9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Mejju 2021 – UI vs Österreichische Post AG

(Kawża C-300/21)

(2021/C 320/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UI

Konvenut: Österreichische Post AG

Domandi preliminari

1)

L-għoti ta’ kumpens taħt l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) jeżiġi, minbarra ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li r-rikorrent ikun sofra dannu, jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data huwa suffiċjenti minnu nnifsu għall-għoti ta’ kumpens?

2)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kumpens, jeżistu, minbarra l-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni?

3)

Il-pożizzjoni skont liema l-għoti ta’ kumpens għal dannu morali jippreżupponi l-eżistenza ta’ konsegwenza jew effett tal-ksur tad-dritt li għandhom ta’ mill-inqas ċertu piż u li jmorru lil hinn minn skuntentizza kkawżata mill-ksur tad-dritt hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.