26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Göteborg (l-Isvezja) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Allmänna ombudet hos Tullverket vs Combinova AB

(Kawża C-476/19)

(2019/C 288/42)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Göteborg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Allmänna ombudet hos Tullverket

Konvenuta: Combinova AB

Domanda preliminari

Dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni magħmul taħt l-Artikolu 79 għandu jintemm skont l-Artikolu 124(1)(k) (1) jekk hemm biżżejjed provi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li l-merkanzija ma ntużatx jew ma ġietx ikkonsmata u li nħarġet ’il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. It-terminu “użat” ifisser li l-merkanzija ġiet ipproċessata jew irraffinata għall-iskop li għalih ingħatat awtorizzazzjoni lil kumpannija għal din il-merkanzija, jew dan it-terminu jikkonċerna użu li jmur lil hinn minn dak l-ipproċessar jew irraffinar? Huwa rilevanti jekk l-użu sarx qabel jew wara li nħoloq id-dejn doganali?


(1)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269. p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2).