26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Marzu 2023 – GI vs Partena Assurances Sociales pour Travailleurs Indépendants ASBL

(Kawża C-195/23, Partena)

(2023/C 223/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GI

Konvenut: Partena Assurances Sociales pour Travailleurs Indépendants ASBL

Domanda preliminari

Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu, il-prinċipju tal-uniċità tal-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-ħaddiema impjegati u li jaħdmu għal rashom, attivi jew li rtiraw, u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jipprekludu lil Stat Membru milli jimponi l-issuġġettar għal skema nazzjonali tas-sigurtà soċjali u milli jeżiġi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet soċjali mingħand uffiċjal li, addizzjonalment għall-attività tiegħu fis-servizz ta’ istituzzjoni Ewropea, jeżerċità, bl-awtorizzazzjoni ta’ din tal-aħħar, attività anċillari ta’ tagħlim meta dan l-uffiċjal diġà huwa, abbażi tar-Regolamenti tal-Persunal, suġġett għall-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea?