26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit)
(Kawża T-213/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ vit - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(10(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 288/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brita GmbH (Taunusstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-proprjetà intellettwali (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1864/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ vit bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Brita GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |