28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/24 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 – Väderstad vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni)
(Kawża T-362/23)
(2023/C 304/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Väderstad Holding AB (Väderstad, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 131 026
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat 13 ta’ April 2023 fil-Każ R 59/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 7; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |