26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Pet King Brands vs EUIPO — Virbac (SUIMOX)

(Kawża T-366/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUIMOX - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZYMOX - Obbligu ta’ motivazzjoni - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Bona fide u diliġenza tad-destinatarju - Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 288/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pet King Brands, Inc. (Bartlett, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmidpeter u S. Bauer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Virbac SA (Carros, Franza) (rappreżentant: D.-I. Tayer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1835/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pet King Brands u Virbac.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1835/2017-5) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“prodotti veterinarji, ħlief għall-qtar tal-għajnejn għall-annimali”, il-“preparazzjonijiet veterinarji u l-prodotti għall-kura tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-antibijotiċi għall-annimali, ħlief għall-qtar tal-għajnejn għall-annimali” u l-“preparazzjonijiet għall-qerda tal-annimali li jagħmlu l-ħsara, ħlief għall-qtar tal-għajnejn għall-annimali”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.