Brussell, 20.7.2021

SWD(2021) 704 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt





Il-Kapitolu tal-Pajjiz dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Ċipru

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUNSILL EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt




Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 703 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 715 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 720 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 723 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 726 final} - {SWD(2021) 727 final}


Astratt

Ir-riforma strutturali tas-sistema ġudizzjarja Ċiprijotta għadha għaddejja, iżda qed tesperjenza dewmien. Pendenti quddiem il-Parlament hemm abbozz ta’ leġiżlazzjoni biex il-Qorti Suprema attwali tinqasam f’Qorti Kostituzzjonali Suprema u Qorti Għolja, u li tirregola l-proċeduri tal-ħatra tal-imħallfin u tal-Presidenti ta’ dawn iż-żewġ ġurisdizzjonijiet ġodda. Dawn il-ħatriet jiġu deċiżi mill-President tar-Repubblika, wara l-parir mhux vinkolanti tal-Kunsill Ġudizzjarju Konsultattiv. Huwa importanti li din ir-riforma tiggarantixxi l-indipendenza ġudizzjarja, f’konformità mal-liġi tal-UE u b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa. L-istabbiliment ta’ Qorti tal-Appell ukoll qed jiġi diskuss fil-Parlament. Għadhom għaddejjin il-proċessi tal-istabbiliment ta’ qrati speċjalizzati u tar-ristrutturar tal-qrati. Ir-regoli l-ġodda tal-proċedura ċivili ġew approvati, li għandhom l-għan li jħaffu l-proċedimenti ġudizzjarji. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Uffiċċju tal-Liġi għadu għaddej, inkluż is-separazzjoni tal-funzjonijiet u l-proċeduri ta’ reklutaġġ. Riformi oħra għandhom l-għan li jegħlbu sfidi importanti għall-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari għad-diġitalizzazzjoni. Il-proċedimenti ġudizzjarji ċivili, kummerċjali u amministrattivi għadhom jieħdu wisq fit-tul.

Ċipru qed ikompli jtejjeb il-qafas leġiżlattiv tiegħu biex jiġġieled il-korruzzjoni, għalkemm għad hemm xi riformi importanti pendenti, bħall-istabbiliment ta’ aġenzija kontra l-korruzzjoni, il-protezzjoni tal-informaturi, ir-regolamentazzjoni tal-lobbying u l-iżvelar tal-assi għall-uffiċjali eletti. L-Uffiċċju għat-Trasparenza u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ngħata l-kompitu li jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ pjan ġdid kontra l-korruzzjoni għall-2021-2026. L-investigazzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni kompliet, bil-manipulazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi tispikka bħala qasam ta’ riskju partikolari, għalkemm l-aġġudikazzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni għadha baxxa. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rċieva riżorsi ġodda, u emenda għall-Kodiċi Kriminali żiedet is-sanzjonijiet għar-reat ta’ abbuż fil-kariga, u dan wassal għall-possibbiltà li jintużaw tekniki ta’ investigazzjoni speċjali fl-investigazzjoni ta’ dan ir-reat. Il-Gvern nieda inkjesta dwar l-iskemi ta’ ċittadini b’investitur biex iwieġeb għall-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li jinvolvu individwi barranin u uffiċjali ta’ livell għoli. Kodiċi ta’ kondotta ġdid iffukat fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jfittex li jtejjeb l-integrità fil-pulizija. Matul il-pandemija tal-COVID-19, l-azzjonijiet imnedija biex jipprovdu għajnuna finanzjarja kienu akkumpanjati minn miżuri li kellhom l-għan li jtaffu r-riskju ta’ frodi u korruzzjoni.

Il-libertà tal-espressjoni u d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni huma protetti b’mod legali u formali fil-Kostituzzjoni. Hemm leġiżlazzjoni sekondarja li tipproteġi espliċitament id-dritt tal-ġurnalisti li jipproteġu lis-sorsi tagħhom u tħaddan il-pluraliżmu tal-media fis-settur tar-radju u tat-televiżjoni. Minn Diċembru 2020, il-liġi sekondarja tistabbilixxi l-qafas u l-kundizzjonijiet għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u tistabbilixxi l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni. L-abbozzi ta’ liġijiet li huma previsti li jiġu adottati fit-tieni nofs tal-2021 huma mmirati lejn it-tisħiħ tal-indipendenza tal-Awtorità tar-Radju u t-Televiżjoni ta’ Ċipru, it-tisħiħ tal-garanziji tal-libertà tal-espressjoni u t-trasparenza tas-sjieda.

Is-sistema ta’ kontrokontrolli tinkludi proċess ta’ konsultazzjoni bħala parti minn Proġett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar. Madankollu, il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni huwa limitat għal diskussjonijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti u jeżisti tħassib dwar l-aċċess għall-abbozzi mill-pubbliku. L-Istat ta’ emerġenza minqux fil-Kostituzzjoni ma ġiex iddikjarat matul il-pandemija. Madankollu, ġew imposti restrizzjonijiet fuq iċ-ċittadini u n-negozji skont il-Liġi tal-Kwarantina, li tagħti s-setgħa lill-Kunsill tal-Ministri biex joħroġ digrieti relatati mal-pandemija tal-COVID-19. Xi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għadhom qed jiffaċċjaw ċerti sfidi fir-rigward tal-qafas tar-reġistrazzjoni, kif innutat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, għalkemm ġie nnutat titjib fil-leġiżlazzjoni l-ġdida, li tippermetti reġistrazzjoni aktar faċli tal-federazzjonijiet tal-NGOs.

I.Is-Sistema Ġudizzjarja

Is-sistema tal-qrati 1 hija magħmula minn sitt Qrati Distrettwali, sitt Qrati tal-Assiżi 2 , il-Qorti Amministrattiva 3 , il-Qorti Amministrattiva tal-Protezzjoni Internazzjonali 4 u l-Qorti Suprema 5 . Bħalissa għaddej l-istabbiliment ta’ Qorti Kostituzzjonali. Barra minn hekk, hemm il-qrati tal-familja, il-qrati għall-kontroll tal-kera, il-qrati għat-tilwimiet industrijali u qorti militari 6 . Hemm 113-il imħallef fil-qrati kollha tal-prim’istanza u 13-il imħallef li jservu fil-Qorti Suprema. L-Imħallfin tal-Qorti Suprema jiġu appuntati mill-President tar-Repubblika minn fost il-gradi tal-ġudikatura u fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti Suprema, li l-President mhux obbligat isegwi. Madankollu, skont prattika stabbilita, il-President tar-Repubblika jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Suprema, li, fuq il-bażi tal-anzjanità, tipproponi l-aktar imħallef anzjan fis-servizz għal kull pożizzjoni vakanti. L-istess prassi tapplika għall-ħatra tal-President tal-Qorti Suprema, li għaliha l-President tar-Repubblika dejjem isegwi r-rakkomandazzjoni li jinħatar l-aktar imħallef anzjan fis-servizz ta’ dik il-Qorti 7 . L-imħallfin tal-prim’istanza jiġu appuntati, trasferiti u promossi mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (SCJ - Supreme Council of Judicature), li huwa magħmul mill-membri kollha tal-Qorti Suprema (il-President u 12-il Imħallef) 8 . L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa indipendenti u jaqa’ taħt l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. L-Avukat Ġenerali huwa l-kap tal-Uffiċċju tal-Liġi tar-Repubblika, uffiċċju indipendenti li jassistih, li mhuwiex soġġett għal xi ministeru 9 . L-Avukat Ġenerali għandu s-setgħa, eżerċitabbli għad-diskrezzjoni tiegħu fl-interess pubbliku, li jistitwixxi, imexxi, jieħu f’idejh u jkompli jew ma jkomplix kwalunkwe proċediment għal reat kontra kwalunkwe persuna (ġuridika jew fiżika). L-Avukat Ġenerali huwa wkoll il-konsulent ġuridiku tar-Repubblika tal-President, tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Ministri individwalment. Iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri kollha l-oħra mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni jew mid-dritt statutorju 10 . Ċipru jipparteċipa fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. L-assoċjazzjoni nazzjonali indipendenti tal-avukati għandha kompetenza regolatorja u dixxiplinarja fir-rigward tal-membri tagħha.

Indipendenza

Il-livell tal-indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa medju. Fost il-pubbliku ġenerali, 48 % huma tal-fehma li l-indipendenza ġudizzjarja hija “pjuttost tajba” jew “tajba ħafna”, proporzjon li naqas b’seba’ punti perċentwali fl-2021 meta mqabbel mal-2020. Iċ-ċifra korrispondenti fost il-kumpaniji hija ta’ 45 % u naqset bi 3 punti perċentwali mill-2020 11 . Dan il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita 12 ilu fil-livell medju mill-2016.

Is-separazzjoni tal-Qorti Suprema attwali f’Qorti Kostituzzjonali Suprema u f’Qorti Għolja hija pendenti quddiem il-Parlament 13 . L-abbozz ta’ leġiżlazzjoni ġie ppreżentat lill-Parlament fi tmiem l-2020, u ġie stabbilit Kumitat ad hoc biex jiffinalizza t-test 14 . Dan l-abbozz attwalment jipprevedi li l-ħatra tal-imħallfin u tal-Presidenti ta’ dawn il-qrati tittieħed biss mill-President tar-Repubblika 15 . Huwa jistabbilixxi Kunsill Ġudizzjarju Konsultattiv 16 – differenti mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura – inkarigat mit-tħejjija ta’ lista tal-aktar kandidati xierqa għall-ħatra, li ma tkunx vinkolanti fuq il-President 17 . Huwa importanti li din ir-riforma tiggarantixxi l-indipendenza ġudizzjarja, f’konformità mal-liġi tal-UE u b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa 18  Konsultazzjoni mal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni tagħti serħan il-moħħ dwar ir-riforma proposta għal dak il-għan. Hemm abbozzi ta’ leġiżlazzjoni li jipprevedu wkoll l-istabbiliment ta’ Qorti tal-Appell, li għaliha l-imħallfin u l-President jinħatru mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura. Wara x-xoljiment tal-Parlament fl-14 ta’ April 2021 fid-dawl tal-elezzjonijiet leġiżlattivi fit-30 ta’ Mejju, l-abbozzi pendenti se jiġu diskussi mill-Parlament li għadu kif ġie elett.

Għaddejjin riformi fir-rigward tal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura, sabiex isir aktar rappreżentattiv tal-komponenti tas-sistema ġudizzjarja. Abbozz ta’ liġi mħejji fl-2020 ippropona t-tkabbir tal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (SCJ). Dan ikun magħmul mill-membri tal-Qorti Suprema, il-President u l-Kummissarji tal-Qorti Għolja, il-President tal-Qorti tal-Appell, l-aktar President anzjan tal-Qrati Distrettwali, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin, l-Avukat Ġenerali u l-President tal-Kamra tal-Avukati Ċiprijotta. Il-ġudikatura esprimiet il-preferenza għal SCJ rivedut magħmul biss minn membri tal-ġudikatura 19 . Dan l-abbozz ta’ liġi huwa attwalment pendenti sa minn tmiem l-2020 u ma kienx ġie adottat qabel ix-xoljiment tal-Parlament aktar kmieni din ir-rebbiegħa 20 . Huwa importanti li din ir-riforma tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa 21 .

22 23 24 25 Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Liġi tar-Repubblika qed jiġi implimentat u hija prevista leġiżlazzjoni li tiżgura l-indipendenza baġitarja tal-Uffiċċju. Fost l-oħrajn, ir-riforma tinkludi r-ristrutturar u l-ħolqien ta’ direttorati awtonomi u separati fl-Uffiċċju tal-Liġi sabiex is-separazzjoni taż-żewġ funzjonijiet ewlenin tal-Avukat Ġenerali ssir aktar effettiva, il-ħolqien ta’ karigi ġodda, ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri, is-separazzjoni tal-karigi u l-proċeduri ta’ reklutaġġ. Għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar abbozz ta’ liġi, bejn l-Avukat Ġenerali u l-Ministeru għall-Finanzi, rigward l-indipendenza baġitarja tal-Uffiċċju tal-Liġi. Sabiex tiġi antiċipata r-riforma prevista, fi tmiem l-2020, numru sostanzjali ta’ avukati ġodda ġew reklutati fl-Uffiċċju tal-Liġi tar-Repubblika u għadd minnhom jittrattaw każijiet kriminali inklużi każijiet ta’ korruzzjoni.

Kwalità

Jittieħdu miżuri biex titjieb id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja iżda għad hemm tħassib serju f’dan il-qasam. Il-pubbliku ġenerali ftit għandu informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu rigward is-sistema ġudizzjarja 26 . Barra minn hekk, ftit li xejn hemm soluzzjonijiet diġitali biex jinbdew u jiġu segwiti proċedimenti f’kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi 27 . L-introduzzjoni ta’ sistema elettronika għall-amministrazzjoni tal-qrati hija fost l-objettivi ewlenin tar-riformi li għaddejjin bħalissa 28 . Madankollu, l-implimentazzjoni tagħha u l-proċeduri rilevanti ta’ akkwist pubbliku ilhom jistennew sa mill-2017. Sadanittant, tħejja reġistru żgħir elettroniku għall-preżentazzjoni tal-kawżi u beda jopera fl-2020 fir-reġistri ċivili kollha u fil-Qorti Suprema sabiex jingħata lok għal ipproċessar aktar effiċjenti tar-rikorsi, sakemm is-sistema tal-ġustizzja elettronika (e-justice) tiġi implimentata għalkollox 29 . L-implimentazzjoni tar-reġistru ġiet aċċellerata mill-pandemija tal-COVID-19.

Ġew żviluppati għall-pubbliku aktar websites informattivi dwar il-każistika u l-leġiżlazzjoni. Website indukrat mill-Kamra tal-Avukati Ċiprijotta, jipprovdi aċċess pubbliku miftuħ, mingħajr ħlas, għal għadd ta’ settijiet tad-data, bħal każistika u bażijiet tad-data tal-leġiżlazzjoni. Jiġifieri, jipprovdi aċċess għall-bażi tad-data tal-ġurisprudenza Ċiprijotta, il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ta’ Ċipru, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-leġiżlazzjoni Ċiprijotta. L-aċċess għall-bażijiet tad-data online nazzjonali u barranin huwa pprovdut lill-Imħallfin Ċiprijotti mill-Qorti Suprema, li tħallas l-ispejjeż 30 .

Effiċjenza

Għad hemm tħassib serju rigward l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja 31 . Iż-żmien meħtieġ biex jiġu deċiżi kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi fil-qrati tal-prim’istanza (882 jum fl-2019, meta mqabbla mas-737 jum fl-2018) għadu fost l-itwal fl-UE 32 . Fil-ġustizzja amministrattiva fil-prim’istanza, il-perjodu għall-proċedimenti żdied (495 jum fl-2019 meta mqabbla ma’ 487 jum fl-2018) 33 u r-rata tal-għeluq tal-kawżi naqset (madwar 170 % fl-2019 meta mqabbla ma’ madwar 219 % fl-2018) 34 . Minn Settembru 2020, ġie implimentat proġett fuq bażi pilota fil-Qorti Distrettwali ta’ Paphos biex jitnaqqas ix-xogħol b’lura. Wara r-reklutaġġ ta’ għadd ta’ mħallfin addizzjonali, inħolqot task force li tiffoka b’mod partikolari fuq it-trattament tal-każijiet pendenti 35 .

L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-effiċjenza tkompli għalkemm b’xi dewmien 36 . F’dan il-qafas, abbozz ta’ liġi abbozzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku fi tmiem l-2020 jipprevedi ż-żieda tal-ġurisdizzjoni ċivili tal-Imħallfin tal-Qorti Distrettwali u l-imħallfin tal-Qorti Distrettwali Superjuri, fir-rigward tal-ammont ta’ disputi li jistgħu jisimgħu u jaġġudikaw, sabiex jippermetti aktar flessibbiltà għas-sistema 37 . Id-Deċiżjoni meħuda mill-Qorti Suprema fi Frar 2019 li tassenja t-trattament ta’ tilwim finanzjarju - proċeduri ġudizzjarji relatati ma’ self improduttiv - lil sitt imħallfin anzjani li diġà qed iservu fuq il-Qorti Distrettwali, għadha qed tiġi implimentata 38 .

Ir-regoli l-ġodda tal-proċedura ċivili ġew approvati. Fid-19 ta’ Mejju 2021, ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili l-ġodda ġew approvati mill-Qorti Suprema, u ħadu post il-qafas legali skadut fis-seħħ mill-1958 39 . Dawn ir-regoli, li għadhom mhumiex implimentati, għandhom l-għan li jħaffu l-proċedimenti ġudizzjarji u li jżidu l-effiċjenza ġenerali tal-proċess ġudizzjarju ċivili inkluż fir-rigward tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti 40 .

II.Qafas Kontra l-Korruzzjoni

Ġie adottat pjan ta’ azzjoni ġdid kontra l-korruzzjoni għall-2021-2026, u l-Uffiċċju għat-Trasparenza u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għandu l-kompitu li jżomm għajnejh fuq l-implimentazzjoni tiegħu. L-Avukat Ġenerali għandu l-kompetenza kumplessiva li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, fosthom il-korruzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur jipprovdi konsulenza ġuridika lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jinvestigaw reati ta’ korruzzjoni. Inħatar Avukat Ġenerali ġdid , akkumpanjat mir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid, u r-riorganizzazzjoni tal-uffiċċju għall-prosekuzzjoni ta’ reati finanzjarji. Liġi ġdida dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika turi titjib fil-qafas leġiżlattiv kontra l-korruzzjoni.

Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku għadu relattivament għoli. Fl-Indiċi tal-2020 dwar il-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni minn Transparency International, Ċipru ġab 57 minn 100 punt u jinsab fil-tnax-il post fl-Unjoni Ewropea u fit-tnejn u erbgħin post fid-dinja. 41 Din il-perċezzjoni ddeterjorat b’mod sinifikanti 42 matul l-aħħar ħames snin 43 .

Il-qafas strateġiku dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ġie rivedut. F’Jannar 2021, ġiet adottata Strateġija ġdida kontra l-Korruzzjoni għall-2021-2026 mill-President tar-Repubblika u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku. Il-miżuri proposti jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ trasparenza, responsabbiltà u korruzzjoni, bil-għan li jissaħħu l-istituzzjonijiet eżistenti u jinħolqu salvagwardji ġodda 44 . L-istrateġija tinkludi tliet pilastri 45 , maqsuma f’azzjonijiet speċifiċi 46 . L-Uffiċċju għat-Trasparenza u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku) ħatar żewġ uffiċjali bil-kompitu tal-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni interistituzzjonali tal-Istrateġija. Kull istituzzjoni pubblika għandha punt fokali fuq l-istrateġija kontra l-korruzzjoni, li jirrapporta dwar il-progress rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni taħt ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom. L-Uffiċċju għat-Trasparenza u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni jiġbor u jiċċentralizza l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija, u jippubblika r-riżultati fuq pjattaforma online 47 . Fi tmiem l-2020, il-Kunsill tal-Ministri nieda wkoll programm nazzjonali ta’ integrità bbażat fuq l-istandard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) dwar is-sistema ta’ ġestjoni kontra t-tixħim. Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm 48 .

Il-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika ġiet ippromulgata iżda leġiżlazzjoni oħra kontra l-korruzzjoni għadha qed tiġi diskussa fil-Parlament. Il-liġi dwar id-dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku 49 , li tagħti lil persuna fiżika jew ġuridika d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni miżmuma minn awtorità pubblika, daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2020. L-abbozz ta’ liġi għat-twaqqif ta’ Awtorità Indipendenti kontra l-Korruzzjoni u l-abbozz ta’ liġi dwar il-lobbying għaddew l-ewwel qari quddiem il-Kumitat Parlamentari rilevanti. Għadd ta’ abbozzi ta’ liġijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-assi ta’ uffiċjali eletti u tal-Istat jibqgħu quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Istituzzjonijiet, il-Mertu u l-Kummissarju għall-Amministrazzjoni 50 . Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien għall-adozzjoni finali.

Is-sanzjoni għar-reat ta’ abbuż ta’ kariga pubblika żdiedet. F’Marzu 2021, is-sanzjoni għar-reat ta’ abbuż mill-kariga 51 minn uffiċjali pubbliċi (kemm jekk eletti kif ukoll jekk maħtura) żdiedet minn tliet snin għal seba’ snin priġunerija 52 .

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jkompli jtejjeb il-kapaċità tiegħu. L-Avukat Ġenerali ġdid inħatar fl-aħħar ta’ Ġunju 2020. L-uffiċċju reċentement irrekluta 24 avukat tal-ewwel livell li ngħataw il-mandat li jmexxu l-prosekuzzjoni kontra reati finanzjarji, inkluża l-korruzzjoni, u tliet uffiċjali ġew trasferiti mid-dipartiment tal-persunal għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Bejn l-2013 u l-2020, ġew investigati 149 każ ta’ korruzzjoni, li minnhom 20 każ ġew aġġudikati (inklużi ħames każijiet li jikkonċernaw uffiċjali ta’ grad għoli u persuni esposti politikament) 53 . Qasam partikolari ta’ riskju, irregolat mil-liġi dwar il-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi 54 , irriżulta f’diversi investigazzjonijiet miftuħa dwar il-korruzzjoni (12-il każ fl-2020, u tliet każijiet fl-2021) u kunflitti ta’ interess (żewġ każijiet fl-2020, u waħda fl-2021) iżda l-ebda aġġudikazzjoni sa issa 55 . Matul l-2020, l-Avukat Ġenerali kkoordina laqgħat mal-assoċjazzjoni tal-imħatri u mal-pulizija, relatati mal-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi 56 .

Il-Gvern nieda kummissjoni ta’ inkjesta biex tinvestiga l-iskema Ċiprijotta ta’ ċittadinanza b’investiment. Bi tweġiba għall-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li jinvolvu individwi barranin u uffiċjali ta’ grad għoli (inkluża l-parteċipazzjoni possibbli ta’ persuni esposti politikament), b'talba tal-Kunsill tal-Ministri, l-Avukat Ġenerali ħatar, fis-7 ta’ Settembru 2020, kummissjoni ta’ inkjesta bil-kompitu li tinvestiga u teżamina n-naturalizzazzjonijiet kollha skont l-iskema Ċiprijotta ta’ ċittadinanza b’investiment mill-2007 sal-2020. Huwa rrappurtat li l-Kummissjoni eżaminat 6,779 naturalizzazzjoni bbażati fuq l-investiment 57 . Il-konklużjonijiet preliminari tal-kummissjoni, maħruġa f’April 2021, jindikaw li aktar minn 53 % tan-naturalizzazzjonijiet analizzati kollha ngħataw bi ksur tal-liġi 58 . Il-Kummissjoni Ewropea nediet proċedura ta’ ksur kontra Ċipru fir-rigward tal-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment 59 . 

L-uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ reati finanzjarji ġie organizzat mill-ġdid. Fl-2020, l-uffiċċju tal-investigazzjoni ta’ reati finanzjarji ġie organizzat mill-ġdid f’żewġ diviżjonijiet: diviżjoni waħda responsabbli għall-investigazzjoni ta’ reati finanzjarji, u diviżjoni waħda ta’ appoġġ (li l-operazzjonijiet tagħha bdew fi Frar 2021) ma’ żewġ investigaturi tal-pulizija u erba’ kontabilisti forensiċi 60 . L-unità ta’ appoġġ tappoġġa b’mod trasversali lil unitajiet oħra, permezz ta’ analiżi tal-intelligence finanzjarja u diliġenza dovuta fuq persuni suspettużi. Madankollu, id-diffikultà biex jiġi attirat u miżmum persunal kwalifikat tibqa’ sfida għall-uffiċċju 61 . Xi investigazzjonijiet ta’ reati finanzjarji huma mdewma minħabba r-rispons bil-mod tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal ordnijiet ta’ divulgazzjoni tal-qorti u, għal xi każijiet internazzjonali, minħabba l-allegat tul ta’ reazzjonijiet tal-awtoritajiet barranin għal talbiet għal assistenza legali reċiproka 62 . Fl-2020, kien hemm konfiska waħda fir-rigward ta’ reat ta’ korruzzjoni li kien jinvolvi erba’ konvenuti, inkluż impjegat wieħed taċ-ċivil 63 .

Ġew introdotti strumenti ġodda għat-titjib tal-integrità fil-pulizija, inkluża pjattaforma online għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Fl-2020, is-servizz tal-affarijiet interni tal-Pulizija (Police internal affairs service, PIAS), li huwa inkarigat mill-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-pulizija, nieda pjattaforma online għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Minn dak iż-żmien lil hawn irċeviet 141 ilment 64 : Diġà ġew investigati 36 ilment (li 21 minnhom aktar tard ġew miċħuda). Ma hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kawżi aġġudikati. Fil-bidu tal-2021, il-PIAS adotta kodiċi ta’ kondotta tal-pulizija ffukat fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (minqux fil-kodiċi tal-etika tal-pulizija eżistenti) 65 , u spjega l-kompetenzi tiegħu f’fuljett informattiv għall-komunità. F’każ ta’ suspetti ta’ korruzzjoni fuq uffiċjal tal-pulizija, il-PIAS jista’ jiddeċiedi li jwettaq “test tal-integrità” fuq il-persuna suspettata. Filwaqt li s-suspetti ta’ korruzzjoni jiġu nnotifikati lill-Avukat Ġenerali, elementi li jindikaw ksur ta’ dispożizzjonijiet dixxiplinari jintbagħtu lid-Direttur tal-pulizija, għal miżuri korrettivi possibbli. Bejn l-2018 u l-2020, ġew riferuti 13-il każ lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u każ wieħed ġie aġġudikat (b’kundanna). Bħalissa, hemm 11-il investigazzjoni miftuħa, u waħda pendenti fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 66 .

Ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda rigward il-kunflitt ta’ interess tal-Membri tal-Parlament. Fi Frar 2021, il-Kamra tar-Rappreżentanti adottat Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tagħha, b’dispożizzjonijiet relatati ma’ inkompatibbiltajiet, dikjarazzjonijiet ta’ assi, rigali u lobbying 67 . Il-konformità mal-Kodiċi se tiġi mmonitorjata minn Kumitat Parlamentari speċifiku. Fil-każ ta’ impjegati oħra taċ-ċivil, minbarra l-liġi amministrattiva eżistenti 68 , proġett li għaddej bħalissa għandu l-għan li jfassal sett komuni ta’ prinċipji dwar il-kunflitti ta’ interess għall-uffiċjali pubbliċi mis-setturi kollha 69 .

Ma hemm l-ebda data dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tad-dikjarazzjoni tal-assi. Għalkemm jeżistu regoli dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi, tqajmu kwistjonijiet fir-rigward tal-preċiżjoni u l-verifika ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet 70 . Barra minn hekk, filwaqt li jeżistu regoli u sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi dwar id-dikjarazzjoni tal-assi, inkluż fil-każ ta’ uffiċjali ta’ livell għoli u persuni esposti politikament (bħall-Membri tal-Parlament u l-President tar-Repubblika), l-effikaċja tagħhom għadha mhux ċara fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dikjarazzjoni tal-assi. Għalhekk, it-tħassib stabbilit fir-rapport tas-sena l-oħra jibqa’ validu.

Abbozz ta’ liġi dwar “Rappurtar ta’ Atti ta’ Korruzzjoni” ilu jistenna l-approvazzjoni 71 mil-leġiżlatur sa minn Mejju 2017. Din il-leġiżlazzjoni tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw atti ta’ korruzzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat 72 .

Azzjonijiet immirati lejn il-prevenzjoni tal-frodi fl-iskemi ta’ għajnuna ġew skjerati matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-Ministeru tax-Xogħol, l-Assistenza Soċjali u l-Assigurazzjoni Soċjali nieda mekkaniżmu ta’ kontroll, marbut mal-bażi tad-data tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali, li jippermetti kontrolli awtomatiċi fuq il-benefiċjarji tas-sussidji relatati mal-COVID-19 (imsejħa wkoll “skema speċjali”). F’każ ta’ ksur tal-kriterji biex wieħed jikkwalifika għall-“iskema speċjali”, il-Ministeru tax-Xogħol, l-Assistenza Soċjali u l-Assigurazzjoni Soċjali talab li l-benefiċċji rilevanti jingħataw lura. Fis-settur tas-saħħa, il-limiti massimi tal-prezzijiet għall-elementi essenzjali għall-protezzjoni kontra l-marda (pereżempju maskri, jew testijiet mediċi tal-COVID-19) huma fost il-miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw ir-riskji ta’ korruzzjoni 73 .

III.Il-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media

F’Ċipru, il-protezzjoni ġuridika u formali tal-libertà ta’ espressjoni u d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni tinsab minquxa fl-Artikolu 19 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru. Hemm leġiżlazzjoni sekondarja li tipproteġi espliċitament id-dritt tal-ġurnalisti li jipproteġu lis-sorsi tagħhom u tħaddan il-pluraliżmu tal-media fis-settur tar-radju u tat-televiżjoni. Il-liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (2017) daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2020 wara bosta dewmien bil-għan li dan id-dritt jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni sekondarja 74 . Il-Liġi tistabbilixxi l-qafas u l-kundizzjonijiet għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni li tinżamm mill-awtoritajiet pubbliċi u tistabbilixxi l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni. Żewġ abbozzi ta’ liġijiet separati skedati għall-adozzjoni fit-tieni nofs tal-2021 huma mistennija li, rispettivament, jallinjaw il-leġiżlazzjoni Ċiprijotta mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jsaħħu l-libertà tal-istampa 75 . Ċipru qassam għotja mill-istat, li tikkonsisti prinċipalment minn dħul mir-reklamar żborżat lill-mezzi tax-xandir biex jinforma lill-pubbliku dwar il-pandemija tal-COVID-19.

Ġew ippreżentati emendi 76 bil-ħsieb li tissaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur għas-servizzi tal-media awdjoviżiva, l-Awtorità Ċiprijotta tat-Televiżjoni tar-Radju. Kienu ppreżenati fil-Parlament emendi għal-Liġi tax-Xandara bir-Radju u t-Televiżjoni 7(I)/1998 sabiex tiġi stipulata b’mod espliċitu l-indipendenza funzjonali u effettiva tal-Awtorità li tallinja l-Liġi mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 77 . Barra minn hekk, il-kriterji tal-għażla tal-membri tal-bord tal-Awtorità Ċiprijotta tar-Radju u t-Televiżjoni huma konformi mal-Kodiċi Ċiprijott ta’ Governanza Pubblika kif introdott bid-Deċiżjoni 87/869 tal-Kunsill tal-Ministri, biex b’hekk jiġi żgurat li l-membri tal-bord ikollhom livell għoli ta’ kwalifiki professjonali 78 .

Il-Kunsill tal-istampa indipendenti ta’ Ċipru, il-Kummissjoni għall-Ilmenti tal-Media, jikkonsisti minn 13-il membru u huwa responsabbli għall-awtoregolamentazzjoni tal-media tal-aħbarijiet, kemm bil-miktub kif ukoll elettronika. Jekk jiġi ppromulgat, l-Abbozz dwar is-salvagwardja tal-libertà tal-istampa u l-operat tal-media 79 jnaqqax lill-Kummissjoni tal-Ilmenti fil-liġi 80 . Filwaqt li l-Kummissjoni tal-Ilmenti hija kompletament ħielsa mill-indħil tal-gvern u mis-superviżjoni ġudizzjarja, il-Media Pluralism Monitor jindika li l-pandemija tal-COVID-19 u s-sensji relatati aggravaw kwistjonijiet li ilhom jeżistu fejn il-ħidma tal-Kummissjoni hija fil-biċċa l-kbira ffukata fuq is-salvagwardja tal-impjiegi u s-salarji u inqas fuq l-indipendenza editorjali 81 .

Il-qafas regolatorju f’Ċipru li diġà jippermetti ċertu livell ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media fis-settur tal-media awdjoviżiva mistenni li jissaħħaħ. Ir-rapport tat-2021 Media Pluralism Monitor (MPM) tal-2021 ifakkar fit-tħassib u jikkonferma l-livelli ta’ riskju indikati fl-MPM 2020 fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet attwali u n-nuqqas ta’ qafas li jiggarantixxi t-trasparenza tas-sjieda fis-setturi tal-istampa bil-miktub u tal-media diġitali li jagħmilha diffiċli biex jiġu identifikati u vverifikati s-sidien aħħarin jew is-sjieda trasversali f’dawn is-setturi. L-abbozz ta’ leġiżlazzjoni li bħalissa għaddejja minn konsultazzjoni, għandu l-għan li jindirizza dawn il-lakuni 82 billi jobbliga lill-istabbilimenti tal-media kollha jippubblikaw kontijiet awditjati li jipprovdu informazzjoni fir-rigward tas-sidien benefiċjarji 83 .

Għad hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex tiġi salvagwardjata l-indipendenza politika tal-media u u biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess. Filwaqt li għad ma hemm l-ebda qafas li jirregola r-reklamar tal-istat, ingħatat għotja mill-istat ta’ EUR 700 000 - li prinċipalment tikkonsisti fi dħul mir-reklamar żborżat lill-mezzi tal-media - biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-pandemija tal-COVID-19. L-MPM 2021 iqis li s-sussidji pprovduti huma aktar diversifikati mill-iskemi tal-passat u li dawn naqqsu drastikament il-fattur ta’ riskju relatat mal-indikatur dwar ir-regolamentazzjoni mill-istat tar-riżorsi 84 .L-MPM 2021 ikkonkluda li kien hemm tnaqqis ġenerali fir-riskju fil-qasam tal-indipendenza politika (minn 59 % għal 55 %) għalkemm l-awtonomija editorjali għadha qed tiġi pperikolata u hija f’riskju għoli minħabba l-insegwiment ta’ aġendi politiċi mis-sidien tal-media li jwassal għal livell ta’ awtoċensura fost il-persunal editorjali 85 . Qed jiġi żviluppat mekkaniżmu dettaljat li jirregola l-iżborż tad-dħul mir-reklamar għall-kampanji pubbliċitarji tal-istat lil hinn mill-pandemija tal-COVID-19 86 .

Filwaqt li t-theddid dirett għadu rari, ġie rrappurtat każ ta’ fastidju u sorveljanza online ta’ ġurnalist. Hemm fis-seħħ salvagwardji regolatorji għall-protezzjoni ta’ sorsi ġurnalistiċi. Meta jiġi ppromulgat, l-Abbozz dwar is-salvagwardja tal-libertà tal-istampa u l-operat tal-media huwa mistenni li jsaħħaħ il-garanziji tal-libertà tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline 87 . Il-partijiet ikkonċernati qajmu tħassib relatat mal-istalking fuq ġurnalist investigattiv 88 , l-attakk ċibernetiku u l-fastidju diġitali serju li saru fuqu, b’mod partikolari permezz ta’ esponiment fuq il-media soċjali 89 . Il-pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti ma kienet ippubblikat l-ebda twissija mir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, rigward ir-Repubblika ta’ Ċipru.

IV.Kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-ekwilibriju tas-setgħat

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija repubblika rappreżentattiva presidenzjali. Il-President ta’ Ċipru huwa l-Kap tal-Istat kif ukoll il-Kap tal-Gvern. Il-Kamra tar-Rappreżentanti hija l-Parlament u teżerċita s-setgħa leġiżlattiva. Kemm ir-Rappreżentanti kif ukoll il-Ministri għandhom id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva. Il-Qorti Suprema hija kompetenti biex tevalwa l-kostituzzjonalità tal-liġijiet fil-kuntest ta’ kawżi speċifiċi mressqa quddiemha 90 . Jeżistu għadd ta’ awtoritajiet, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet nazzjonali indipendenti li għandhom l-għan li jipproteġu u jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem.

Minkejja l-miżuri meħuda biex jittejjeb l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-konsultazzjoni pubblika mhux dejjem isseħħ fl-istadju bikri tat-tfassil u l-abbozzar tal-politika. Rarament ikun hemm konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar atti leġiżlattivi 91 , minkejja l-impenn meħud fil-kuntest tal-Proġett għal Regolamentazzjoni Aħjar u ċ-ċirkulari rispettivi tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju Legali tar-Repubblika 92 . Minflok, il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni mhuwiex aċċessibbli ħafna mill-pubbliku u limitat għal diskussjonijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti. F’dan l-istadju, l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi jiġu distribwiti permezz ta’ lista ta’ distribuzzjoni standard tal-Ministeru tal-Ġustizzja lill-partijiet ikkonċernati identifikati minn qabel 93 sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jipprovdu l-fehmiet tagħhom u/jew jipparteċipaw fid-diskussjonijiet tal-kumitati parlamentari permanenti rilevanti 94 . L-Avukat Ġenerali jipproċedi bi stħarriġ minn qabel tal-abbozz ta’ leġiżlazzjoni fejn jidħlu l-osservanza tal-prinċipji ta’ legalità u l-proporzjonalità 95 .

Il-Gvern ingħata s-setgħa li jadotta miżuri sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19. L-istat ta’ emerġenza minqux fil-Kostituzzjoni ma ġiex iddikjarat f’Ċipru. Madankollu, ġew imposti restrizzjonijiet skont il-Liġi dwar il-Kwarantina, li tagħti s-setgħa lill-Kunsill tal-Ministri 96 biex joħroġ Ordnijiet, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li japplikaw kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji 97 . Il-Parlament Ċiprijott jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha relatati mal-COVID-19 98 . Skont l-informazzjoni li waslet mingħand il-Gvern, il-miżuri restrittivi sa issa ġew ikkontestati darba biss, b’kawża mressqa fl-2020 u li għadha pendenti quddiem il-Qorti Amministrattiva, li tikkonċerna l-għadd ta’ impjegati li bihom l-uffiċċji u postijiet tax-xogħol oħra jkunu jistgħu joperaw 99 .

Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, l-Ombudsman kien attiv biex jgħin liċ-ċittadini. L-Ombudsman ilu għaddej minn Marzu 2020 b’kampanja ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem 100 . L-Ombudsman ġie akkreditat bi status B mill-Alleanza Globali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Global Alliance of National Human Rights Institutions, GANHRI) fl-2015 101 u l-akkreditazzjoni tiegħu se tiġi rieżaminata f’Ġunju 2021 102 .

Filwaqt li sar xi progress, għad hemm tħassib fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili 103 . Dan it-tħassib ġie mtenni mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa 104 b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità tal-NGOs li joperaw f’Ċipru u għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-assoċjazzjonijiet li reċentement wasslet għat-tneħħija tar-reġistrazzjoni ta’ diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi. Bi tweġiba għal dan it-tħassib 105 , il-Gvern enfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-2017 106 tintroduċi elementi ta’ trasparenza u responsabbiltà għall-operazzjonijiet tal-NGOs f’konformità kemm mal-linji gwida tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) 107 għall-protezzjoni tal-NGOs mill-finanzjament tal-abbuż tat-terroriżmu kif ukoll mal-ħames direttiva tal-UE għall-prevenzjoni u s-superviżjoni tal-ħasil tal-flus 108 . Ir-reġistrazzjoni ta’ federazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet issa hija possibbli direttament mingħajr ma l-membri tagħhom ikunu wkoll irreġistrati individwalment 109 .

Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku *

* Il-lista ta’ kontributi riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt tista’ tinsab fuq https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation .

Ċentru għall-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media (2021), Media pluralism monitor 2021 Report on Cyprus (tiżdied il-link meta tkun disponibbli).

CEPEJ (2020), Studju dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2010), Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities.

L-Assoċjazzjoni Ċiprijotta tal-Avukati (2021), Media pluralism monitor 2021 Report on Cyprus

Il-Kummissjoni Ċiprijotta ta’ inkjeta (2021), Interim Report on the procedure of granting citizenship to foreign investors and businessmen ( https://www.pio.gov.cy/assets/pdf/newsroom/2021/04/Interim Report 27 04 2021(pdf).pdf ).

Il-Gvern ta’ Ċipru (2021), Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2019), Ewrobarmetru Flash 482: l-attitudnijiet tan-negozji fil-konfront tal-korruzzjoni fl-UE.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Ewrobarometru Speċjali 502: il-korruzzjoni.

GRECO (2020), Fourth Evaluation Round - Second Compliance Report on Cyprus on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors ( https://rm.coe.int/fourth-evaluation-round-corruption-prevention-in-respect-of-members-of/1680a06389 )

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt — Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Skemi taċ-ċittadinanza tal-investituri: Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ ksur kontra Ċipru u Malta talli “jbiegħu” iċ-ċittadinanza tal-UE, INFR(2020)2300 ( https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_20_1925 ).

Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

Ir-Rokna tal-Istampa tal-Kummissjoni Ewropea (2021), Il-pakkett tal-proċeduri ta’ ksur ta’ Ġunju: id-Deċiżjonijiet Ewlenin ( https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/inf_21_2743 ).

Il-Presidenza tar-Repubblika ta’ Ċipru, website ta’ Exandas Communication and Information ( https://exandas.presidency.gov.cy/ )

Financial Action Task Force (2015), Combating the abuse of non-profit organisations (Recommendation 8) ( http://www.fatf-gafi.org/media/fatf/documents/reports/BPP-combating-abuse-non-profit-organisations.pdf ) 

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (2021), Kontribut mill-Fundamental Rights Agency għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Kathimerini (2021), Interim report on golden passports delivered ( https://knews.kathimerini.com.cy/en/news/interim-report-on-golden-passports-delivered ).

Ittra mingħand Dunja Mijatović, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem lil Nicos Nouris, il-Ministru tal-Intern ta’ Ċipru (2021) ( https://rm.coe.int/letter-to-mr-nicos-nouris-minister-of-interior-of-cyprus-by-ms-dunja-m/1680a1c09b ).

Ittra ta’ tweġiba ta' Nicos Nouris, il-Ministru tal-Intern ta’Ċipru lil Dunja Mijatović, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem (2021) ( https://rm.coe.int/reply-of-mr-nicos-nouris-minister-of-the-interiorof-cyprus-to-the-lett/1680a1cb15 )

OECD (2019), Indicators of Regulatory Policy and Governance – Cyprus.

Il-Proġett dwar ir-Rappurtar tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni, “Cypriot Journalist Says He is Being Spied on and Fears for His Life” ( https://www.occrp.org/en/daily/12631-cypriot-journalist-says-he-is-being-spied-on-and-fears-for-his-life ).

Reporters Mingħajr Fruntieri (2021), Kontribut minn Reporters Mingħajr Fruntieri għa-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt

Reporters Without Borders (2021), 2021 World Press Freedom Index – Cyprus ( https://rsf.org/en/cyprus )

Sigma Live (2021), Report on citizenship ( https://www.sigmalive.com/news/politics/795517/ekthesi-politografiseonto-53-ektos-nomikou-plaisioupeitharxikes-efthynes ).

Il-Qorti Suprema ta’ Ċipru (2021), Kontribut mill-Qorti Suprema ta' Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Transparency International (2021), Corruption Perceptions Index 2020.

Anness II: Żjara tal-pajjiż f’Ċipru

Is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali f’April 2021 ma’:

·Il-Ministeru tal-Ġustizzja

·Il-Qorti Suprema

·L-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ċipru

·Uffiċċju tat-Trasparenza u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

·Il-Pulizija - Servizz tal-Affarijiet Interni

·Il-Pulizija - Uffiċċju ta’ investigazzjoni ta’ reati finanzjarji

·L-Awtorità tar-Radju u t-Televiżjoni

·L-Uffiċċju Stampa u għall-Informazzjoni

·Ir-Rappreżentanti tal-Avukat Ġenerali

·Il-Ministeru tal-Intern - Il-Media

·Il-Forum dwar l-Integrità ta’ Ċipru

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzonali:

·Amnesty International

·Iċ-Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi

·CIVICUS

·L-Unjoni għall-Ewropa tal-Libertajiet Ċivili

·Is-Soċjetà Ċivili Ewropa

·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·EuroCommerce

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi dwar għaqdiet mhux għall-gwadann

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media

·Il-Forum Ċiviku Ewropew

·Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti

·It-Tisħib Ewropew għad-Demokrazija

·Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

·Front Line Defenders

·Il-Fundazzjoni tad-Dar tad-Drittijiet tal-Bniedem

·Human Rights Watch

·ILGA-Europe

·Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

·In-Netwerk Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ippjanar tal-Familja (IPPF EN)

·L-Istitut Internazzjonali tal-Istampa

·Il-Kumitat Netherlands Helsinki

·L-Istitut ta’ Politika Ewropew għal Soċjetà Miftuħa

·Philanthropy Advocacy

·Protection International

·Reporters Mingħajr Fruntieri

·Transparency International EU

(1)      CEPEJ (2021), Studju dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE:
(2)      Il-Qorti tal-Assiżi għandha ġuriżdizzjoni sħiħa biex tisma’ u tiddetermina fil-prim’istanza kwalunkwe kawża kriminali.
(3)      Il-Liġi 131 (I)/2015 dwar it-Twaqqif u l-Funzjoni tal-Qorti Amministrattiva.
(4)      Il-Liġi 73 (I)/2018 dwar it-Twaqqif u l-Funzjoni tal-Qorti Amministrattiva għall-Protezzjoni Internazzjonali.
(5)      Il-Qorti Suprema taġixxi bħala korp tal-appell. Taġixxi wkoll bħala Qorti Kostituzzjonali.
(6)

     Kontribut mill-Qorti Suprema ta’ Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

(7)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt; kontribut mill-Qorti Suprema għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021, p. 6 u informazzjoni riċevuta mill-Qorti Suprema fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(8)      L-Artikolu 157.2 tal-Kostituzzjoni ta’ Ċipru jipprevedi li l-ħatra, il-promozzjoni, it-trasferiment, it-terminazzjoni tal-ħatra, it-tkeċċija u materji dixxiplinari tal-uffiċjali ġudizzjarji huma kompetenza esklussiva tal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura. Id-dispożizzjoni kostituzzjonali msemmija hawn fuq hija elaborata ulterjorment fil-Liġi Nru 33/64 tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, it-Taqsima 10.
(9)      Iż-żewġ funzjonijiet, il-prosekuzzjoni u l-konsulent legali huma separati u joperaw b’membri tal-persunal differenti. Ir-rappreżentanti tal-Avukat Ġenerali (Avukati tar-Repubblika) jaġixxu f’ismu u jieħdu struzzjonijiet mingħandu biss. L-Avukati tal-Uffiċċju tal-Liġi tar-Repubblika huma membri tas-Servizz Pubbliku u huma rregolati mil-Liġi u r-Regolamenti tas-Servizz Pubbliku inklużi proċeduri dixxiplinarji bħall-uffiċjali pubbliċi l-oħra kollha.
(10)      Il-Kostituzzjoni ta’ Ċipru, l-Artikolu 112.
(11)      Il-Figuri 47 u 49, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(12)      Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa kategorizzat kif ġej: baxx ħafna (inqas minn 30 % ta’ dawk li wieġbu jqisu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxxa (bejn 30 % u 39 %), medja (bejn 40 % u 59 %), għolja (bejn 60 % u 75 %), għolja ħafna (aktar minn 75 %).
(13)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 2.
(14)      Il-Kumitat huwa ppresedut mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku u huwa magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull partit politiku li jipparteċipa fil-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Legali, kif ukoll mill-President tal-Kamra tal-Avukati Ċiprijotta. Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku qiegħed fl-istess ħin jikkonsulta mal-Qorti Suprema. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(15)      Informazzjoni bil-miktub li waslet mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(16)      “Kunsill Konsultattiv għall-Ġudikatura [...] għandu jaġixxi bħala korp konsultattiv għall-President tar-Repubblika fir-rigward tal-idoneità tal-kandidati għall-ħatra bħala mħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali Suprema u l-Qorti Għolja. Il-Kunsill Konsultattiv għall-Ġudikatura għandu jkollu żewġ konfigurazzjonijiet, skont jekk Imħallef jinħatarx fil-Qorti Kostituzzjonali Suprema jew fil-Qorti Għolja, rispettivament. Fil-każ ta’ proċedura għall-ħatra ta’ membri tal-Qorti Kostituzzjonali Suprema, din se tkun magħmula mill-President tal-Qorti Kostituzzjonali Suprema bħala President tal-Kunsill, mill-erba’ membri l-aktar anzjani tal-istess Qorti, mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u mill-President tal-Kamra tal-Avukati Ċiprijotta. Fil-każ ta’ proċedura għall-ħatra ta’ membri tal-Qorti Superjuri, dan ikun magħmul mill-President tal-Qorti Suprema, bħala President tal-Kunsill, mill-erba’ membri l-aktar anzjani tal-istess Qorti, mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċiprijotta”. Abbozz ta’ leġiżlazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(17)      “Il-Kunsill Konsultattiv għall-Ġudikatura għandu jfassal lista ta’ persuni meqjusa idoneji għall-ħatra, li n-numru tagħhom għandu jkun mill-inqas tliet darbiet l-għadd ta’ karigi battala.... u għandu jfassal rapporti ta’ valutazzjoni għal kull kandidat, li għandhom jiġu ppreżentati f’ordni alfabetiku lill-President tar-Repubblika. Ir-rapport jistabbilixxi l-opinjoni motivata tal-Kunsill dwar l-adegwatezza ta’ kull kandidat u l-kontenut tagħha huwa ta’ konsulenza għall-President tar-Repubblika”. Abbozz ta’ leġiżlazzjoni li wasalt fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(18)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafu 47. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2021, Repubblika, il-Kawża C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311, il-punt 71. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ April 2021, AB et al., il-Kawża C-824/18, il-paragrafu 122.
(19)      GRECO, Fourth Evaluation Round - Second Compliance Report, p. 8; Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(20)      Informazzjoni li waslet mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(21)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafu 27.
(22)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 3.
(23)      Fl-2019 saret reviżjoni funzjonali tal-Uffiċċju tal-Liġi minn esperti indipendenti. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, fil-15 ta’ Ottubru 2019 ġie ffinalizzat u approvat pjan ta’ azzjoni mill-Kunsill tal-Ministri. Il-Pjan ta’ Azzjoni jipprevedi riforma komprensiva tal-Uffiċċju tal-Liġi tar-Repubblika.
(24)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p.2.
(25)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p.4. informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(26)    Il-Figura 39 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(27)    Il-Figura 43 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(28)      Ċipru jitlob assistenza mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’dan il-qasam. Proġett pilota dwar l-e-justice huwa mistenni li jiġi implimentat fi żmien 12 jew15-il xahar.
(29)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp.6-7.
(30)    Website tal-leġiżlazzjoni ta’ Ċipru ; Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(31)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 4.
(32)      Il-Figura 5 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(33)      Il-Figura 8 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(34)      Il-Figura 12 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(35)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 9.
(36)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 4.
(37)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 9.
(38)      Ibid.
(39)      Ir-regoli ta’ Proċedura Ċivili l-ġodda ġew approvati fid-19 ta’ Mejju 2021.
(40)      Ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni leġiżlattiva ulterjuri għall-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura Ċivili l-ġodda. Din ir-riforma ġiet implimentata fuq il-bażi tal-Appoġġ Tekniku pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea lil Ċipru.
(41)      Transparency International, Corruption Perceptions Index 2020, pp. 2-3. Il-livell ta’ perċezzjoni tal-korruzzjoni huwa kategorizzat kif ġej: baxx (il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija ogħla minn 79); relattivament baxx (punteġġi bejn 79 u 60), relattivament għoli (punteġġi bejn 59 u 50), għoli (punteġġi taħt 50).
(42)      Fl-2015 il-punteġġ kien ta’ 61, filwaqt li fl-2020, il-punteġġ kien ta’ 57. Il-punteġġ jiżdied/jonqos b’mod sinifikanti meta jinbidel b’aktar minn ħames punti; jitjieb/jiddeterjora (bidliet bejn 4 u 5 punti); ikun relattivament stabbli (bidliet b’minn 1 sa 3 punti) fil-ħames snin preċedenti.
(43) Id-data tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni u l-esperjenza tal-korruzzjoni taċ-ċittadini u n-negozji kif irrappurtata s-sena l-oħra tiġi aġġornata kull sentejn. L-aħħar sett ta’ data huwa l-Ewrobarometru Speċjali 502 (2020) u l-Ewrobarometru Flash 482 (2019).
(44)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p.10.
(45)      B’mod partikolari 1) il-prevenzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni; 2) miżuri legali, u 3) superviżjoni u valutazzjoni tar-riskju.
(46)      Fost oħrajn: memoranda ta’ qbil bejn l-Istat u l-universitajiet, it-twaqqif ta’ unità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni taħt is-superviżjoni tal-Avukat Ġenerali; il-ħolqien ta’ Kummissjoni indipendenti għall-ġestjoni tar-riżorsi umani; u l-istabbiliment tal-Awtorità indipendenti kontra l-Korruzzjoni. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(47)      Il-website Exandas Communication and Information .
(48)      Informazzjoni li waslet mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(49)      Il-Liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku tal-2017 (184 (I)/2017.
(50)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 11.
(51)      Il-Kodiċi Kriminali, l-Artikolu 105.
(52)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 17.
(53)      Informazzjoni li waslet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru. Bħala paragun, il-kapitolu dwar Ċipru fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt indika li bejn l-2013 u l-2018 kienu ġew investigati jew kienu taħt investigazzjoni t-total ta’ 120 kawża ta’ korruzzjoni, li 98 minnhom kienu tlestew u 22 kawża kienu għadhom qed jiġu investigati. Kien hemm 47 kawża bejn li kienu għadhom qed jistennew li jinbeda l-proċess tagħhom, jew li l-proċess tagħhom kien għaddej. Ġew ikkundannati 37 persuna għall-korruzzjoni f’26 kawża, li minnhom kien hemm 12-il kundanna ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja, fosthom id-deputat Avukat Ġenerali, membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u ex ministri.
(54)      Il-Liġi 180(I) tal-2017.
(55)      Informazzjoni li waslet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(56)      Ibid.
(57)      Ara Sigma Live, 7.06.2021, “Report on citizenship”.
(58)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru u Kathimerini, “Interim report on golden passports delivered”, 10.06.2021 . Ara wkoll, mill-Kummissjoni ta’ inkjesta, “ Interim Report on the procedure of granting citizenship to foreign investors and businessmen”, is-16 ta’ April 2021.
(59)      Il-Kummissjoni Ewropea, Skemi taċ-ċittadinanza tal-investituri: Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ ksur kontra Ċipru u Malta talli “jbigħu” ċ-ċittadinanza tal-UE, l-20 ta’ Ottubru 2020, INFR(2020)2300; Il-Kummissjoni Ewropea, Il-pakkett tal-proċeduri ta’ ksur ta’ Ġunju: id-deċiżjonijiet ewlenin, id-9 ta’ Ġunju 2021. Il-ksur jikkonċerna n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ta’ Ċipru skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali u taċ-ċittadinanza tal-Unjoni billi joffri ċittadinanza bi skambju ma’ pagamenti u investimenti determinati minn qabel.
(60)      Informazzjoni li waslet mill-Uffiċċju tal-Pulizija għall-Investigazzjoni ta’ Reati Finanzjarji fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(61)      Ibid.
(62)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 25.
(63)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 16.
(64)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(65)      Il-pulizija ta’ Ċipru, il-Kodiċi tal-Etika tal-Pulizija.
(66)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(67)

     Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Ta’ min jinnota li r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 8, indika li filwaqt li jeżistu Kodiċijiet ta’ Kondotta għall-Membri tal-Gvern, l-uffiċjali pubbliċi u l-prosekuturi, ma hemm l-ebda dispożizzjoni simili għall-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Il-Kodiċi għandu l-għan li joffri gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess li jirrigwardaw lill-Membri tal-Parlament.

(68)      Il-Liġi Nru 1 tal-1990 dwar is-Servizz Pubbliku u l-Liġi Nru 100(I) tal-2015 li temenda l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku.
(69)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p.12.
(70)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 8.
(71)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 12.
(72)      Skont il-liġi proposta, dawk involuti direttament fl-att ta’ korruzzjoni iżda li volontarjament jirrapportaw lill-pulizija u/jew joffru kooperazzjoni mal-awtoritajiet li tirriżulta fl-investigazzjoni sħiħa u l-prosekuzzjoni tal-każ, jistgħu japprofittaw minn tnaqqis (sa nofs il-massimu) tal-piena prevista għal dak ir-reat.
(73)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 13-14.
(74)      Il-Liġi 184 (I)/2017 dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku.
(75)      Mill-2020, Ċipru avvanza pożizzjoni waħda oħra fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri, u issa jinsab fis-sitta u għoxrin post minn madwar id-dinja kollha u fit-tlettax-il post fl-UE. Reporters Mingħajr Fruntieri – Ċipru . Mill-2020, Ċipru avvanza pożizzjoni waħda oħra fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta’ Reporters wMingħajr Fruntieri, u issa jinsab fis-sitta u għoxrin post minn madwar id-dinja kollha u fit-tlettax-il post fl-UE.
(76)      Fl-4 ta’ Marzu 2021
(77)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 20.
(78)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 19.
(79)      Abbozz ta’ Liġi tal-2021 dwar is-salvagwardja tal-libertà tal-Istampa u l-operat tal-media fir-Repubblika ta’ Ċipru.
(80) Il-Kummissjoni għall-Ilmenti tal-Media ġiet stabbilita fl-1997 mill-Assoċjazzjoni tal-Pubblikaturi tal-Gazzetti u tal-Perjodiċi, mis-sidien tal-media elettronika privata u mill-Unjoni tal-Ġurnalisti ta’ Ċipru.
(81)      2021 Media Pluralism Monitor, p.10.
(82)      Abbozz ta’ Liġi tal-2021 dwar is-salvagwardja tal-libertà tal-Istampa u l-operat tal-media fir-Repubblika ta’ Ċipru.
(83)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 19-20.
(84)      2021 Media Pluralism Monitor, p. 14.
(85)      Ibid.
(86)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 20-21 u informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(87)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 20-21 u informazzjoni riċevuta mill-Uffiċċju Stampa u għall-Informazzjoni fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(88)      Il-Proġett dwar ir-Rappurtar tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni Cypriot Journalist Says He is Being Spied on and Fears for His Life”.
(89)      Reporters Mingħajr Fruntieri – Ċipru .  
(90)      Huwa ppjanat il-ħolqien ta’ Qorti Kostituzzjonali li se tieħu f’idejha mingħand il-Qorti Suprema l-kontroll tar-reviżjoni tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet (ara t-Taqsima I). Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(91)      Kontribut mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt - Ċipru, p. 5.
(92)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 10. OECD (2019), Indicators of Regulatory Policy and Governance – Cyprus.
(93)      Pereż. il-Kamra tal-Avukati, l-organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(94)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(95)      Informazzjoni li waslet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(96)      Is-setgħa ġiet iddelegata lill-Ministru tas-Saħħa.
(97)      Il-leġiżlazzjoni dwar ir-reati u l-penali relatati mal-COVID-19 ġiet diskussa u deċiża fil-Parlament Ċiprijott fl-2020. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(98)      Informazzjoni li waslet mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Ċipru.
(99)      Kontribut minn Ċipru għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 22-24.
(100)      Kontribut mill-ENNHRI għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(101)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 11.
(102)      United Nations UPR (2019) – Ċipru aċċetta seba’ rakkomandazzjonijiet li rċieva dwar l-iżgurar ta’ NHRI konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi.
(103)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Ċipru, p. 12.
(104)      Ittra mingħand Dunja Mijatović, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem lil Nicos Nouris, Ministru tal-Intern ta’ Ċipru, it-18 ta’ Marzu 2021.
(105)      Tweġiba ta' Nicos Nouris, Ministru tal-Intern ta’ Ċipru lil Dunja Mijatović, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem (2021) .
(106)      Il-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet u Materji Relatati Oħra. Kontrubut minn Ċipru għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 47.
(107)      Financial Action Task Force (2015), Combating the abuse of non-profit organisations (recommendation 8), pp. 22-23.
(108) Barra minn hekk, il-Gvern spjega li l-NGOs eżistenti kollha kienu obbligati jemendaw l-istatut tagħhom u jieħdu azzjonijiet oħra, bħal biex iħejju kontijiet finanzjarji u biex jinformaw lir-reġistratur dwar il-membri tal-bord tad-diretturi sal-31 ta’ Diċembru 2019. Minn madwar 6 500 NGO, 3 500 ikkonformaw mal-perjodu stabbilit. Għal dawk li ma kinux ikkonformaw sa tmiem l-2019, ingħatat opportunità ġdida għall-konformità sa Ottubru 2020. Il-maġġoranza l-kbira tal-NGOs ikkonċernati ma ħadu l-ebda inizjattiva biex jirrispettaw l-iskadenza l-ġdida. Mill-każi tal-2020 fejn ir-reġistrazzjoni tal-NGOs ġiet irrifjutata, ġew ippreżentati 60 appell għal reviżjoni amministrattiva li minnhom l-awtorità ta’ reviżjoni (ir-Reġistratur Ġenerali) annullat id-deċiżjoni tar-Reġistratur li ma jiġux inklużi fi 23 każ. NGO waħda biss ikkontestat id-deċiżjoni amministrattiva li ma tiġix irreġistrata quddiem il-Qorti Suprema fi tmiem l-2020, bil-każ għadu pendenti.
(109)      Kontribut mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt; L-Artikolu 44 (1) tal-liġi 104 (I)/2017, kif modifikat bil-liġi 118 (I)/2020 “Ħames (5) jew aktar assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew entitajiet legali simili oħra mingħajr skop ta’ qligħ, kemm barranin kif ukoll domestiċi, li għandhom għan komuni, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi li tirregolahom, jistgħu jistabbilixxu federazzjonijiet u/jew assoċjazzjonijiet u jkunu rreġistrati bħala tali f’reġistru miżmum mir-Reġistratur, sakemm l-istatuti tagħhom jispeċifikaw li l-liġi applikabbli għall-attivitajiet tagħhom għandha tkun il-liġi applikabbli fir-Repubblika”.“Huwa mifhum li, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi għar-Ratifika tal-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent tal-Persunal Legali ta’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi tal-2003, tali federazzjonijiet u/jew assoċjazzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti wkoll ma’ organizzazzjonijiet ekwivalenti barra mill-pajjiż, dment li l-istatuti tagħhom jispeċifikaw li l-liġi applikabbli għall-azzjoni tagħhom fir-Repubblika ta’ Ċipru hija l-liġi applikabbli fir-Repubblika ta’ Ċipru”.