19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (L-Italja) fil-25 ta' April 2008 — Pontina Ambiente Srl vs Regione Lazio
(Kawża C-172/08)
(2008/C 183/23)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pontina Ambiente Srl
Konvenuta: Regione Lazio
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(26) u (31) tal-Liġi 549/95 imorru kontra l-Artikoli 12, 14, 43 u 46 tat-Trattat KEE u kontra d-Direttivi 35/2000/KE (1) u 31/1999/KE (2) fid-dawl, b'mod partikolari, tal-prinċipji li jinsabu rispettivament fil-preamboli tad-Direttiva 35/2000/KE u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 31/1999/KE, li jgħidu, b'mod partikolari, li l-Istati Membri għandhom jevitaw sitwazzjonijiet ta' żbilanċ fir-rigward tas-suq Komunitarju kollu kemm hu, billi jipprovdu għall-ġlieda kontra ħlas tardiv sabiex jipprojbixxu l-abbuż tal-libertà kuntrattwali għad-dannu tal-kreditur fil-każ fejn il-ftehim ikollu l-għan prinċipali li d-debitur jikseb likwidità addizzjonali għad-dannu tal-kreditur u li jipprovdi għall-kumpens għad-danni tal-kreditur fil-każ ta' ħlas tardiv min-naħa tad-debitur.
(1) ĠU L 200, p. 35.
(2) ĠU L 182, p. 1.