjoni espressa mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew 3 .

I.Is-Sistema Ġudizzjarja

Is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Bulgarija 4 tinkludi l-għadd totali ta’ 182 qorti li huma ordinarji u speċjalizzati. Bħala regola ġenerali, il-qrati ordinarji jisimgħu kawżi fi tliet istanzi, u s-sistema ta’ dawn il-qrati tinkorpora fiha 113-il qorti distrettwali, 28 qorti reġjonali u ħames qrati tal-appell. Il-qrati speċjalizzati jinkludu l-qrati militari, kriminali u amministrattivi. Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-qorti tal-aħħar istanza f’kawżi li jinstemgħu minn qrati ordinarji, militari u kriminali speċjalizzati, filwaqt li għall-kawżi amministrattivi, il-Qorti Amministrattiva Suprema hija l-qorti tal-aħħar istanza. Il-ġudikatura tinkludi wkoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur, filwaqt li l-Qorti Kostituzzjonali tal-Bulgarija mhijiex parti minnha 5 . L-Uffiċċju tal-Prosekutur għandu struttura unifikata u huwa ppresedut mill-Prosekutur Ġenerali 6 . Il-Bulgarija hija parteċipi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (“SJC”, Supreme Judicial Council) huwa l-ogħla awtorità amministrattiva fil-ġudikatura Bulgara. Huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-ġudikatura u mill-iżgurar tal-indipendenza tagħha. L-imħallfin, il-prosekuturi u l-investigaturi 7 jinħatru, jiġu promossi, trasferiti u jitneħħew mill-awla rispettiva tagħhom (tal-Imħallfin jew tal-Prosekuturi) tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura 8 . Il-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati huwa korp indipendenti u awtonomu stabbilit bil-liġi 9 .

Indipendenza

Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja pperċepit fil-Bulgarija għadu baxx fost il-pubbliku ġenerali u medju fost il-kumpaniji, u naqas ftit meta mqabbel mal-2020. Mal-31 % biss fost il-pubbliku ġenerali jqisu li dan huwa “pjuttost tajjeb jew tajjeb ħafna”. Il-livell ta’ indipendenza perċepit fost il-kumpaniji jibqa’ medju, bi 43 % jikkunsidrah bħala “pjuttost tajjeb jew tajjeb ħafna” 10 . Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepit baqa’ konsistentement baxx fost il-pubbliku ġenerali matul dawn l-aħħar ħames snin. Fost il-kumpaniji, il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepit sal-2019 kien baxx ħafna, u minn dan iż-żmien baqa’ medju minkejja xi varjazzjonijiet żgħar.

Il-liġi l-ġdida dwar l-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà kriminali tal-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu jew tagħha ġiet iddikjarata bħala mhux kostituzzjonali u għad hemm xi sfidi. In-nuqqas ta’ possibbiltà għal investigazzjoni kriminali effettiva rigward il-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu jew tagħha hija kwistjoni li ilha għaddejja u li tqajmet mhux biss mill-Kummissjoni Ewropea 11 iżda wkoll mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 12 u l-Kunsill tal-Ewropa 13 . It-taħlita tas-setgħat tal-Prosekutur Ġenerali 14 flimkien mal-pożizzjoni tiegħu fil-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura 15 tirriżulta f’influwenza konsiderevoli fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur, potenzjalment fil-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (kemm fil-Kunsill tal-Prosekuzzjoni kif ukoll fil-Plenarja) u fi ħdan il-maġistratura 16 . Fid-29 ta’ Jannar 2021, il-Parlament approva liġi dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza Kolevi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 17 , li tistabbilixxi qafas ġdid għal kwalunkwe investigazzjoni kontra l-Prosekutur Ġenerali u/jew id-deputati tiegħu/tagħha 18 . Il-mekkaniżmu l-ġdid poġġa f’idejn prosekutur speċjali kull investigazzjoni kontra Prosekutur Ġenerali u/jew kontra d-deputati tiegħu/tagħha 19 . Kull rifjut mill-prosekutur speċjali li jiftaħ investigazzjoni jkun miftuħ għal stħarriġ ġudizzjarju 20 quddiem il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-ewwel istanza 21 . Wara xi wħud mis-suġġerimenti magħmula mill-Kunsill tal-Ewropa 22 , il-liġi l-ġdida pprevediet il-ħatra tal-prosekutur speċjali mill-Plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura minflok il-Kamra tal-Prosekuzzjoni tiegħu. Fl-10 ta’ Frar 2021, il-President tar-Repubblika kkontesta l-kostituzzjonalità tal-liġi l-ġdida quddiem il-Qorti Kostituzzjonali 23 . Konsegwentement, il-Plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura ddeċidiet li tissospendi l-proċedura għall-għażla tal-prosekutur speċjali sakemm toħroġ id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali 24 . Fil-11 ta’ Mejju 2021, il-Qorti Kostituzzjonali kkomunikat id-deċiżjoni li biha ddikjarat li d-dispożizzjonijiet ikkontestati mill-President tar-Repubblika huma antikostituzzjonali, u għaldaqstant ikkunsidrat il-mekkaniżmu kollu bħala antikostituzzjonali 25 . Barra minn hekk, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, fit-23 ta’ Frar 2021, l-awtoritajiet Bulgari talbu opinjoni ġdida tal-Kummissjoni ta’ Venezja 26 dwar din il-liġi. Madankollu, minħabba d-deċiżjoni tal-qorti Kostituzzjonali, l-opinjoni mistennija mhux se tinħareġ. Il-Kunsill tal-Ewropa identifika għadd ta’ kwistjonijiet oħra li jikkonċernaw din il-liġi 27 . Dawn jirriżultaw mill-influwenza konsiderevoli msemmija hawn fuq tal-Prosekutur Ġenerali 28 , li tista’ twassal għal kontroll fuq il-kandidaturi għall-prosekutur speċjali 29 u fuq il-ħatra tiegħu 30 . Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa 31 enfasizza l-importanza li titnaqqas l-influwenza tal-Prosekutur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prosekutur, kwalunkwe influwenza potenzjali fl-SJC 32 u fi ħdan il-maġistratura, sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ investigazzjoni effettiv, inkluż billi jiġi estiż l-istħarriġ ġudizzjarju għal kwalunkwe rifjut mill-prosekuzzjoni li tiftaħ investigazzjoni 33 .

In-nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ prosekutur li ma jiftaħx investigazzjoni jqajjem tħassib. Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tenna r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar l-introduzzjoni ta’ stħarriġ ġudizzjarju f’każ li l-prosekutur jirrifjuta li jiftaħ investigazzjoni, flimkien ma’ arranġamenti biex jiġi evitat ammont ta’ xogħol addizzjonali eċċessiv għall-qrati u l-prosekuturi 34 . Din ir-rakkomandazzjoni saret fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ superviżjoni msaħħaħ tal-Kunsill tal-Ewropa xprunat wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tqis l-ineffettività tal-investigazzjonijiet kriminali bħala problema sistemika 35 .

Għad hemm tħassib relatat mal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Is-sitwazzjoni għadha ma nbidlitx fejn l-għadd totali ta’ mħallfin eletti mill-pari tagħhom ma jagħtux maġġoranza 36 . Barra minn hekk, kif spjegat fil-paragrafu preċedenti, il-Prosekutur Ġenerali għad għandu rwol deċiżiv 37 fil-kamra tal-prosekuturi 38 u għandu influwenza sinifikanti fuq il-Plenarja 39 , u potenzjalment anki fuq il-kamra tal-imħallfin 40 , peress li membri onorarji 41 eletti fil-kamra tal-imħallfin mill-Parlament jistgħu ukoll jiġu mill-kariga ta’ prosekutur 42 . Il-prattika tal-votazzjoni 43 turi l-influwenza limitata fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-imħallfin eletti mill-pari fl-SJC u l-influwenza potenzjali tal-Prosekutur Ġenerali fuq l-SJC. Minkejja l-progress li sar permezz ta’ riformi preċedenti 44 , is-sitwazzjoni tal-SJC għadha sors ta’ tħassib għall-Kunsill tal-Ewropa 45 u għal diversi partijiet ikkonċernati 46 . Għalkemm ir-riformi rriżultaw f’kompożizzjoni aktar bilanċjata tal-SJC 47 , l-involviment tal-prosekuturi, u tal-Prosekutur Ġenerali b’mod partikolari, fil-governanza tal-imħallfin qed ikompli jqajjem tħassib 48 . It-tentattiv ta’ emendi fil-Kostituzzjoni li jbiddlu l-kompożizzjoni tal-SJC 49 , imressqa f’Settembru 2020, kienu maħsuba biex jindirizzaw parzjalment dan it-tħassib 50 . L-indirizzar tal-kwistjoni rigward il-kompożizzjoni tal-SJC sar kwistjoni aktar urġenti minħabba li s-sistema fis-seħħ taffettwa l-elezzjonijiet futuri tal-membri tal-SJC, minħabba l-iskadenza imminenti tal-mandati attwali tagħhom, u taffettwa wkoll pożizzjonijiet importanti oħra fil-ġudikatura 51 . Rigward il-funzjonament tal-SJC, żvilupp pożittiv kien l-introduzzjoni ta’ reġistru online tal-pożizzjonijiet meħuda mill-SJC, inklużi mill-Plenarja u miż-żewġ kmamar tiegħu, kontra t-theddida għall-indipendenza ġudizzjarja 52 . Madankollu, ir-reġistru jkopri biss każijiet li fihom l-SJC jew korpi oħra tal-ġudikatura ħadu pożizzjoni u mhux il-każijiet kollha ta’ attakki kontra l-indipendenza ġudizzjarja, li xi partijiet ikkonċernati dan iqisuh bħala insuffiċjenti 53 . Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati indikaw ukoll każijiet fejn xi wħud mill-pożizzjonijiet meħuda mill-SJC huma kkunsidrati li jmorru kontra l-membri tal-ġudikatura nnifisha 54 .

Il-pjan ta’ Azzjoni adottat biex jiġu indirizzati ċerti sfidi espressi fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt ikopri, fost l-oħrajn, ir-riforma ġudizzjarja. Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-Gvern ħareġ Pjan ta’ Azzjoni 55 sabiex ilesti r-riforma dwar l-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà kriminali tal-Prosekutur Ġenerali, biex itejjeb il-funzjonament u l-kompożizzjoni tal-Ispettorat tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura 56 , biex jirrevedi l-kriterji li jippermettu r-remunerazzjoni addizzjonali tal-maġistrati, u biex jindirizza l-isfidi relatati mal-indipendenza ġudizzjarja.

Ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar ir-riforma possibbli fil-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Ispettorat tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Gvern imsemmi qabel, f’Diċembru 2020, il-Ministru tal-Ġustizzja stabbilixxa grupp ta’ ħidma 57 bil-kompitu li jabbozza emendi leġiżlattivi biex jindirizza kwistjonijiet relatati mal-Ispettorat identifikati bħala tħassib fir-rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt 58 u mill-Kummissjoni ta’ Venezja 59 . Fis-sistema attwali, l-Ispettorat jeżamina l-attività tal-ġudikatura, iwettaq kontrolli fuq l-integrità u l-kunflitti ta’ interess potenzjali tal-maġistrati, u jipproponi lill-SJC l-ftuħ ta’ proċedimenti dixxiplinari rigward il-maġistrati. L-Ispettorat jikkonsisti fi Spettur Ġenerali u għaxar Spetturi, li huma indipendenti u eletti mill-Assemblea Nazzjonali 60 . Il-mandat tal-grupp ta’ ħidma jinkludi rieżami tal-kontrolli tal-integrità, ir-responsabbiltà dixxiplinarja tal-maġistrati, il-ħolqien ta’ sistema ta’ prevenzjoni deontoloġika, id-dikjarazzjonijiet 61 tal-proprjetà u tal-interessi kif ukoll il-formalizzazzjoni tal-prattika attwali li tippermetti lill-Parlament li jaħtar lill-Ispettur Ġenerali u lill-Ispetturi minn fost il-persuni nnominati mill-plenarji tal-Qrati Supremi u l-organizzazzjonijiet professjonali 62 . Madankollu, ma hemm l-ebda skeda ta’ żmien speċifika għall-finalizzazzjoni tal-emendi u t-tħassib relatat mal-indipendenza ġudizzjarja u l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq l-imħallfin, imqajma fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt 63 u l-Kummissjoni ta’Venezja 64 . L-Ispettur Ġenerali u l-Ispetturi qed ikomplu jaħdmu abbażi tal-mandat li skada 65 , skont il-prinċipju tal-kontinwità 66 . Ta’ min jinnota li istituzzjonijiet oħra jinsabu wkoll f’din is-sitwazzjoni: ħames awtoritajiet indipendenti u superviżorji oħra joperaw abbażi ta’ mandat li skada 67 . F’każijiet oħra, il-bidliet fir-regoli tal-elezzjoni u l-mandat ippermettew awtomatikament li ssir mill-ġdid l-elezzjoni tad-diretturi attwali tagħhom 68 .

Is-sistema ta’ promozzjoni tal-maġistrati għadha tqajjem tħassib. Il-maġistrati normalment jiġu promossi wara li jgħaddu minn kompetizzjoni 69 . Madankollu, fil-prattika, minn tliet snin ’l hawn, l-ebda proċedura ta’ kompetizzjoni għall-promozzjoni tal-imħallfin ma tlestiet 70 . Minbarra l-proċess normali ta’ promozzjoni permezz ta’ kompetizzjoni, hemm il-promozzjoni ta’ membri onorarji tal-SJC fi tmiem il-mandat tagħhom. Il-plenarja tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni kkontestat il-kostituzzjonalità tal-liġi l-ġdida quddiem il-Qorti Kostituzzjonali 71 meta kkunsidrat li dan kien każ ta’ promozzjoni awtomatika. Fil-11 ta’ Mejju 2021, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-liġi li tipprevedi l-promozzjoni ta’ membri onorarji fl-SJC fi tmiem il-mandat tagħhom hija kostituzzjonali minħabba li l-SJC għadu involut fid-deċiżjoni 72 . Il-partijiet ikkonċernati kkritikaw in-nuqqas ta’ kompetizzjonijiet regolari għall-promozzjoni u l-mekkaniżmu ta’ promozzjoni tal-membri tal-SJC 73 . In-nuqqas ta’ kompetizzjonijiet regolari rriżulta f’għadd dejjem jikber ta’ membri ssekondati. B’mod partikolari, il-partijiet ikkonċernati rrappurtaw li sa mill-2017, l-għadd ta’ mħallfin issekondati kien qed jiżdied 74 kif ukoll l-għadd ta’ membri ssekondati fit-tul (bil-kunsens) 75 , xi drabi għal 90-100 xahar jew aktar 76 , sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet ta’ livell ogħla 77 . L-istandards Ewropej jenfasizzaw il-promozzjoni bbażata fuq il-mertu 78 , u l-issekondar iseħħ bil-kunsens u fuq bażi temporanja, użat biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali 79 . Is-sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm promozzjonijiet regolari bbażati fuq il-mertu tista’ taffettwa l-indipendenza ġudizzjarja. Tqajjem ukoll tħassib 80 fil-kuntest tar-riforma prevista tal-mappa ġudizzjarja fejn l-imħallfin mill-qrati distrettwali, li jsiru parti mill-qrati reġjonali, jiġu promossi awtomatikament għal pożizzjoni ogħla 81 . Peress li d-diskussjonijiet jinsabu fi stadju bikri hemm lok għal konsultazzjoni wiesgħa dwar ir-riforma tal-mappa ġudizzjarja 82 . Barra minn hekk, huwa importanti li kwalunkwe riforma tal-mappa ġudizzjarja tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni bir-reqqa tal-effetti probabbli tagħha, u tippreserva l-indipendenza ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja 83 .

L-SJC qed jimmodifika l-kriterji biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-remunerazzjoni addizzjonali. Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Kunsill tal-Ewropa rigward is-setgħat diskrezzjonali wiesgħa tal-Presidenti tal-Qrati biex tiġi allokata remunerazzjoni addizzjonali lill-maġistrati, ġew stabbiliti żewġ gruppi ta’ ħidma  84 . L-abbozz tar-regoli tħejja f’Marzu 2020, madankollu, ma ġiex diskuss fil-plenarja tal-SJC u ma sarx pubbliku 85 . Għalhekk għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat jekk it-tħassib identifikat ġiex indirizzat fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa importanti li kwalunkwe emenda tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet 86 .

Tneħħa r-reġistru online dwar is-sħubija tal-maġistrati f’organizzazzjonijiet professjonali. Ir-rekwiżit li l-maġistrati jiddikjaraw is-sħubija tagħhom f’organizzazzjonijiet professjonali 87 ġie rrevokat fl-2020. Fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-bażi tad-data online tal-maġistrati li jipparteċipaw f’assoċjazzjonijiet professjonali kienet għadha disponibbli fuq is-sit web tal-SJC. Sadanittant, l-awtoritajiet indirizzaw dan it-tħassib u, mill-14 ta’ Jannar 2021, ir-reġistru ma għadux disponibbli online.

Kwalità

It-tariffi tal-qorti tnaqqsu għal pretensjonijiet introdotti online. L-emendi fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili pprevedew it-tnaqqis ta’ 15 fil-mija tat-tariffa dovuta meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni u l-assistenza tkun saret b’mod elettroniku. Madankollu, il-miżura għadha limitata wisq biex tnaqqas b’mod sostanzjali t-tariffi tal-qorti biex jinbeda proċediment 88 minħabba li tikkonċerna biss fajls ippreżentati elettronikament u mhux il-każijiet kollha. Barra minn hekk, din il-miżura ma tikkonċernax il-limitu għall-għajnuna legali 89 , u lanqas ma teżenta lill-benefiċjarji tal-għajnuna legali mill-miżati tal-qorti 90 . L-impatt tar-riforma huwa wkoll ipperikolat min-nuqqas ta’ diġitalizzazzjoni 91 . Barra minn hekk, il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa qajjem tħassib speċifiku dwar l-aċċess limitat għall-ġustizzja għan-nisa 92 .

Ġew introdotti emendi li jippermettu l-użu tal-vidjokonferenzi fi proċedimenti ċivili, amministrattivi u kriminali. Fis-17 ta’ Diċembru 2020, ġew adottati emendi fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva u l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Dawn jippermettu l-użu ta’ vidjokonferenzi fi proċedimenti ċivili u amministrattivi, u fi proċedimenti kriminali għall-ġbir ta’ evidenza. Madankollu, fil-prattika jidher li s-sistema għadha mhix implimentata 93 . Tħabbar aktar titjib permezz ta’ żewġ proġetti fil-kuntest tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Bulgarija 94 . Minkejja dawn ir-riformi u l-pjanijiet, bħalissa mhuwiex possibbli għall-persunal tal-qorti u l-imħallfin li jaħdmu b’mod sikur mill-bogħod 95 , u l-komunikazzjoni elettronika sigura hija disponibbli biss għall-komunikazzjoni bejn il-qrati iżda mhux bejn professjonisti legali oħra 96 . Filwaqt li huwa possibbli taċċessa l-fajls elettroniċi għal każijiet pendenti u magħluqa u li tirċievi informazzjoni online dwar it-tariffi tal-qorti, għadu mhux possibbli tibda proċedimenti online, tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna legali online u d-dokumenti uffiċjali tal-qorti ma jistgħux jiġu nnotifikati elettronikament 97 . Il-proġett iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (2016-2020) “L-iżvilupp ta’ Mudell għall-Ottimizzazzjoni tal-Mappa Ġudizzjarja tal-Qrati u tal-Uffiċċji tal-Prosekutur Bulgari u ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Unifikata għall-Qrati”  98 , ikopri b’kollox seba’ attivitajiet, inklużi tnejn speċifikament marbuta mad-diġitalizzazzjoni u mal-e-Ġustizzja 99 . Tqajjem tħassib dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Unifikata tal-Qorti (UCIS, Unified Court Information System) fin-nuqqas ta’ proċess sħiħ ta’ diġitalizzazzjoni 100 . Il-pandemija tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher in-nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja. Matul l-istat ta’ emerġenza 101 , għal xahar l-ipproċessar tal-kawżi tal-qorti ġie sospiż, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet urġenti 102 . Ladarba l-istat ta’ emerġenza ġie ddikjarat mill-Kunsill tal-Ministri fit-13 ta’ Marzu 2020, il-Kulleġġ tal-Imħallfin tal-SJC organizza b’mod ġdid il-ħidma fil-qrati biex jiġi limitat il-kontaġju. Madankollu, saru seduti ta’ smigħ mill-bogħod f’każijiet limitati ħafna fuq l-inizjattiva ta’ qrati speċifiċi, u x-xogħol mill-bogħod kien eċċezzjoni 103 .

Ir-riżorsi finanzjarji u umani tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata żdiedu. Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-ewwel istanza, li kienet qed tesperjenza kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ riżorsi umani jew finanzjarji, ġiet allokata żewġ pożizzjonijiet addizzjonali għall-imħallfin 104 . Dan huwa żvilupp pożittiv li indirizza tħassib li tqajjem fil-kapitolu tal-pajjiż fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt tal-Bulgarija. L-investiment irrappurtat li sar mill-Gvern fis-sistema ġudizzjarja matul dawn l-aħħar snin kien qed jiżdied 105 .

Leġiżlazzjoni ġdida emendat ir-reġim applikabbli għad-ditti legali. Fi Frar 2021, ġew introdotti emendi fl-Att dwar l-Avukatura, li jagħmluha possibbli li jitwaqqfu kumpaniji ta’ avukat bi proprjetarju uniku, u neħħew il-projbizzjoni li l-avukati jservu bħala maniġers u diretturi eżekuttivi ta’ kumpaniji kummerċjali 106 . Dawn l-emendi joħolqu l-opportunità għat-twaqqif ta’ aktar ditti legali, li min-naħa tagħhom iżidu l-kompetizzjoni bejn l-avukati u jistgħu jippermettu aċċess akbar għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja.

Effiċjenza

L-effiċjenza tal-ġustizzja amministrattiva qed tkompli titjieb. Il-prestazzjoni tal-qrati amministrattivi fir-rigward tat-tul tal-proċedimenti hija fost l-aktar effiċjenti fl-UE 107 . Madankollu, in-nuqqas ta’ data għall-effiċjenza ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi (qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza) ma jippermettix evalwazzjoni xierqa tal-effiċjenza ġenerali tas-sistema ġudizzjarja 108 . Fir-rigward tat-tul tal-proċedimenti fil-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, il-Bulgarija għad għandha prestazzjoni tajba meta mqabbla mal-Istati Membri l-oħrajn 109 . Barra minn hekk, fir-rigward tal-effiċjenza f’oqsma speċifiċi tal-liġi tal-UE, il-proċedimenti jiġu riżolti malajr fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u l-protezzjoni tal-konsumatur 110 .

II.Il-Qafas kontra l-korruzzjoni

Wara r-riforma komprensiva tal-2017 u l-2018, il-Bulgarija stabbiliet il-Kummissjoni għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Konfiska tal-Assi Illegali (minn issa ’l quddiem il-Kummissjoni ta’ kontra l-Korruzzjoni). Din il-Kummissjoni hija prinċipalment responsabbli kemm għall-azzjonijiet preventivi kif ukoll għal dawk repressivi rigward il-korruzzjoni ta’ profil għoli, għaż-żamma u l-ġestjoni tar-reġistru pubbliku tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, għall-monitoraġġ u l-għoti ta’ pariri dwar kwistjonijiet relatati mal-kunflitt ta’ interessi kif ukoll għall-konfiska ta’ assi akkwistati illegalment. Twettaq ukoll valutazzjonijiet tar-riskju ta’ korruzzjoni f’livell istituzzjonali sabiex tiżviluppa pjanijiet ta’ azzjoni mfassla apposta għall-integrità tal-istituzzjonijiet. Wara din il-valutazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija lill-istituzzjonijiet pubbliċi huma vinkolanti u l-azzjonijiet ta’ segwitu għandhom jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni. Il-kompetenza għall-każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għoljin ġiet ittrasferita lill-Qorti Kriminali Speċjalizzata filwaqt li l-investigazzjoni ta’ dawn il-każijiet titwettaq taħt is-superviżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat.

Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku għadu għoli. Fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni għall-2020 (il-Corruption Perceptions Index) ta’ Transparency International, il-Bulgarija ġabet 44/100 u tinsab fid-19-il pożizzjoni fl-Unjoni Ewropea u fis-69 pożizzjoni fid-dinja 111 . Din il-perċezzjoni kienet relattivament stabbli 112 matul l-aħħar ħames snin 113 .

Il-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni kompliet tissimplifika l-istruttura organizzattiva tagħha. Hija rrazzjonalizzat ir-riżorsi finanzjarji, li żdiedu fil-bidu tal-2021 114 . Hija kompliet ukoll iżżid il-persunal tagħha, inkluż permezz ta’ reklutaġġi ġodda ta’ spetturi fid-direttorat responsabbli mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Fl-2020, il-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni kkonfiskat EUR 6,2 miljun 115 ta’ proprjetajiet akkwistati illegalment, filwaqt li 30 individwu ġew sanzjonati għall-kunflitt ta’ interess. Meta mqabbel mal-2019, kien hemm tnaqqis (ta’ madwar 20 %) fl-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa kif ukoll fir-rapporti li waslu dwar l-allegat ksur relatat mal-korruzzjoni 116 .

L-istrateġija l-ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021-2027 ġiet adottata f’Marzu 2021. Abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-istrateġija preċedenti, ġew stabbiliti prijoritajiet ġodda fir-rigward tas-setturi b’riskju għoli, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; żieda fl-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet lokali; u l-ħolqien ta’ ambjent kontra l-korruzzjoni li kapaċi jirreaġixxi fil-ħin. L-istrateġija fiha wkoll lista ta’ għanijiet rilevanti, indikaturi tal-prestazzjoni, u entitajiet ta’ implimentazzjoni responsabbli 117 .

Il-pjan ta’ Azzjoni adottat f’Novembru 2020 biex jiġu indirizzati ċerti sfidi indikati fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt ikopri ukoll kwistjonijiet relatati mal-korruzzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan li jtejjeb l-investigazzjonijiet u jkompli jsaħħaħ l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni. Barra minn hekk, kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni, għadu qed jiġi analizzat kif tista’ titjieb l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet u tal-proċessi. Fit-30 ta’ Marzu 2021, grupp ta’ ħidma ngħata l-kompitu li jirrakkomanda bidliet fil-Kodiċi Kriminali sabiex titjieb l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet u l-proċessi 118 .

Minkejja żieda fl-attività investigattiva, ir-riżultati f’kundanni finali ta’ korruzzjoni f’livell għoli għadhom baxxi mingħajr rekord solidu ta’ kundanni finali. Fl-2020, inħarġu 33 deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni dwar każijiet ta’ korruzzjoni ġenerali. F’19-il każ id-deċiżjonijiet ġew ikkonfermati, fi 8 każijiet l-atti tal-qorti tal-appell ġew revokati u mgħoddija lura biex jerġgħu jitqiesu, f’erba’ każijiet id-deċiżjonijiet tal-istanza tal-appell ġew emendati u fi tnejn minnhom il-proċedimenti kriminali reġgħu bdew 119 . Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-OLAF irrakkomanda li jiġu rkuprati kważi EUR 6 miljun wara l-allegat abbuż ta’ poter f’ministeru Bulgaru 120 . Fl-aħħar nett, għad irid jiġi stabbilit rekord sod ta’ kundanni finali f’każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli 121 .

Hemm evidenza limitata dwar l-effettività tal-miżuri relatati mal-integrità tal-amministrazzjoni pubblika. L-infurzar tal-kodiċi ta’ kondotta tal-impjegati taċ-ċivil 122 huwa taħt ir-responsabbiltà tal-kummissjonijiet dixxiplinarji istituzzjonali fi ħdan kull servizz pubbliku. L-iżvilupp ta’ standards etiċi ta’ kondotta ta’ uffiċjali għolja (inklużi ministri u sindki), sistemi għall-verifika tal-integrità u għall-assistenza fl-implimentazzjoni tagħhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni 123 . Id-dispożizzjonijiet etiċi għall-membri tal-Parlament huma stabbiliti fir-regoli ta’ organizzazzjoni u ta’ proċedura tal-Assemblea Nazzjonali 124 , li l-implimentazzjoni tagħha hija r-responsabbiltà ta’ kumitat tal-Assemblea Nazzjonali. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet legali huma fis-seħħ, ma hemm l-ebda evidenza fattwali tal-implimentazzjoni jew tal-effettività tagħhom 125 . Fir-rigward tal-membri tal-ġudikatura, la hemm evidenza li qed jiġi pprovdut taħriġ kontra l-korruzzjoni u lanqas li ġie stabbilit kumitat konsultattiv għal kwistjonijiet relatati mal-etika. Fir-rigward tal-forza tal-pulizija, mill-2021, l-ispettorat tal-Ministeru tal-Intern qed juża sistema ġdida għar-reġistrazzjoni bil-vidjo ta’ azzjonijiet minn uffiċjali tas-sigurtà u waqt pattulji fit-triq 126 . Intużat evidenza dwar il-ksur tar-regoli tal-integrità, inkluża korruzzjoni, miġbura permezz ta’ strument għar-reġistrazzjoni bil-vidjo, biex jiġu ddixxiplinati, sanzjonati jew ikkundannati uffiċjali tal-pulizija minn dipartimenti differenti 127 .

Hemm fis-seħħ sistema ta’ verifika għad-dikjarazzjoni tal-assi u l-kunflitti ta’ interess. Fl-2020, il-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni wettqet 21,587 verifika ta’ dikjarazzjonijiet ta’ proprjetà u ta’ interessi ta’ persuni li kellhom pożizzjonijiet pubbliċi għolja (meta mqabbla ma’ 9,900 verifika mwettqa fl-2019), inklużi dawk ta’ persuni li pparteċipaw fl-elezzjonijiet lokali 128 . Id-dikjarazzjonijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-Reġistru tad-Detenturi ta’ Karigi Pubbliċi Għoljin fuq il-paġna web tal-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni. Miżuri ta’ kunflitt ta’ interess u inkompatibbiltà għall-impjegati taċ-ċivil (applikabbli għall-impjegati tal-amministrazzjoni tal-gvern ċentrali u lokali) huma definiti fl-Att dwar l-Impjegati taċ-Ċivil, il-Kodiċi tax-Xogħol, l-Att tal-Ministeru tal-Intern, l-Att dwar l-Aġenzija tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, l-Att dwar id-Dwana u liġijiet organiċi oħra 129 .

Il-lobbying għad ma għandux regolamentazzjoni speċifika. Għalkemm ir-regolmentazzjoni tal-lobbying hija parti mill-pjan ta’ azzjoni nazzjonali bħala rispons għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt 130 , għad iridu jittieħdu passi konkreti. 

Ma hemmx liġi speċifika dwar il-protezzjoni għall-informaturi . Madankollu, il-leġiżlazzjoni kriminali eżistenti 131 , applikabbli għax-xhieda, tipprovdi protezzjoni mutatis mutandis lill-individwi li jirrapportaw każijiet ta’ reati, inkluża l-korruzzjoni. Ilmenti anonimi la huma permessi u lanqas protetti, u għalhekk il-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni ma tistax tuża l-informazzjoni li tirċievi minn individwi jew minn sorsi mhux magħrufin.

L-awtoritajiet ħadu xi miżuri biex jiġġieldu kontra r-riskji ta’ korruzzjoni relatati mal-miżuri tal-pandemija tal-COVID-19. Dawn il-miżuri jkopru setturi b’riskju għoli ta’ korruzzjoni, bħall-kura tas-saħħa u l-akkwist pubbliku. Intużaw proċeduri ta’ akkwist pubbliku urġenti, b’użu sinifikanti ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni u bi proċeduri simplifikati (jiġifieri ma’ bejjiegħ uniku jew bejjiegħ li la għandu esperjenza ppruvata qabel u lanqas il-kapaċità korporattiva għall-kuntratt speċifiku). Bħala parti mill-approċċ politiku tal-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, ir-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Intern 132 , il-Ministeru tas-Saħħa u l-awtoritajiet tal-kontroll jiltaqgħu perjodikament biex jiskambjaw informazzjoni operazzjonali u jiddeċiedu dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu, inkluż il-ġlieda kontra r-riskju tal-korruzzjoni. Ġiet stabbilita unità separata fid-Direttorat Ġenerali tal-Ministeru tal-Intern għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fil-kura tas-saħħa 133

III.Il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media

Il-qafas legali Bulgaru 134 huwa bbażat fuq ġabra ta’ salvagwardji kostituzzjonali u miżuri leġiżlattivi, bħall-Att dwar ir-Radju u t-Televiżjoni 135 . L-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika jirregola l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku. Ir-regolatur tal-media, il-Kunsill għall-Media Elettronika (CEM, Council for Electronic Media), huwa stabbilit mill-Att dwar ir-Radju u t-Televiżjoni u jiffunzjona f’konformità miegħu.

Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida biex issaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-media – is-CEM – u ttieħdu passi biex jiżdiedu r-riżorsi tiegħu. F’Diċembru 2020, l-Assemblea Nazzjonali adottat l-Att 136 li jemenda l-Att dwar ir-Radju u t-Televiżjoni, biex tiġi trasposta d-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD, Audiovisual media Services Directive). Dan se jsaħħaħ l-indipendenza tas-CEM, b’mod partikolari billi jiżgura li dan isegwi l-interess pubbliku, u jieħu azzjonijiet għall-protezzjoni tal-libertà u tal-pluraliżmu tal-kelma u tal-informazzjoni, kif ukoll għall-indipendenza tal-fornituri tas-servizzi tal-media. Iż-żieda ta’ EUR 574 867 (BGN 1,12 miljun) għall-baġit tas-CEM, prevista fil-Baġit tal-Istat tal-2021, għandha l-għan li tindirizza t-tħassib imqajjem fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt rigward in-nuqqas ta’ riżorsi meħtieġa tas-CEM biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv 137 . Għalkemm dan huwa żvilupp pożittiv, dan l-aħħar f’Marzu u April 2021 il-Gvern naqqas il-baġit għar-regolatur 138 . Barra minn hekk, wieħed għad irid jara jekk iż-żieda ppjanata fil-baġit hijiex se tkun adegwata fid-dawl tal-kompiti addizzjonali marbuta mal-implimentazzjoni tal-AVMSD riveduta 139 .

In-nuqqas ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media għadha sors ta’ tħassib. Minkejja l-aġġornamenti regolari, fir-reġistru pubbliku tas-CEM, rigward is-servizzi tal-media lineari u mhux lineari msemmijin fir-rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, id-data dwar is-sjieda tal-media għadha ma ġietx żvelata lill-pubbliku. Xi partijiet ikkonċernati qajmu t-tħassib li l-kwistjoni tat-trasparenza tal-media tista’ tiġi aggravata mill-konċentrazzjoni sinifikanti fil-media tal-aħbarijiet li seħħet fl-2020 140 .

In-nuqqas ta’ salvagwardji regolatorji għall-allokazzjoni ġusta u trasparenti tar-reklamar 141 tal-Istat ikompli jqajjem tħassib. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw li t-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lil strumenti tal-media tibqa’ problematika 142 .

L-indħil politiku fil-media għadu kwistjoni urġenti. In-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tipprevjeni lill-politiċi u lill-partiti milli jkollhom mezzi tax-xandir jidher li huwa fattur importanti, u fis-setturi tat-televiżjoni u tal-gazzetti ġie rreġistrat bħala riskju ogħla f’dan ir-rigward 143 . L-awtoritajiet ippreżentaw Pjan ta’ Azzjoni li jinkludi din il-kwistjoni bħala waħda mill-prijoritajiet fil-Programm ta’ Żvilupp Nazzjonali tal-Bulgarija tal-2030 144 . Madankollu, l-ebda miżura konkreta għadha ma ġiet speċifikata.

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat b’mod negattiv il-pluraliżmu tal-media u ma ġiet stabbilita l-ebda miżura li tappoġġa direttament lis-settur tal-media. Il-pandemija affettwat il-pluraliżmu tal-midja u l-protezzjoni tal-ġurnalisti, prinċipalment f’termini ekonomiċi, minħabba tnaqqis fis-salarji u dewmien fil-pagamenti, b’impatt serju fuq il-ġurnaliżmu reġjonali, kif enfasizzat mill-partijiet ikkonċernati 145 . Huwa rrappurtat li xi media iżgħar u reġjonali fallew bħala konsegwenza tal-pandemija 146 .

L-ambjent tax-xogħol u s-sikurezza tal-ġurnalisti qed ikomplu jikkawżaw tħassib 147 . L-aċċess għall-informazzjoni pubblika għadu diffiċli u l-ġurnalisti għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjoni politika u mal-awtoċensura 148 . Sitt allerti ġodda dwar l-attakki u l-fastidju tal-ġurnalisti ġew irreġistrati fuq il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti 149 mill-aħħar rapport. Dan jinkludi twissija li tirrigwarda l-każ ta’ ġurnalista li allegatament ġie msawwat mill-pulizija u arrestat għal 24 siegħa, li l-uffiċċju tal-Prosekutur irrifjuta li jinvestiga. L-allerti l-oħra jirrigwardaw l-attakki u l-fastidju fuq il-ġurnalisti u fuq atturi oħra tal-media, kif ukoll il-kawżi abbużivi. Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għas-sospensjoni tal-ħidma fuq il-pjan direzzjonali, mibgħut f’Marzu 2020 lill-awtoritajiet Bulgari mir-Reporters mingħajr fruntieri, biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-libertà tal-istampa fil-Bulgarija, inklużi aspetti bħas-sikurezza tal-ġurnalisti, l-aċċess għall-informazzjoni, l-allokazzjoni tar-reklamar tal-Istat u l-finanzjament tal-media 150 .

IV.Kwistjonijiet istituzzjonali oħrajn relatati mas-sistema ta’ kontrokontrolli

Il-Bulgarija hija repubblika demokratika rappreżentattiva bi President elett direttament, Assemblea Nazzjonali unikamerali u Qorti Kostituzzjonali responsabbli mir-rieżami kostituzzjonali tal-liġijiet. L-Assemblea Nazzjonali għandha s-setgħa finali li tieħu deċiżjonijiet meta tadotta l-liġijiet 151 . Il-Bulgarija għandha żewġ istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem. L-ewwel, l-Ombudsperson huwa korp kostituzzjonali indipendenti, elett mill-Assemblea Nazzjonali u inkarigat bil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. It-tieni, il-Kummissjoni għall-protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni hija korp li jimplimenta politiki fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni.

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ wara l-monitoraġġ għad irid jiġi finalizzat. Kif irrapportat fir-rapport dwar is-CVM ta’ Ottubru 2019 152 , u msemmi fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Gvern iddeċieda li jistabbilixxi mekkaniżmu addizzjonali u aktar komprensiv għall-monitoraġġ domestiku ċċentrat f’Kunsill għall-Koordinazzjoni u l-Kooperazzjoni (“kunsill ta’ wara l-monitoraġġ”). L-għan tal-Kunsill huwa li jivvaluta l-progress tal-Bulgarija fir-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata b’mod indipendenti, trasparenti u oġġettiv 153 . L-attività tal-kunsill tibda ġaladarba s-CVM jasal formalment fi tmiemu. Madankollu, l-istabbiliment tal-Kunsill Ċiviku – il-korp tal-Kunsill għall-Koordinazzjoni u l-Kooperazzjoni magħmul minn membri tas-soċjetà ċivili u li għalih inbdiet proċedura ta’ għażla – ġie sospiż, sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema dwar l-appell marbut mal-kwistjoni 154 .

Il-pjan ta’Azzjoni adottat b’reazzjoni għar-rapport tal-2020 dwar l-istat tad-dritt jinkludi miżuri li jfittxu li jindirizzaw xi sfidi identifikati dwar il-kontrolli u l-bilanċi. Dan jinkludi passi biex jiżdiedu l-fondi għall-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRIs), u biex jittejjeb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għal dawn tal-aħħar, ġew previsti żewġ inizjattivi, il-ħolqien ta’ Gwida għall-valutazzjoni tal-impatt ex-post 155 u t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ex-post għal-liġijiet ewlenin 156 .

Studju reċenti jikkonferma l-użu limitat tal-konsultazzjoni pubblika u l-valutazzjoni tal-impatt, speċjalment għal-leġiżlazzjoni proposta mill-Membri tal-Parlament. L-istudju mwettaq miċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Parlamentari, parti mill-Assemblea Nazzjonali, jeżamina l-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali minn April 2017 sa Marzu 2021 157 . Il-konstatazzjonijiet ewlenin jikkonfermaw iż-żieda fl-għadd ta’ abbozzi ta’ liġijiet proposti mill-Membri tal-Parlament 158 , mingħajr il-konsultazzjoni obbligatorja mal-partijiet ikkonċernati, il-valutazzjoni tal-impatt u l-verifika tal-kompatibbiltà mal-leġiżlazzjoni tal-UE 159 li tapplika għall-abbozz ta’ leġiżlazzjoni propost mill-Gvern. L-awtoritajiet impenjaw ruħhom li jaderixxu mar-regoli reċentement imsaħħa 160 u li jkomplu l-prattika tal-Gvern li jissottomettu abbozzi ta’ liġijiet lill-Parlament b’valutazzjoni tal-impatt sħiħa jew parzjali 161 . Madankollu, dawn l-isforzi biex titjieb il-kwalità tal-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjonijiet pubbliċi ma jkoprux l-abbozzi ta’ liġijiet proposti mill-Membri tal-Parlament. Barra minn hekk, għalkemm l-abbozzar ta’ valutazzjoni tal-impatt huwa pass obbligatorju fil-proċess leġiżlattiv sa mill-2016, l-intervent leġiżlattiv huwa bbażat biss fuq għadd limitat ta’ abbozzi dwar l-għarfien espert xjentifiku 162 . Biex jindirizzaw dan, l-awtoritajiet impenjaw ruħhom li jibdew iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ex-post tal-leġiżlazzjoni ewlenija, li għalihom ġiet adottata Gwida mill-Kunsill tal-Ministri fit-3 ta’ Diċembru 2020 163 . Barra minn hekk, il-konsultazzjoni pubblika u l-feedback tal-partijiet ikkonċernati huma wkoll parti integrali mill-proċess. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni proposta 164 ma hemm l-ebda informazzjoni dwar konsultazzjonijiet pubbliċi jew diskussjonijiet organizzati mill-Membri tal-Parlament jew tal-Gvern biex jiġu determinati l-problemi u r-raġunijiet għall-adozzjoni tal-abbozz ta’ liġi 165 . Barra minn hekk, ir-raġunijiet għall-adozzjoni ta’ liġi inkludew il-fehmiet ta’ xi wħud mill-partijiet ikkonċernati jew tal-partijiet ikkonċernati kollha f’xi ftit mill-abbozzi ta’ liġijiet proposti 166 .

Il-prattika tal-introduzzjoni ta’ emendi leġiżlattivi importanti permezz ta’ emendi f’atti legali oħra tkompli tqajjem tħassib. It-teknika leġiżlattiva li jintużaw id-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ att legali biex jiġu introdotti emendi maġġuri f’att mhux relatat ieħor kompliet għaddejja 167 . Dan jikkonferma t-tħassib imqajjem fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt peress li tali emendi jduru mar-rekwiżiti għall-konsultazzjoni pubblika u l-valutazzjoni tal-impatt 168 . Barra minn hekk, xejra oħra, li ġiet identifikata fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, u li għadha tqajjem tħassib, hija l-prattika leġiżlattiva li jiġu adottati emendi kbar bejn l-ewwel u t-tieni qari fl-Assemblea Nazzjonali mingħajr konsultazzjoni pubblika  169 .

L-istat ta’ emerġenza relatat mal-pandemija tal-COVID-19 għadu fis-seħħ. Wara li ġie adottat l-“istat ta’ emerġenza” mit-13 ta’ Marzu sal-13 ta’ Mejju 2020 170 , fit-12 ta’ Mejju 2020, ġiet adottata emenda fl-Att dwar is-Saħħa 171 li introduċiet stat ġdid ta’ emerġenza (“sitwazzjoni ta’ emerġenza epidemika”) 172 . Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill tal-Ministri, wara proposta mill-Ministru tas-Saħħa, iddeċieda li jiddikjara sitwazzjoni ta’ emerġenza epidemika għal perjodu ta’ xahar, li ġġeddet regolarment u li attwalment għadha fis-seħħ sal-[31 ta’ Lulju 2021]. Din is-sistema ġdida ta’ emerġenza ġiet rieżaminata mill-Qorti Kostituzzjonali 173 li fit-23 ta’ Lulju 2020 iddeċidiet li s-sistema hija konformi mal-Kostituzzjoni 174 .

L-Assemblea Nazzjonali adottat regoli biex tiżgura l-kontinwità waqt il-pandemija tal-COVID-19. Sabiex tadatta għas-sitwazzjoni, l-Assemblea Nazzjonali kompliet il-ħidma regolari tagħha u fis-6 ta’ Novembru 2020 adottat regoli, biż-żieda tal-għażla ta’ parteċipazzjoni b’vidjokonferenza fil-laqgħat plenarji għall-Membri tal-Parlament li jitqiegħdu taħt iżolament jew kwarantina obbligatorja minħabba l-COVID-19 175 . Fit-23 ta’ Novembru 2020, 54 Membru tal-Parlament ikkontestaw il-kostituzzjonalità ta’ dawn ir-regoli quddiem il-qorti Kostituzzjonali 176 , li kkunsidrathom kompatibbli mal-Kostituzzjoni 177 .

Ir-riżorsi finanzjarji u umani tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem żdiedu. Kien hemm żidiet fil-baġits tal-Ombudsperson u tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni. L-awtoritajiet Bulgari infurmaw li l-previżjoni tal-baġit għall-perjodu 2021–2023 tipprevedi żieda ta’ 10 % fil-fondi tal-persunal għaż-żewġ istituzzjonijiet. Barra minn hekk, fid-dawl tat-titjib tal-kapaċità tal-istituzzjoni tal-Ombudsperson, l-abbozz tal-baġit jipprevedi nefqa addizzjonali 178 .

L-abbozz tal-leġiżlazzjoni dwar aktar trasparenza fil-finanzjament barrani għall-NGOs ma kompliex jiġi segwit. L-abbozz ta’ liġi li tressaq fit-3 ta’ Lulju 2020 179 u li kellu l-għan li jimponi obbligi ġodda fuq organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ kien qajjem tħassib fost il-partijiet ikkonċernati 180 fir-rigward tal-konformità tiegħu mal-liġi tal-UE 181 . Wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, l-abbozz ta’ liġi ma ġiex diskuss aktar 182 . Madankollu, l-ispazju ċiviku għadu ristrett 183 , u f’xi okkażjonijiet, il-membri tas-soċjetà ċivili jidhru li jinsabu taħt pressjoni, permezz ta’ kampanji ta’ malafama, intimidazzjoni u l-ottika negattiva 184 . F’Novembru 2020, fl-okkażjoni tar-Rieżami Perjodiku Universali, il-Bulgarija rċeviet diversi rakkomandazzjonijiet relatati mal-ħtieġa li jitjieb l-ispazju ċiviku u li jiġu indirizzati l-intimidazzjoni u t-theddid 185 .



Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetika*.

* Il-lista tal-kontributi li waslu fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt tinstab fuq https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation .

Iċ-Ċentru Bulgaru għal-Liġi dwar in-Nonprofitt (2021), Kontribut taċ-Ċentru Bulgaru għal-Liġi dwar in-Nonprofitt għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Forum tad-Donazzjonijiet tal-Bulgarija (2021), Kontribut mill-Forum tad-Donazzjonijiet tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Gvern Bulgaru (2021), Kontribut mill-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Gvern Bulgaru (2021), L-Abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni u l-Azzjoni kontra l-Korruzzjoni (2021-2027) ( https://www.strategy.bg/PublicConsultations/View.aspx?lang=bg-BG&Id=5828 ).

Il-Kumitat ta’ Helsinki tal-Bulgarija (2021), Kontribut mill-Kumitat ta’ Helsinki tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Fondazzjoni tal-Istitut Bulgaru għall-Inizjattivi Ġuridiċi (2021), Kontribut tal-Fondazzjoni tal-Istitut Bulgaru għall-Inizjattivi Ġuridiċ għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Iċ-Ċentru għall-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media (2021), Media pluralism Monitor tal-2021ir-Rapport dwar il-Bulgarija.

CEPEJ (2013), Il-Linji Gwida Riveduti dwar il-Ħolqien ta’ Mapep Ġudizzjarji għall-Appoġġ tal-Aċċess għall-Ġustizzja f’Sistema Ġudizzjarja ta’ Kwalità ( https://rm.coe.int/european-commission-for-the-efficiency-of-justice-cepej-revised-guidel/168078c492 ).

CEPEJ (2020), Studju dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE.

CIVICUS, Monitor tracking civic space – il-Bulgarija ( https://monitor.civicus.org/country/bulgaria/ ).

Il-Qorti Kostituzzjonali, il-Kawża Nru 15 tal-2020 - http://www.constcourt.bg/bg/Cases/Details/585

Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 6 tal-2021 dwar il-Kawża Nru 15 tal-2020. http://www.constcourt.bg/bg/Acts/GetHtmlContent/96c8d204-d2eb-4785-beac-7133ed3b6cd2

Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjattaforma li tippromwovi l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti, ( https://www.coe.int/en/web/media-freedom/bulgaria ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2010), Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u resposabbiltajiet.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2019), Id-Deċiżjoni CM/Notes/1362/H46–6.

Il-Kunsill tal-Ewropa: il-Kumitat tal-Ministri (2019), Ir-Riżoluzzjoni Interim, CM/ResDH(2019)367.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Deċiżjoni CM/Del/Dec(2020)1377bis/H46-9 tal-Kumitat tal-Ministri (2020).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2021), Id-Deċiżjoni CM/Notes/1398/H46-6 tad-9-11 ta’ Marzu, ( https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectID=0900001680a1abfa ). 

Il-Kunsill tal-Ewropa: Id-Dipartiment għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2021), il-Memorandum H/Exec(2021)9.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2010), Report on the Independence of the Judicial System Part I: The Independence of Judges (CDL-AD(2010)004).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2017), Bulgaria - Opinion on the judicial system act (CDL-AD(2017)018).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2019), Bulgaria - Opinion on draft amendments to the Criminal Procedure Code and the Judicial System Act, concerning criminal investigations against top magistrates (CDL-AD(2019)031).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2020), Bulgaria - Urgent interim opinion on the draft new constitution opinion (CDL-AD(2020)035).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2020), Poland - Joint Urgent Opinion of the Venice Commission and the Directorate General of Human Rights and Rule of Law (DGI) of the Council of Europe on amendments to the Law on the Common courts, the Law on the Supreme court and some other Laws, (CDL-AD(2020)017).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2017), Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika ( https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/20171212-st15587_en.pdf ).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-78/18.

Il-Kunsill tal-Ministri (2020), Gwida għall-valutazzjoni tal-impatt ex-post. ( https://www.strategy.bg/Publications/View.aspx?lang=bg-BG&categoryId=&Id=320&y=&m=&d ).

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2019), L-Ewrobarmetru Flash 482: l-attitudnijiet tan-negozji fil-konfront tal-korruzzjoni fl-UE.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), L-Ewrobarometru Speċjali 502: il-korruzzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019), Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Progress tal-Bulgarija taħt il-mekkaniżmi għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, COM(2019)498.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), 2020 Ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt - Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea (2021), It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea: L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-OLAF jirrakkomanda l-irkupru ta’ kważi EUR 6 miljun wara l-allegat abbuż ta’ poter fil-ministeru Bulgaru - l-Istqarrija għall-Istampa tal-UE Nru 04/2021 ( https://ec.europa.eu/anti-fraud/media-corner/news/01-02-2021/olaf-recommends-recovery-nearly-eu6-million-after-alleged-abuse-power_en ).

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Is-Sentenza tal-5 ta’ Frar 2010, Kolevi vs Bulgaria

In-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (2019), Independence and Accountability of the Judiciary – ENCJ Survey on the independence of judges.

Il-Parlament Ewropew (2020), Riżoluzzjoni dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija, (2020/2793 (RSP).

Il-Parlament Ewropew, L-MEPs jesiġu li l-Istati Membri jridu jieqfu jbigħu l-passaporti tal-UE immedjatament - L-istqarrija għall-istampa tat-22 ta’ Ottubru 2020. ( https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20201016IPR89564/member-states-must-stop-selling-eu-passports-immediately-meps-demand ).

Il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2019), ir-Rapport tal-Presidenza ( https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14856-2019-INIT/en/pdf ).

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (2020), Coronavirus COVID-19 outbreak in the EU Fundamental Rights Implications ( https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/bulgaria-report-covid-19-april-2020_en.pdf ).

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (2021), Legal environment and space of civil society organisations in supporting fundamental rights in Bulgaria.

GRECO (2015), Fourth Evaluation Round – ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Bulgarija dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-Parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi: ( https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=09000016806c983f ).

L-Istitut tal-Ekonomija tas-Suq (IME) (2021), Studju dwar l-issekondar tal-maġistrati ( https://ime.bg/bg/articles/komandirovane-na-magistrati-ili-kadruvane-tihomylkom/#ixzz6pUEALbxu ).

Il-Magistrats Européens pour la Démocratie et les Libertés (2021), Kontribut mill-Magistrats Européens pour la Démocratie et les Libertés għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Ministeru tal-Finanzi (2019), Programm ta’ Żvilupp Nazzjonali tal-Bulgarija tal-2030 ( https://www.minfin.bg/upload/46720/National%2BDevelopment%2BProgramme%2BBULGARIA%2B2030.pdf ).

L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2017), Ir-Regoli ta’ organizzazzjoni u l-proċedura tal-assemblea nazzjonali ( https://www.parliament.bg/en/rulesoftheorganisations ).

L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2020), Id-Deċiżjoni li jiġi ddikjarat stat ta’ emerġenza - it-13 ta’ Marzu 2020 ( https://www.parliament.bg/bg/desision/ID/157374 ).

L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2020), Id-Deċiżjoni biex jiġi estiż l-istat ta’ emerġenza – it-3 ta’ April 2020 ( https://www.parliament.bg/bg/desision/ID/157396 ).

Stqarrija għall-istampa dwar l-ittra miftuħa lill-SJC kontra l-mudell magħżul għar-riforma tal-mappa ġudizzjarja ffirmata minn 500 imħallef. - https://news.lex.bg/564

Stqarrija għall-istampa mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni dwar l-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ġustizzja - http://www.vks.bg/novini/nip.html

Ir-Reporters mingħajr fruntieri il-Bulgarija, ( https://rsf.org/en/bulgaria ). 

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija (2019), Ir-Rapport Annwali 2020.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija (2021), Kontribut tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-kritika tal-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati dwar ir-riforma tal-mappa ġudizzjarja - https://www.vas.bg/bg/a/predlozheniyata-za-reforma-na-sdebnata-karta .

Transparency International (2021), L-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni għall-2020

Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti (2021), Specially designated nationals list update - it-2 ta’ Ġunju 2021 ( https://home.treasury.gov/policy-issues/financial-sanctions/recent-actions/20210602 ).

L-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-OHCHR tan-NU (2021), Kontribut mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-OHCHR tan-NU għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Anness II – Iż-żjara tal-pajjiż fil-Bulgarija

F’Marzu 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:

·Il-Programm ta’ Aċċess għall-Informazzjoni

·Id-Direttorat għall-Modernizzazzjoni tal-Amministrazzjoni

·Il-Kunsill kontra l-korruzzjoni

·Il-Fondazzjoni tal-Fond Kontra l-Korruzzjoni

·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Ewropej – il-Bulgarija:

·L-Assoċjazzjoni tal-Prosekuturi fil-Bulgarija

·Ir-Regolatur Awdjoviżiv – CEM

·L-Istitut Bulgaru għall-Inizjattivi Legali

·L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Imħallfin

·Iċ-Ċentru għall-Istudju tad-Demokrazija

·Il-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għall-konfiska ta’ assi akkwistati illegalment.

·Għall-Proġett tal-Verità

·L-Ispettorat tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura

·l-Istitut għall-Ekonomiji tas-Suq

·Il-Ministeru tal-Kultura

·Il-Ministeru tal-Intern

·Il-Ministeru tal-Ġustizzja

·Il-Kunsill Nazzjonali għall-Etika Ġurnalistika

·L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali

·L-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofia

·Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata

·L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat

·Il-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati

·Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

·Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura

·L-Unjoni tal-Pubblikaturi fil-Bulgarija

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

·Amnesty International

·Iċ-Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi

·CIVICUS

·L-Unjoni għal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa

·Is-Civil Society Europe

·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·Il-EuroCommerce

·Iċ-Ċentru Ewropew għan-Not-for-Profit Law

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media

·Il-Forum Ċiviku Ewropew

·Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti

·Is-Sħubija Ewropea għad-Demokrazija

·Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

·Id-Difensuri tal-Ewwel Linja

·Il-Fondazzjoni Dar id-Drittijiet tal-Bniedem

·Il-Human Rights Watch

·L-ILGA-Europe

·Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·Il-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

·In-Network Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ippjanar tal-Familja (IPPF EN)

·L-Istitut Internazzjonali għall-Istampa

·Il-Kumitat ta’ Ħelsinki tan-Netherlands

·L-Istitut tal-Politika Ewropea tas-Soċjetà Miftuħa

·Il-Philanthropy Advocacy

·Il-Protezzjoni Internazzjonali

·Ir-Reporters mingħajr Fruntieri

·It-Transparency International tal-UE

(1)      Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2006 (13339/06), il-Mekkaniżmu ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2006, ĠU L 354, 14.12.2006, p. 58.
(2)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-12 ta’ Diċembru.
(3)      Filwaqt li l-Parlament Ewropew inizjalment appoġġa t-terminazzjoni tas-CVM (ara l-ittra mill-President Sassoli tal-20 ta’ Diċembru 2019 lill-President von der Leyen), issa ħa pożizzjoni oħra (ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (2020/2793 (RSP)). Fil-Kunsill, ma ntlaħaq l-ebda kunsens dwar il-konklużjonijiet li jirrigwardaw il-kwistjoni. Fir-rapport tal-Presidenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2019, il-Presidenza Finlandiża nnutat id-diviżjoni fil-Kunsill dwar il-linja li għandha tittieħed fir-rigward tal-Bulgarija.
(4)      Għad-deskrizzjoni tal-istruttura ġudizzjarja ara, pereżempju, l-istudju dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE, tas-CEPEJ (2020).
(5)      Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 2.
(6)      L-Artikoli minn 126 sa 128 tal-Kostituzzjoni.
(7)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2019)031), il-paragrafi 13-14: Il-biċċa l-kbira tal-investigaturi huma uffiċjali tal-pulizija, li huma ssorveljati b’mod proċedurali mill-prosekuturi; għadd iżgħar ta’ investigaturi għandhom l-istatus ta’ maġistrati u jaħdmu fis-Servizz Investigattiv Nazzjonali jew fl-unitajiet investigattivi li jagħmlu parti mill-uffiċċji tal-prosekuturi fil-livell reġjonali. Proċeduralment, dawn kollha jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-prosekuturi. Is-superviżjoni proċedurali tfisser li prosekutur ta’ superviżjoni jista’ jħassar id-deċiżjonijiet kollha ta’ investigatur. Min-naħa tiegħu, il-prosekutur ta’ superviżjoni huwa soġġett għal superviżjoni minn prosekutur ta’ ġerarkija superjuri, sal-livell tal-Prosekutur Ġenerali.
(8)      Il-plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura għandha 25 membru. Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura huwa magħmul mill-Awla Ġudizzjarja u mill-Kamra tal-Prosekuzzjoni. L-Awla Ġudizzjarja hija magħmula minn sitt imħallfin eletti minn imħallfin, sitt membri eletti mill-Parlament u l-presidenti tal-ogħla żewġ qrati, li huma membri ex officio. Il-Kamra tal-Prosekuzzjoni hija magħmula minn erba’ prosekuturi u maġistrat investigattiv eletti mill-pari tagħhom, ħames membri eletti mill-Parlament, u l-Prosekutur Ġenerali, li huwa membru ex officio.
(9)      Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 3.
(10)      L-illustrazzjonijiet 48 u 50, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021. Il-livell tal-indipendenza ġudizzjarja perċepit huwa kategorizzat kif ġej: baxx ħafna (anqas minn 30 % ta’ dawk li rrispondew jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba jew tajba ħafna); baxx (bejn 30-39 %), medju (bejn 40-59 %), għoli (bejn 60-75 %), għoli ħafna (’il fuq minn 75 %).
(11)      Ir-Rapport dwar il-progress tal-Bulgarija 2019[COM(2019)498], p. 6.
(12)      Il-QEDB, is-sentenza tal-5 ta’ Frar 2010 Kolevi vs il-Bulgarija, il-para. 121-127, 129, 135 u 136.
(13)      Il-Kunsill tal-Ewropa, is-Superviżjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6 tal-11 ta’ Marzu 2021 u CM/Notes/1398/H46-6 tad-9-11 ta’ March ; Id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Del/Dec(2020) 1377bis/H46-9 tal-1-3 ta’ Settembru 2020 u CM/Notes/1377bis/H46-9 tat-3 ta’ Settembru 2020. Ara wkoll il-Kumitat tal-Ministri (ir-Riżoluzzjoni Interim CM/ResDH(2019)367 tal-5 ta’ Diċembru 2019 u CM/Notes/1362/H46-6 tat-3-5 ta’ Diċembru 2019; l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2019)031).
(14)      Il-Prosekutur Ġenerali jista’ jannulla jew jemenda kull deċiżjoni meħuda minn kwalunkwe prosekutur li ma tkunx ġiet rieżaminata minn imħallef. Barra minn hekk, jista’ jissekonda lil prosekuturi mingħajr il-kunsens tagħhom, għal perjodu ta’ tliet xhur f’sena kalendarja, u joħroġ struzzjonijiet bil-miktub lill-prosekuturi, li jkunu jirrigwardaw biss l-applikazzjoni tal-liġi, inkluż f’kawżi individwali. Il-Prosekutur Ġenerali għandu wkoll setgħat sinifikanti fuq il-prosekuturi li huma l-kapijiet tal-uffiċċji fil-livell distrettwali jew provinċjali.
(15)      Fil-Kamra tal-Prosekuturi (magħmula minn erba’ prosekuturi u maġistrat inkwirenti elett mill-pari tagħhom, ħames membri eletti mill-Parlament – li attwalment kollha huma prosekuturi jew maġistrati inkwirenti fil-kompożizzjoni attwali – u l-Prosekutur Ġenerali), il-Prosekutur Ġenerali, membru u president ex officio, għandu rwol deċiżiv fir-rigward tal-karriera u l-proċedimenti dixxiplinari li jirrigwardaw il-prosekuturi. Fil-Plenarja, il-membri tal-prosekuzzjoni normalment jivvutaw bħala grupp f’daqqa li jappoġġa lill-Prosekutur Ġenerali.
(16)      Il-Kunsill tal-Ewropa, is-Superviżjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea, CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6 tad-9-11 ta’ Marzu 2021.    Ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 3.
(17)      Il-QEDB, is-sentenza tal-5 ta’ Frar 2010 Kolevi vs il-Bulgarija
(18)      Liġi li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali promulgata fil-Gazzetta tal-Istat bin-numru 16 tal-23 ta’ Frar 2021.
(19)      Dan il-prosekutur speċjali kellu jinħatar fuq proposta ta’ sitt membri tal-Plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura jew b’awtonominazzjoni għal ħames snin b’maġġoranza ta’ ħmistax-il vot (minn ħamsa u għoxrin) fil-Plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Fit-twettiq tal-investigazzjoni, il-prosekutur speċjali seta’ jiġi assistit minn maġistrat inkwirenti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat. Fi tmiem il-mandat, il-prosekutur speċjali kien ikun jista’ jsir imħallef jew maġistrat inkwirenti, jew jibqa’ prosekutur, fl-istess livell bħall-pożizzjoni li kellu l-Uffiċċju tal-Prosekutur qabel il-mandat, jew f’livell ogħla. Il-Prosekutur speċjali igawdi minn indipendenza ġerarkika u fid-deċiżjonijiet li jieħu. .
(20)      Ir-rifjut, minn prosekutur ordinarju, li jiftaħ investigazzjoni mhuwiex soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju; dan jista’ jiġi revokat biss minn prosekutur ta’ livell ogħla.
(21)      Il-każijiet investigati mill-prosekutur speċjali kellhom jiġu ttrattati mill-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-ewwel istanza, il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tat-tieni istanza, u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-aħħar istanza.
(22)      Il-Kunsill tal-Ewropa, is-Superviżjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6 tal-11 ta’ Marzu 2021 u CM/Notes/1398/H46-6 tad-9-11 ta’ March ; l-abbozz ta’ liġi qies uħud mill-kummenti preliminari tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa mibgħuta lill-awtoritajiet Bulgari fil-15 ta’ Diċembru 2020, fit-18 u fid-19 ta’ Jannar 2021.
(23)      Il-Kawża Kostituzzjonali Nru 4 tal-2021.
(24)      Id-Deċiżjoni tal-Plenarja tal-SJC, il-Protokoll Nru 6 tat-8 ta’ April 2021.
(25)      Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 7 tal-2021.
(26)      Fin-nuqqas ta’ titjib biex jiġi indirizzat it-tħassib eżistenti, id-Dipartiment għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjara li l-mekkaniżmu l-ġdid għandu jitqies bħala soluzzjoni temporanja.
(27)      CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6 tad-9-11 ta’ Marzu 2021
(28)      Il-Kunsill tal-Ewropa, is-Superviżjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea, CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6 tad-9-11 ta’ Marzu 2021. Ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, il-paġna 3.
(29)      Il-kandidati potenzjali għall-kariga ta’ prosekutur jistgħu jpoġġu f’riskju l-karriera tagħhom, f’każ li l-Prosekutur Ġenerali joġġezzjona għall-kandidatura tagħhom, billi l-membri kollha tal-Kamra tal-Prosekuzzjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura huma wkoll is-subordinati tal-Prosekutur Ġenerali (H/Exec (2021)9 tal-11 ta’ Marzu 2021, il-Memorandum imħejji mid-Dipartiment għall-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem).
(30)      Minħabba t-taħlita ta’ setgħat tal-Prosekutur Ġenerali u l-pożizzjoni tiegħu/tagħha fil-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, il-votazzjoni b’maġġoranza ta’ 15 minn 25 vot fil-Plenarja “ma jagħmilhiex impossibbli għall-Kap Prosekutur li jkun jista’ jinfluwenza l-ħatra jew il-karriera tal-persuni li jkollhom ir-responsabbilà li jinvestigawh jew jew jinvestigawha”, kif tirrikjedi r-Riżoluzzjoni Interim CM/ResDH(2019)367 tal-Kumitat. Fil-fatt, 11-il membru (minn 25) mill-Kamra tal-Prosekuzzjoni jistgħu jivvutaw bħala grupp f’daqqa fid-difiża tal-interessi tal-Prosekutur Ġenerali. B’dan il-mod jistgħu jeżerċitaw veto fuq id-deċiżjonijiet tal-Plenarja jew jobbligaw lill-Plenarja biex tikkunsidra biss kandidati aċċettati minn Prosekutur Ġenerali. Barra minn hekk, bl-appoġġ ta’ ftit membri oħra bl-“influwenza de facto” tal-Prosekutur Ġenerali (CM/Notes/1398/H46-6), dawn jistgħu jirrappreżentaw il-komponent priċipali tal-maġġoranza.
(31)       Il-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6
(32)      Dan filwaqt li jitqies ukoll li l-elezzjoni tal-SJC l-ġdid se ssir fl-2022. F’dan il-kuntest, il-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li indika li l-mekkaniżmu propost jista’ jitqies biss bħala soluzzjoni temporanja qabel ma ssir riforma usa’, issuġġerixxa li tiġi introdotta maġġoranza doppja għall-ħatra tal-prosekutur speċjali fil-Plenarja tal-SJC.
(33)      Ta’ min ifakkar li fil-passat, ġie espress tħassib dwar il-possibbiltà li jiġi introdott stħarriġ ġudizzjarju minħabba li din l-emenda tinterferixxi mal-kompetenzi kostituzzjonali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur. Peress li l-liġi l-ġdida tipprevedi li jsir stħarriġ ġudizzjarju fuq meta jiġi rrifjutat li tinfetaħ investigazzjoni kontra l-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu jew tagħha, kwalunkwe dubju f’dan ir-rigward għosfor.
(34)      Ara CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6, il-para. 3; CM/Del/Dec(2020)1377bis/H46-9, il-para. 4; CM/Del/Dec(2019)1362/H46-6
(35)      Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-sentenza tat-3 ta’ Ġunju 2015, S.Z. vs il-Bulgarija, 29263/12
(36)      CM/Rec(2010)12, il-para. 27; l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2020)035), il-para. 44; il-JSA, l-Artikoli 16(3) u (4) - il-kamra tal-Imħallfin tal-SJC (14-il membru) hija ppreseduta minn kwalunkwe wieħed mill-membri ex officio, mill-President tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jew mill-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Sitta mill-membri huma eletti direttament mill-imħallfin u sitta oħra huma eletti mill-Parlament. Tista’ tintlaħaq maġġoranza, kemm fil-Plenarja tal-SJC kif ukoll fil-kamra tal-Imħallfin, mingħajr il-voti tal-imħallfin eletti mill-pari tagħhom.
(37)      Minħabba l-pożizzjoni tal-Prosekutur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prosekutur u r-rwol tiegħu bħala president tal-kamra tal-Prosekuturi, huwa għandu rwol deċiżiv fil-kamra tal-Prosekuturi u jeżerċita influwenza importanti fil-Plenarja tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura.
(38)      Il-JSA, l-Artikolu 16(3) u (4) - Il-Kamra tal-Prosekuturi (11-il membru) hija ppreseduta mill-membru ex officio, il-Prosekutur Ġenerali, u tikkonsisti f’ħames membri eletti mill-Parlament, erbgħa mill-prosekuturi u wieħed mill-investigaturi eletti mill-pari rispettivi tagħhom.
(39)      Il-JSA, l-Artikolu 30(1) u 32 - Il-Plenarja tal-SJC (25 membru) tikkonsisti mill-membri taż-żewġ kmamar imsemmija qabel u hija ppreseduta mill-Ministru tal-Ġustizzja, li ma għandux id-dritt li jivvota. Il-Plenarja tal-SJC tiddeċiedi fuq l-abbozz tal-baġit, it-tneħħija dixxiplinari mill-kariga u l-proposti għall-ħatra tal-Presidenti tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Prosekutur Ġenerali (il-JSA, l-Artikolu 30(2)). Iż-żewġ kmamar jieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, il-promozzjoni, ir-rilokazzjoni u r-rilaxx mill-kariga, kwistjonijiet relatati mal-akkwist u r-ristabbiliment tal-kariga u jiddeċiedu dwar sanzjonijiet dixxiplinari (il-JSA, l-Art. 30(5)); il-maġġoranzi tal-voti għal deċiżjonijiet tal-kamra tal-Imħallfin huma deskritti fl-Artikolu 33, il-paragrafu 4 tal-JSA.
(40)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafu 19.
(41)      Il-membri onorarji huma kollha membri elettivi skont it-tifsira tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja.
(42)      Il-JSA, l-Artikolu 16, il-paragrafu 3 jirrikjedi li l-elezzjoni mill-Kamra għandha ssir fost l-imħallfin, il-prosekuturi, il-maġistrati inkwirenti, l-akkademiċi li għandhom lawrja akkademika fix-xjenzi legali, l-avukati u ġuristi oħra ta’ livell professjonali għoli u integrità morali, filwaqt li titqies il-kwalifika professjonali u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. – Attwalment ma hemm l-ebda prosekutur fil-Kamra tal-Imħallfin, iżda jidher li fil-Kamra tal-Imħallfin preċedenti uħud mill-membri kienu eks prosekuturi.
(43)      Għal deċiżjonijiet importanti, il-membri mill-kamra tal-Prosekuturi jidher li jivvutaw f’daqqa, flimkien mal-membri eletti tal-Parlament fil-kamra tal-Imħallfin. Ara l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa (CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6); ara wkoll il-Plenarja bid-deċiżjonijiet tal-SJC - il-Protokoll Nru 24 tal-2019, il-votazzjoni għall-elezzjoni tal-Prosekutur Ġenerali; il-Protokoll Nru 27 tat-2019, il-votazzjoni mill-ġdid fl-elezzjoni tal-Prosekutur Ġenerali; il-Protokoll Nru 26 tal-2020, votazzjoni biex titwaqqaf id-diskussjoni dwar jekk għandux jinbeda proċediment dixxiplinari kontra l-Prosekutur Ġenerali abbażi ta’ senjalazzjoni minn organizzazzjoni professjonali; il-Protokoll Nru 2 tal-2021, votazzjoni għat-tħejjija ta’ analiżi dwar il-proposta biex il-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli (vileġġatura għas-sajf) tingħata lill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura għall-ħtiġijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika tal-Bulgarija; il-Protokoll Nru 2 tal-2021, votazzjoni għall-għoti tal-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli (vileġġatura għas-sajf) lill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, għall-ħtiġijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika tal-Bulgarija; il-Protokoll Nru 3 tal-2021, id-diskussjoni dwar il-votazzjoni u l-adozzjoni ta’ mudell għar-riorganizzazzjoni tal-istrutturi ġudizzjarji fil-livell reġjonali u l-Pjan Direzzjonali bi pjan ta’ azzjoni għar-riorganizzazzjoni tal-istrutturi ġudizzjarji fil-livell distrettwali u tal-appell; ara wkoll dwar il-mudell potenzjali ta’ votazzjoni fil-kamra tal-Imħallfin tal-SJC – il-Protokoll Nru 1 tal-2021, voti relatati mal-mappa Ġudizzjarja l-ġdida; il-Protokoll Nru 2 tal-2021, votazzjoni relatata ma’ pożizzjonijiet addizzjonali fil-qrati inferjuri; il-Protokoll Nru 3 tal-2021, votazzjonijiet relatati ma’ bidliet fil-fruntieri tar-reġjuni ġudizzjarji.
(44)      L-Emendi tal-Kostituzzjoni tal-Bulgarija (2015) – l-Artikolu 130a; l-Emendi tal-JSA (2016) – l-Artikolu 30(1)
(45)       Il-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Del/Dec(2021)1398/H46-6. Ara wkoll l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2020)035), il-paragrafu 40.
(46)      Il-kontributi mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-OHCHR tan-NU, il-Magistrats Européens pour la Démocratie et les Libertés u l-Fondazzjoni tal-Istitut Bulgaru għall-Inizjattivi Ġuridiċi, għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(47)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafu 9.
(48)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2020)035), il-paragrafu 42, l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafi 16, 17 u 19.
(49)      Għandu jiġi nnutat li bidla fil-kompożizzjoni tal-SJC tirrikjedi reviżjoni fil-Kostituzzjoni, li tista’ tiġi deċiża jew skont il-proċedura tal-Gran Assemblea Nazzjonali, kif rikjest mill-awtoritajiet Bulgari fi tmiem l-2020, jew permezz tal-proċedura simplifikata tal-Assemblea Nazzjonali ordinarja, kif kienet saret ir-riforma tal-2015. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 3 tal-2003, id-Deċiżjoni Nru 8 tal-2005 u rifjut li tingħata deċiżjoni dwar il-Kawża Nru 7 tal-2015.
(50)      Fis-17 ta’ Awwissu 2020, il-Prim Ministru ħabbar f’messaġġ b’vidjow li l-partit tiegħu se jipproponi abbozz ta’ Kostituzzjoni. Fit-2 ta’ Settembru 2020, l-abbozz tal-Kostituzzjoni l-ġdida ġie ppreżentat lill-Parlament. Fit-18 ta’ Settembru 2020, il-kelliem tal-Parlament talab lill-Kummissjoni ta’ Venezja għal opinjoni dwar l-abbozz. Fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Parlament ivvota kontra l-abbozz tal-Kostituzzjoni l-ġdida u fl-aħħar, f’Diċembru 2020, il-Kummissjoni ta’ Venezja ħarġet l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz.
(51)      Il-mandat tal-SJC attwali għandu sa Ottubru 2022 u l-membri l-ġodda se jinħatru skont il-proċedura msemmija qabel. Il-mandat tal-President attwali tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għandu sal-10 ta’ Frar 2022 u l-president il-ġdid jiġi elett mill-plenarja tal-SJC.
(52)      L-aċċess għar-reġistru jinsab hawnhekk - http://www.vss.justice.bg/page/view/106204 . Ir-reġistru jinkludi wkoll il-pożizzjonijiet ta’ korpi oħra tal-ġudikatura, inklużi l-kapijiet amministrattivi u l-imħallfin.
(53)      Fl-24 ta’ Ottubru 2020, f’intervista, il-Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali ta’ dak iż-żmien akkuża lill-imħallfin imsemmija tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, li f’kawża li kienet tikkonċernah, kienu ppreġudikati. Fit-3 ta’ Novembru 2020 l-SJC adotta l-pożizzjoni li jiddefendi lill-imħallfin wara li ntalab jagħmel dan minn organizzazzjoni professjonali. F’Ottubru 2020, is-sit web li jispeċjalizza fl-aħbarijiet legali ppubblika deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell, li fiha l-imħallef tal-appell (ukoll il-kap Amministrattiv tal-qorti) jagħti valutazzjoni personali tal-kwalitajiet professjonali tal-imħallef tal-ewwel istanza. Organizzazzjoni professjonali talbet lill-SJC biex tieħu pożizzjoni u tiżviluppa kriterji għal-lingwa ammissibbli, li l-qorti superjuri jenħtieġ li tuża biex ma tipperikolax l-indipendenza oġġettiva u suġġettiva tal-qorti. Madankollu, ma ttieħdet l-ebda pożizzjoni u ma ġie żviluppat l-ebda kriterju.
(54)      Id-dikjarazzjoni kontra l-President tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni mill-President tal-Qorti Suprema tal-Amministrazzjoni, il-pożizzjoni tat-8 ta’ Mejju 2020. Id-dikjarazzjoni kontra l-President tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni mill-kamra tal-Prosekuturi, il-protokoll Nru 16 tat-13 ta’ Mejju 2020. Ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, in-nota 37 ta’ qiegħ il-paġna, p. 6.
(55)      “Pjan għall-implimentazzjoni ta’ miżuri b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet u l-isfidi identifikati fir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt” (il-Pjan ta’ Azzjoni)
(56)      Ara hawn taħt il-paragrafu dwar ir-riforma possibbli tal-Ispettorat tal-SJC.
(57)      Ara l-Pjan ta’ Azzjoni adottat mill-Kunsill tal-Ministri; Ara wkoll l-Ordinanza Nru LS-13-88/21.12.2020
(58)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 3
(59)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafu 58.
(60)      L-Artikolu 132a tal-Kostituzzjoni.
(61)      Fit-taqsima 1a tal-JSA
(62)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 3
(63)      Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, pp. 7-8.
(64)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafu 58.
(65)      Il-proċedura għall-elezzjoni ta’ Spetturi u Spettur Ġenerali ġodda kellha tibda mhux aktar tard mid-9 ta’ Frar 2020 għall-Ispettur Ġenerali u mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2020 għall-Ispetturi (il-JSA, l-Artikolu 44(1)). Sal-lum din il-proċedura għadha ma nbdietx. Kien hemm sitwazzjoni simili waqt il-mandat tal-Kap Spettur preċedenti li opera taħt estensjoni de facto ta’ sentejn tal-mandat.
(66)      Id-Deċiżjoni Nru 13 tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2010 dwar il-Kawża Nru 12 tal-2010, fejn il-Qorti ddeċidiet li l-prinċipju tal-kontinwità huwa applikabbli għall-korpi rregolati mill-kulleġġ.
(67)      Il-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data personali, il-mandat skada fil-16 ta’ April 2019; il-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-mandat skada fis-27 ta’ Marzu 2020; il-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni tal-enerġija u l-ilma, il-mandat skada fl-20 ta’ April 2020.
(68)      Fil-11 ta’ Frar 2021, l-Assemblea Nazzjonali adottat emendi fil-Liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni, li ppermettew estensjoni tal-mandat tad-direttur attwali tal-korp superviżorju b’sentejn oħra. Il-mandat attwali tiegħu kellu jiskadi f’Ġunju 2021. Ara wkoll il-Liġi li temenda l-liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni - https://www.parliament.bg/bg/laws/ID/163501 ; il-Bord maniġerjali tal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ġustizzja (magħmul minn ħames membri tal-SJC, il-Ministru tal-Ġustizzja u membru wieħed tal-Ministeru tal-Ġustizzja) biddel ir-regoli għall-ħatra tad-direttur tal-Istitut, u ppermetta l-ħatra mill-ġdid kważi awtomatika tad-direttur attwali.
(69)      Il-proċeduri kollha tal-kompetizzjoni jitwettqu skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja.
(70)      Il-kompetizzjonijiet ordinarji għall-promozzjoni tħabbru fl-2018, fl-2019 u fl-2020, iżda l-ebda waħda minnhom ma tlestiet ( http://www.vss.justice.bg/page/view/1878 ).
(71)      It-talba tal-20 ta’ Diċembru 2020 indirizzata mill-Plenarja tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni lill-Qorti Kostituzzjonali – il-Kawża Nru 15 tal-2020.
(72)      Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 6 tal-2021 dwar il-Kawża Nru 15 tal-2020.
(73)      Il-kontribut mill-Magistrats Européens pour la Démocratie et les Libertés għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 15.
(74)      Fl-2017, kien hemm 83 imħallef issekondat; fl-2018, kien hemm 104 mħallfin issekondati; fl-2019, kien hemm 144 mħallef issekondat; fl-2020, kien hemm 202 imħallfin issekondati. Għal aktar informazzjoni, ara l-istudju pprovdut mill-Istitut tal-Ekonomija tas-Suq (IME, Institute for Market Economics)
(75)      Fl-2020, kien hemm 59 imħallef issekondat għal aktar minn 24 xahar. Għal aktar informazzjoni, ara l-istudju dwar l-issekondar ta’ maġistrati mħejji mill-Istitut tal-Ekonomija tas-Suq (IME).
(76)      Ara r-Reġistru tal-maġistrati ssekondati mill-qrati tal-10 ta’ Diċembru 2020 imħejji mill-SJC. Ara wkoll il-kontribut tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(77)      Tali prattika distorta ta’ sekondar hija rrapportata li tintuża għal sekondar mingħajr kunsens fl-Uffiċċju tal-Prosekutur allegatament bħala kastig. Kontribut mill-Istitut Bulgaru għall-Inizjattivi Legali u mill-President tal-Qorti tal-Kassazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt u l-informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(78)      CM/Rec(2010)12, il-paragrafu 44.
(79)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2017)018), il-paragrafi 86 u 87.
(80)      Aktar minn 500 imħallef iffirmaw ittra miftuħa lill-SJC kontra l-mudell magħżul għar-riforma tal-mappa ġudizzjarji. Il-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati kkritika wkoll ir-riforma.
(81)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 15; Ara wkoll il-kontribut tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(82)      Il-Ministeru tal-Ġustizzja organizza sensiela ta’ diskussjonijiet pubbliċi (l-14, il-25 u d-29 ta’ Ġunju 2021) dwar il-mudell propost għar-riforma tal-mappa ġudizzjarja bil-parteċipazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ rappreżentanti minn diversi organizzazzjonijiet professjonali fil-qasam tal-ġustizzja, imħallifn mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, avukati, qrati lokali, muniċipalitajiet u rappreżentanti tal-NGOs.
(83)      Il-Linji Gwida Riveduti dwar il-ħolqien ta’ mappa ġudizzjarja biex jiġi appoġġat l-aċċess għall-Ġustizzja f’sistema ġudizzjarja ta’ kwalità kif adottati fit-22 laqgħa plenarja tas-CEPEJ, fis-6 ta’ Diċembru 2013.
(84)      Skont l-informazzjoni li waslet għand l-awtoritajiet Bulgari fir-rigward tal-“Pjan ta’ Azzjoni”, fuq deċiżjoni tal-Plenarja tal-SJC dwar il-protokoll Nru 26/22.10.20, It. 32, ġie stabbilit grupp ta’ ħidma li jipproponi lill-Plenarja tal-SJC emendi u supplimenti fir-Regoli dwar id-determinazzjoni u l-ħlas ta’ remunerazzjoni ta’ bonus lill-maġistrati, li kellu jistabbilixxi kriterji ċari, oġġettivi u trasparenti għad-definizzjoni tar-remunerazzjoni supplimentari u jillimita s-setgħat diskrezzjonali tal-maniġers amministrattivi fil-Ġudikatura. Il-grupp ta’ ħidma jinkludi membri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, rappreżentanti tal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-amministrazzjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Dan il-grupp ta’ ħidma ddeċieda li jistenna l-adozzjoni tar-regoli skont l-Artikolu 233, il-paragrafu 6, l-ewwel sentenza tal-SJC (abbażi tal-ammont ta’ xogħol tal-korp ġudizzjarju rispettiv, il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura jista’ jiddetermina remunerazzjoni addizzjonali għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-maġistrati inkwirenti), kif imħejji mill-grupp ta’ ħidma stabbilit b’deċiżjoni dwar il-protokoll Nru 3/19.02.20, It. 1.1. u l-protokol Nru 7/27.05.20, It. 4.1. tal-Kumitat inkarigat mill-Mappa Ġudizzjarja, l-ammont ta’ xogħol u l-Istatistika Ġudizzjarja tal-Kulleġġ tal-Imħallfin fil-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. B’deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2021, il-Kulleġġ tal-Imħallfin tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura adotta Regoli biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ remunerazzjoni addizzjonali skont it-termini tal-Artikolu 233, il-paragrafu 6, l-ewwel sentenza tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja. Ir-regoli adottati għad iridu jintbagħtu lill-Kumitat tal-Baġit u l-Finanzi fil-Plenarja tal-SJC u lill-Kumitat inkarigat mill-Mappa Ġudizzjarja, l-ammont ta’ xogħol u l-Istatistika Ġudizzjarja tal-Kulleġġ tal-Imħallfin biex tittieħed azzjoni, skont il-kompetenza rispettiva tagħhom. Skont il-GRECO, jidher li s-sistema ta’ applikazzjoni għal remunerazzjoni supplimentari għadha soġġetta għal deċiżjonijiet diskrezzjonali wiesgħa u għal riskji ta’ influwenza indebita. GRECO, Fourth Evaluation Round – ir-rapport ta’ evalwazzjoni, ir-Rakkomandazzjoni x, il-paragrafu 26; ara wkoll il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD (2010)004), il-paragrafi 46 u 51. Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)1 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafu 55
(85)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 7.
(86)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltajiet, il-paragrafu 55: “Is-sistemi li jagħmlu r-rimunerazzjoni ewlenija tal-imħallfin dipendenti fuq il-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu evitati billi jistgħu joħolqu diffikultajiet għall-indipendenza tal-imħallfin”.
(87)      COM(2019)498, p. 6, in-nota 29 ta’ qiegħ il-paġna; Il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD (2020)017), il-paragrafu 29.
(88)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 9. Rigward il-livell tat-tariffi f’kawżi ċivili u kummerċjali ara l-Illustrazzjonijiet 24 u 25, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(89)      Fl-istat attwali tas-sistema ta’ għajnuna legali fil-Bulgarija, anki persuna li l-introjtu tagħha huwa mal-linja tal-faqar tal-Eurostat jew ftit taħtu, din ma tkunx intitolata għal għajnuna legali. L-Illustrazzjoni 24, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021
(90)      L-Illustrazzjoni 25, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(91)      Fil-prattika, bħalissa, ma hemm l-ebda possibbiltà li każ jiġi ppreżentat online; l-ebda possibbiltà ta’ parteċipazzjoni f’seduta permezz ta’ vidjokonferenza; l-ebda possibbiltà li każ jiġi ppreżentat online. Għal aktar informazzjoni ara l-Illustrazzjonijiet minn 39 sa 45, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021
(92)      B’mod aktar partikolari, minħabba l-korruzzjoni mifruxa, l-istigma soċjali, l-inaċċessibbiltà tas-sistema ġudizzjarja, il-preġudizzju relatat mal-ġeneru fost l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, inkluża l-pulizija, u l-għarfien limitat fost l-imħallfin u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. Il-kontribut mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-OHCHR tan-NU għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 2.
(93)      L-illustrazzjonijiet minn 39 u 44, tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021; Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż. (Eż. l-assoċjazzjoni tal-Prosekuturi fil-Bulgarija; l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Bulgara).
(94)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 11. Ta’ min jinnota li l-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jiġi emendat aktar u dawn il-proġetti jistgħu eventwalment jitneħħew mill-pjan finali.
(95)      L-Illustrazzjoni 41, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(96)      L-Illustrazzjoni 42, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(97)      L-Illustrazzjoni 44, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(98)      Kjarifika mibgħuta mill-SJC rigward il-Pjan ta’ Azzjoni – id-diġitalizzazzjoni. Fir-rigward tal-UCIS, il-kjarifika msemmija hawn fuq kif ukoll il-partijiet ikkonċernati matul iż-żjarat fil-pajjiżi infurmaw dwar in-nuqqas ta’ sodisfazzjon mill-imħallfin u l-persunal li wassal għas-sospensjoni tas-sistema fis-16.09.2020 (estiża ulterjorment sal-31.12.2020) għall-każijiet ġodda. Il-kjarifika mill-SJC ħabbret li b’deċiżjoni tal-Plenarja li tibda mill-01.01.2021 sal-01.06.2021, il-qrati kollha se jerġgħu jieħdu l-kawżi ġodda.
(99)      “L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Unifikata tal-Qorti – UCIS” u l-“Ħolqien ta’ sistema ta’ informazzjoni speċjalizzata għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-fatturi relatati mal-iżvilupp soċjoekonomiku tad-distrett ġudizzjarju u mal-ammont ta’ xogħol tal-qrati – SISMA”.
(100)      B’mod aktar preċiż il-partijiet ikkonċernati rrappurtaw li kollox isir fuq il-karta u mbagħad jiġi kkodifikat fis-sistema. Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura qed jimplimenta għadd ta’ proġetti, iffinanzjati minn riżorsi baġitarji u programmi ta’ donaturi esterni biex itejjeb u jsaħħaħ il-ġustizzja elettronika u jiffaċilita l-aċċessibbiltà tagħha.
(101)      Il-Kamra tal-Imħallfin tal-SJC, is-Sessjoni Straordinarja, il-Protokoll Qasir Nru 9, il-15 ta’ Marzu 2020.
(102)      Bħal dawk dwar ir-rieżami taż-żamma ta’ persuna taħt arrest qabel is-smigħ tal-kawża, jew it-twettiq ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-vittmi u miżuri ta’ protezzjoni tat-tfal. Ara wkoll “Coronavirus COVID-19 outbreak in the EU Fundamental Rights Implications” tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, p. 3.
(103)      Ara wkoll il-kontribut tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(104)      Il-laqgħa tal-Kamra tal-Imħallfin, il-Protokoll Nru 3, it-2 ta’ Frar 2021; il-laqgħa tal-Kamra tal-Imħallfin, il-Protokoll Nru 6, it-23 ta’ Frar 2021. L-Awla tal-Imħallfin tal-SJC ċaħdet il-proposta tal-Kummissjoni għall-Attestazzjoni u l-Kompetizzjonijiet tal-SJC biex ma tagħti l-ebda pożizzjoni addizzjonali lill-Qorti Kriminali Speċjalizzata, u wara approvat żewġ pożizzjonijiet ġodda biex jiżdiedu mal-persunal tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata.
(105)      L-Illustrazzjonijiet 29-31, tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(106)      Liġi li temenda u tissupplimenta l-Att dwar l-Avukatura - https://www.parliament.bg/bg/laws/ID/163509
(107)      L-illustrazzjonijiet 9 u 10, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021. Ta’ min jinnota li ma hemm l-ebda metodoloġija armonizzata biex titkejjel din il-prestazzjoni.
(108)      L-illustrazzjonijiet 7 u 8, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(109)      L-Illustrazzjoni 8, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(110)      L-illustrazzjonijiet 18 u 20, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(111)      L-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni għall-2020 (il-Corruption Perceptions Index) ta’ Transparency International, pp. 2-3. Il-livell pperċepit ta’ korruzzjoni huwa kategorizzat kif ġej: baxx (il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija ogħla minn 79); relattivament baxx (il-punteġġ kien 79-60), relattivament għoli (il-punteġġ kien 59-50), għoli (il-punteġġ kien 50).
(112)      Fl-2015 il-punteġġ kien ta’ 41, filwaqt li fl-2020, il-punteġġ kien ta’ 44. Il-punteġġ jiżdied/jonqos b’mod sinifikanti meta jinbidel b’aktar minn ħames punti; jitjieb/jiddeterjora (meta jinbidel b’4-5 punti); jkun relattivament stabbli (meta jinbidel b’1-3 punti) f’dawn l-aħħar ħames snin.
(113)      Id-data tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni u l-esperjenza tal-korruzzjoni taċ-ċittadini u tan-negozji kif irrappurtata s-sena l-oħra tiġi aġġornata kull sentejn. L-aħħar ġabra ta’ data hija tal-Ewrobarometru Speċjali 502 (2020) u tal-Ewrobarometru Flash 482 (2019).
(114)      Il-kontribut mill-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(115)      BGN 12,172,551.64
(116)      L-informazzjoni u l-kontribut li wasal mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fil-Bulgarija.
(117)      Kontribut mill-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni. Ara wkoll l-Abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni u l-Azzjoni kontra l-Korruzzjoni (2021-2027).
(118)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 1.
(119)

     Ir-rapport annwali tal-attività tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni fl-2020, pp. 41-43.

(120)      Il-Kummissjoni Ewropea: L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-OLAF jirrakkomanda l-irkupru ta’ kważi EUR 6 miljun wara l-allegat abbuż ta’ poter fil-ministeru Bulgaru - l-Istqarrija għall-Istampa tal-UE Nru 04/2021.
(121)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 12. Barra minn hekk, f’Ġunju 2021, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti ħareġ sanzjonijiet immirati lejn ċerti ċittadini Bulgari (inkluż eks membru tal-Parlament) talli wettqu atti ta’ korruzzjoni, f’konformità mal-Global Magnitsky Act tal-Istati Uniti. L-ispecially designated nationals list update tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti - it-2 ta’ Ġunju 2021.
(122)

     Adottata mill-Kunsill tal-Ministri bir-Riżoluzzjoni Nru 57 tat-2 ta’ April 2020. Ir-rwol tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-impjegati taċ-ċivil fis-sistema tal-integrità tas-settur pubbliku bħalissa qed jiġi rieżaminat bl-appoġġ tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) fil-proġett “Immexxu ’l Quddiem ir-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika”. 

(123)

     L-Artikolu 32, il-paragrafu 1, il-punt 6 tal-Liġi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-konfiska ta’ proprjetà akkwistata illegalment.

(124)

     L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2017), ir-Regoli ta’ organizzazzjoni u l-proċedura tal-assemblea nazzjonali.

(125)

     Bħalma huma l-proċeduri miftuħa jew magħluqa u d-deċiżjonijiet tal-entitajiet kompetenti.

(126)      Għadd kbir ta’ bodycams ġew ipprovduti mill-Ministeru tal-Intern (proġett iffinanzjat permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Kummissjoni Ewropea) u dawn ġew użati sa mill-2021.
(127)

     Ir-rapport dwar is-sigurtà interna: fil-perjodu 2014-2020, tmien uffiċjali tat-traffiku ġew ikkundannati. U aktar minn hekk, informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fir-Rumanija.

(128)      Fl-2020, 83,316-il dikjarazzjoni ta’ assi u interessi ta’ persuni li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Istat ġew ippreżentati fil-ħin (jiġifieri 250 inqas milli fl-2019). F’46 każ kien hemm il-ksur tar-regoli amministrattivi (jiġifieri tnaqqis ta’ 38 % meta mqabbel mal-2019); u f’żewġ każijiet nħarġu sanzjonijiet (jiġifieri tnaqqis ta’ 50 % meta mqabbel mal-2019). Fl-2020, l-ispettorati interni wettqu 4,750 verifika (jiġifieri tnaqqis ta’ 23 % meta mqabbel mal-2019). Fl-2020, instab li kien hemm 21 ksur amministrattiv (meta mqabbel ma’ sitt każijiet ta’ ksur fl-2019); bl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet f’erba’ każijiet, minbarra disa’ każijiet ta’ terminazzjoni tal-impjieg minħabba inkompatibilitajiet (jiġifieri l-istess numru tal-2019). Għall-2020, l-għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ assi ta’ persuni f’karigi pubbliċi għoljin riċevuti u pproċessati naqas b’madwar 36 % meta mqabbel mal-2019. L-għadd ta’ dikjarazzjonijiet, li ma ġewx ippreżentati jew li ġew ippreżentati tard żdied b’madwar 160 % fl-2020, meta mqabbel mal-2019. Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(129)      Fl-2020, il-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni wettqet 28 verifika (apparagun ta’ 17 fl-2019) dwar każijiet ta’ kunflitt ta’ interess u inkompatibbiltà. Fl-2020 ġew adottati t-total ta’ 30 deċiżjoni li jistabbilixxu kunflitt ta’ interess, filwaqt li fl-2019 ġew adottati 14-il deċiżjoni bħal dawn. Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Ara wkoll, GRECO, Fourth Evaluation Round - it-tieni rapport ta’ konformità, ir-Rakkomandazzjonijiet iii u iv, il-paragrafu 11. Il-GRECO kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet iii u iv dwar id-divulgazzjoni tal-assi, id-divulgazzjoni u l-aċċertament tal-kunflitti ta’ interess u tal-impatt tagħhom fuq il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-korruzzjoni, ġew implimentati b’mod sodisfaċenti.
(130)      Kif indikat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, analiżi riċenti miċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Parlamentari li tkopri l-perjodu minn April 2017 sa Diċembru 2019 uriet li kważi 37 % tal-atti legali adottati jimmodifikaw atti oħra b’emendi, inkluż fit-tranżizzjoni u fid-dispożizzjonijiet finali tal-att emendatorju. Il-partijiet ikkonċernati esprimew tħassib serju li din il-prattika mhux biss tħalli impatt negattiv fuq it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv fil-pajjiż, iżda f’xi każijiet tista’ tkun sinjal ta’ lobbying irregolari.
(131)      L-Artikolu 123 (dwar il-protezzjoni tax-xhieda) tal-kodiċi ta’ proċedura kriminali.
(132)      Id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali.
(133)      Il-kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 29.
(134)      L-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2021 tar-Reporters mingħajr fruntieri jpoġġi lill-Bulgarija fil-112-il post minn 180 pajjiż immonitorjat, pożizzjoni inqas mis-sena li għaddiet (l-aħħar post fl-UE).
(135)      L-Att dwar it-Televiżjoni u r-Radju.
(136)      Maħruġ fil-Gazzetta tal-Istat, fil-ħarġa 109/2020.
(137)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p. 15.
(138)      Id-digriet Nru 113/ 29.03.2021 u d-Digriet Nru 177/ 29.04.2021.
(139)      L-informazzjoni li waslet mis-CEM fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(140)      L-informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fil-Bulgarija, il-Media pluralism Monitor tal-2021, il-Bulgarija, p. 12. Livell għoli ta’ konċentrazzjoni huwa rreġistrat fis-settur tat-TV (92 % tas-sehem totali tas-suq tal-akbar erba’ sidien). L-ishma kumulattivi tal-udjenzi tal-aqwa erba’ gruppi tal-media tat-televiżjoni (74 %) u l-aqwa erba’ gruppi tar-radju (79 %) huma wkoll indikattivi ta’ konċentrazzjoni għolja. Is-settur tal-media online huwa kkaratterizzat minn nuqqas ta’ data preċiża.
(141)      Il-Media pluralism Monitor tal-2021, p. 15.
(142)      Ir-Reporters mingħajr Fruntieri, il-Bulgarija.
(143)      Il-Media pluralism Monitor tal-2021, p. 14.
(144)      Il-Ministeru tal-Finanzi (2019), il-Programm ta’ Żvilupp Nazzjonali tal-Bulgarija tal-2030.
(145)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Bulgarija.
(146)      Il-Media pluralism Monitor tal-2021, il-Bulgarija p. 7.
(147)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p.17.
(148)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Bulgarija.
(149)      L-awtoritajiet ma wieġbu għall-ebda waħda mill-allerti. Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u tas-sikurezza tal-ġurnalisti.
(150)      Ir-Reporters mingħajr Fruntieri, il-Bulgarija.
(151)      L-Artikolu 87 tal-Kostituzzjoni: kull membru tal-Assemblea Nazzjonali jew tal-Kunsill tal-Ministri għandu d-dritt li jintroduċi abbozz ta’ liġi. Din tiġi adottata mill-Assemblea Nazzjonali f’żewġ stadji ta’ qari. L-abbozz tal-liġi adottat jintbagħat lill-President tar-Repubblika tal-Bulgarija, li jiffirma digriet għall-promulgazzjoni tiegħu. L-att huwa ppromulgat fil-Gazzetta tal-Istat u jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu, sakemm l-att ma jipprevedix mod ieħor. Ara wkoll ir-riforma riċenti tal-abbozzi tal-Kostituzzjoni msemmija fin-nota 40 f’qiegħ il-paġna, li testendi d-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva anki għall-Kunsilli għall-ġudikatura. Madankollu, aktar tard din tħalliet barra mill-abbozz.
(152)      COM(2019)498, p.3.
(153)      Id-Digriet Nru 21 tal-14 ta’ Frar 2020 emenda d-dħul fis-seħħ oriġinali tad-Digriet (Nru 240 tal-Kunsill tal-Ministri tal-2019) li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Nazzjonali għall-Monitoraġġ.
(154)      L-appell ġie ppreżentat mill-NGO affettwata mill-kanċellazzjoni tal-proċedura inizjali għall-għażla tal-hekk imsejjaħ Kunsill Ċivili fil-mekkaniżmu ta’ postmonitoraġġ.
(155)      Adottata bid-Deċiżjoni Nru 885 tal-Kunsill tal-Ministri tat-3 ta’ Diċembru 2020.
(156)      Il-liġijiet ewlenin huma definiti mill-Kunsill tar-Riforma Amministrattiva, wara mandat ta’ ħames snin, skont il-Liġi dwar l-Atti Legali tal-2016.
(157)      Għal aktar informazzjoni ara https://www.parliament.bg/pub/NCIOM/2021
(158)      Waqt l-44 Assemblea Nazzjonali, il-membri parlamentari pproponew aktar minn 60 % tal-abbozzi ta’ liġijiet. – L-istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 9.
(159)      L-istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 62.
(160)      Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt ġiet aġġornata fl-2019. Il-Kunsill għar-riforma amministrattiva (korp konsultattiv tal-Kunsill tal-Ministri) approva mudelli ġodda u gwida dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt fi Frar 2021. Il-Gvern jippubblika wkoll il-lista ta’ valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sit web tiegħu tal-konsultazzjonijiet. - www.strategy.bg .
(161)      Is-sit web tal-Parlament juri li l-abbozzi tal-liġijiet tal-Kunsill tal-Ministri għandhom dawn id-dokumenti.
(162)      L-istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 16 u p. 20.
(163)      Il-Kunsill tal-Ministri (2020), Gwida għall-valutazzjoni tal-impatt ex-post.
(164)      F’93 % tal-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni - Ara l-Istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 56-57.
(165)      Ara r-referenza preċedenti.
(166)      F’9 % tal-abbozzi tal-leġiżlazzjoni – Ara l-istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 59.
(167)      F’37 % tal-abbozzi ta’ liġijiet proposti, id-dispożizzjonijiet finali u tranżizzjonali emendaw leġiżlazzjoni oħra, li huma 2 % aktar apparagun tal-Assemblea Nazzjonali preċedenti. L-istudju tal-attività tat-tfassil tal-liġijiet tal-Assemblea Nazzjonali (April 2017 – Marzu 2021), p. 46. (Eż. l-introduzzjoni ta’ emendi fil-Kodiċi Kriminali permezz tal-Kodiċi tal-Kummerċ Marittimu jagħmlu t-trasport mhux regolat ta’ persuni bħala reat kriminali, minkejja li diġà huwa punibbli skont il-leġiżlazzjoni amministrattiva).
(168)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, p.19.
(169)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Bulgarija. Pereżempju, ara l-liġi li tistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà kriminali tal-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu jew tagħha, fejn, l-emendi bejn iż-żewġ stadji ta’ qari ġew introdotti sal-iskadenza u approvati ftit wara mingħajr dibattitu fil-fond. Il-proċess jista’ jiġi esplorat fuq https://www.parliament.bg/bg/bills/ID/163448
(170)      L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2020),    id-Deċiżjoni li jiġi ddikjarat l-istat ta’ emerġenza, it-13 ta’ Marzu 2020, u l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija (2020), id-Deċiżjoni li jiġi estiż l-istat ta’ emerġenza, it-3 ta’ April 2020. Din id-deċiżjoni tat setgħat estensivi lill-Gvern biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizza l-emerġenza.
(171)      Il-Liġi li temenda u tissupplimenta l-Att dwar is-Saħħa.
(172)      L-Artikolu 63 tal-Att dwar is-Saħħa. Skont din is-sistema l-ġdida, il-Kunsill tal-Ministri jista’ jiddikjara sitwazzjoni ta’ emerġenza ta’ epidemija għal ċertu perjodu ta’ żmien fuq suġġeriment tal-Ministru għas-Saħħa. Dan jippermetti li wħud mill-miżuri meħuda taħt l-istat ta’ emerġenza jkomplu japplikaw u jiġu introdotti oħrajn ġodda, minkejja tmiem l-istat ta’emerġenza.
(173)      Wara talba mingħand il-President tar-Repubblika; id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, il-kawża Nru 7 tal-2020.
(174)      Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 10 tal-2020 tal-kawża Nru 7 tal-2020, it-23 ta’ Lulju 2020.
(175)      Kontribut tal-Bulgarija għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 42-43.
(176)      Il-kawża tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2020, Nru 13.
(177)      Id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 2 tal-2021 dwar il-Kawża Nru 13 tal-2020.
(178)      Għal aktar informazzjoni ara l-Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri li jindirizzaw it-tħassib imqajjem mir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt - https://www.strategy.bg/StrategicDocuments/View.aspx?lang=bg-BG&Id=1314
(179)      L-abbozz ta’ liġi 054-01-60 - l-abbozz ta’ liġi li jemenda u jissupplimenta l-liġi dwar l-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ.
(180)      Il-partijiet ikkonċernati esprimew it-tħassib tagħhom fl-opinjonijiet tagħhom ippubblikati fuq is-sit web tal-Parlament bħala parti mill-proċess għall-promulgazzjoni tal-liġi, u dan it-tħassib jinkludi limitazzjonijiet tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-moviment liberu tal-kapital, kif ukoll il-pubbliċità tar-reġistru li jista’ jirriżulta wkoll minn atti ta’ implimentazzjoni (ara l-kontribut taċ-Ċentru Bulgaru għal-Liġi dwar in-Nonprofitt, il-Forum Bulgaru tad-Donazzjonijiet, il-Kumitat ta’ Helsinki tal-Bulgarija), - https://www.parliament.bg/bg/bills/ID/157496
(181)      Fuq l-istess linja – ara l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-78/18.
(182)      Ladarba l-mandat ta’ Assemblea Nazzjonali jiskadi, l-abbozzi tal-leġiżlazzjonijiet pendenti jiskadu. Dawn jistgħu jerġgħu jiddaħħlu mill-Assemblea Nazzjonali li jmiss, madankollu, il-proċess leġiżlattiv għandu jibda mill-bidu nett.
(183)      Ara l-klassifikazzjoni mogħtija minn CIVICUS, il-Bulgarija. Il-klassifikazzjoni hija fuq skala ta’ ħames kategoriji, li huma: miftuħ, ristrett, imxekkel, repress u magħluq.
(184)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Bulgarija.
(185)      Kontribut mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-OHCHR tan-NU għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 8-9