4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-1 ta’ April 2022 – État belge vs Autorité de protection des données
(Kawża C-231/22)
(2022/C 257/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: État belge
Konvenut: Autorité de protection des données
Domandi preliminari
1) |
Il-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ġurnal uffiċjali ta’ Stat Membru – vestit b’missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ pubblikazzjoni u ta’ arkivjar ta’ dokumenti uffiċjali, li, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, huwa responsabbli li jippubblikaw l-atti u d-dokumenti uffiċjali li l-pubblikazzjoni tagħhom hija ordnata minn korpi pubbliċi terzi, kif jiġu kkomunikati minn dawn l-korpi wara li huma stess ipproċessaw data personali li tinsab f’dawn l-atti u dokumenti, mingħajr ma l-ġurnal uffiċjali ngħata mil-leġiżlatur nazzjonali setgħa diskrezzjonali dwar il-kontenut tad-dokumenti li għandhom jiġu ppubblikati, u dwar l-iskop u l-mezzi tal-pubblikazzjoni – għandu l-istatus ta’ kontrollur tad-data? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurnal uffiċjali inkwistjoni għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli għall-osservanza tal-obbligi tal-kontrollur tad-data skont kliem din id-dispożizzjoni, bl-esklużjoni ta’ korpi pubbliċi terzi li minn qabel ipproċessaw id-data li tinsab fl-atti u fid-dokumenti uffiċjali li tagħhom huma jitolbu l-pubblikazzjoni minnu, jew dawn l-obbligi huma imposti b’mod kumulattiv fuq kull wieħed mill-kontrolluri tad-data suċċessivi? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.