ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/851 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali komuni u komparabbli għall-istatistika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. |
(2) |
B’rispons għal ħtiġijiet ġodda ġewwa l-Unjoni għal statistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, u minħabba l-fatt li l-karatteristiċi tal-migrazzjoni huma soġġetti li jinbidlu malajr, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas li jippermetti rispons rapidu għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu fir-rigward tal-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. |
(3) |
Sabiex l-Unjoni tingħata appoġġ biex twieġeb b’mod effettiv għall-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni u biex tiżviluppa politiki bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, hemm il-ħtieġa ta’ ġbir ta’ data dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali fuq bażi subannwali. |
(4) |
L-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali hija fundamentali għall-istudju, il-formulazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki, b’mod partikolari fir-rigward tar-risponsi għall-wasla ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-protezzjoni fl-Ewropa, bil-għan li jiġu ddefiniti u applikati l-aħjar politiki. |
(5) |
L-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali hija essenzjali biex tittieħed stima ġenerali tal-movimenti migratorji ġewwa l-Unjoni u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw sew il-liġi tal-Unjoni f’konformità mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’) u fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-kwalità u, b’mod partikolari, il-komparabbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri, u biex jitfasslu stimi ġenerali affidabbli fil-livell tal-Unjoni, id-data użata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istess kunċetti, u jenħtieġ li tirreferi għall-istess data jew perijodu ta’ referenza. |
(7) |
Id-data pprovduta dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li tkun konsistenti mal-istatistika rilevanti miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. B’mod partikolari, dan jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-indipendenza professjonali, tal-imparzjalità, tal-oġġettività, tal-affidabbiltà, tal-kunfidenzjalità tal-istatistika, u tal-kosteffettività, kif ukoll mal-kriterji tal-kwalità speċifikati fih. |
(9) |
Ir-rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika approva standard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS, European Statistical System) għall-Istruttura tar-Rapporti dwar il-Kwalità f’konformità mad-dispożizzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak l-istandard tal-ESS jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-rappurtar dwar il-kwalità taħt ir-Regolament (KE) Nru 862/2007. |
(10) |
Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni tal-istatistika, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, fil-pront u mingħajr ħlas, ir-rekords amministrattivi kollha fis-sistemi amministrattivi pubbliċi tagħhom stess u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika sa fejn ikun meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għal, u l-użu u l-integrazzjoni ta’, rekords amministrattivi stabbiliti fl-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
(11) |
Meta jiżviluppaw, jipproduċu u jiddisseminaw statistika Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u dawk Ewropej u, fejn applikabbli, awtoritajiet rilevanti oħra, jenħtieġ li jqisu l-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika fis-16 ta’ Novembru 2017. |
(12) |
L-istudji pilota jenħtieġ li jqisu l-valur miżjud tal-Unjoni, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ ġabriet ġodda ta’ data fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jivvalutaw il-fattibbiltà u l-kwalità tal-istatistika, inkluża l-komparabbiltà tagħha bejn pajjiż u ieħor, kif ukoll l-ispejjeż tal-ġabriet relatati ta’ data. Qabel ma jinbeda kull studju pilota partikolari, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tirrieżamina s-sorsi amministrattivi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u teżamina jekk l-istatistika meħtieġa tistax tkun ibbażata fuq dawk is-sorsi. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-eżami tal-għadd ta’ applikazzjonijiet u tal-għadd ta’ applikazzjonijiet miċħuda għal permessi ta’ residenza għall-ewwel darba. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat), f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tevalwa r-riżultati ta’ dawk l-istudji pilota u jenħtieġ li tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-pubbliku. L-introduzzjoni ta’ ġabriet ġodda ta’ data fl-Istati Membri jenħtieġ li titqies biss jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-istudji pilota tkun pożittiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data taħt il-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni leġiżlattiva stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(13) |
Huwa importanti li jiġi ottimizzat l-użu tal-informazzjoni eżistenti u d-data diġà miġbura fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu esplorati sorsi eżistenti ta’ data fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali, kif ukoll modi biex jiġu sfruttati l-oqsfa għall-interoperabbiltà stabbiliti mir-Regolamenti (UE) 2019/817 (5) u (UE) 2019/818 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġi valutat l-użu tagħhom għal statistika uffiċjali. Tali valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-interoperabbiltà fil-livell tal-Unjoni sabiex diversi organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jużaw l-istess data skont il-ħtiġijiet tagħhom u l-awtorizzazzjonijiet li jkollhom. |
(14) |
Fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) timmira li tiżgura l-koordinazzjoni tal-ġabriet ta’ data li jkunu qed jintużaw mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u jenħtieġ li, għal dak il-għan, tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ dawk l-aġenziji fil-qafas tal-kompetenza rispettiva tagħhom. |
(15) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jenħtieġ li jiġu allokati riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-ġbir, l-analiżi u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea u nazzjonali, ta’ kwalità għolja, dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. |
(16) |
Fejn l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tkun teħtieġ li s-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru tiżviluppa u timplimenta metodoloġiji ġodda u ġabriet ġodda ta’ data għall-istatistika taħt dak ir-Regolament, inklużi l-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fi studji pilota u l-aġġornament tas-sorsi tad-data u tas-sistemi tal-IT, jenħtieġ li tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil dak l-Istat Membru fil-forma ta’ għotja skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(17) |
Dan ir-Regolament josserva d-dritt ta’ rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għall-protezzjoni tad-data personali u għan-nondiskriminazzjoni kif stabbilit fil-Karta. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (UE) 2018/1725 japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali koperta mir-Regolament (KE) Nru 862/2007. |
(18) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-arranġamenti prattiċi għar-rapporti dwar il-kwalità u l-kontenut tagħhom; tad-definizzjoni tal-formati adatti għat-trasmissjoni tad-data; tal-ispeċifikazzjoni tat-tqassimiet; u tad-determinazzjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tar-riżultati tal-istudji pilota, ta’ ġabriet u tqassimiet ġodda ta’ data. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(19) |
Fejn l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tkun tirrikjedi adattamenti estensivi lis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, f’każijiet debitament ġustifikati u għal perijodu limitat ta’ żmien, tagħti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deroga lill-Istat Membru kkonċernat. Tali adattamenti estensivi jistgħu jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li tittejjeb il-puntwalità, li jiġi adattat it-tfassil tal-metodi tal-ġbir tad-data, inkluż l-aċċess għal sorsi amministrattivi, jew li jiġu żviluppati għodod ġodda għall-produzzjoni tad-data. |
(20) |
Il-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 jirrikjedi li din tiġi evalwata f’intervalli regolari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-istatistika kumpilata skont dak ir-Regolament, kif ukoll il-kwalità u l-puntwalità tal-forniment tagħha, għall-fini tal-preżentazzjoni tar-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tikkonsulta mill-qrib mal-atturi kollha involuti fil-ġbir tad-data dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u mal-utenti ewlenin ta’ dik l-istatistika. |
(21) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jirrevedi u jikkompleta r-regoli komuni eżistenti għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni u komparabbiltà, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(22) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 862/2007 jiġi emendat kif meħtieġ. |
(23) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(24) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 862/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 8 jitħassar; |
(8) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9a Studji pilota 1. F’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi studji pilota, li għandhom jitwettqu fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, sabiex tiġi ttestjata l-fattibbiltà ta’ ġabriet jew tqassimiet ġodda ta’ data fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi d-disponibbiltà ta’ sorsi adatti ta’ data u ta’ tekniki adatti ta’ produzzjoni, il-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika u l-ispejjeż u l-piżijiet involuti. L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni (Eurostat), jiżguraw li l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni. 2. Qabel ma jinbeda kull studju pilota speċifiku, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa jekk l-istatistika l-ġdida tistax tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fis-sorsi amministrattivi rilevanti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu armonizzati l-kunċetti użati, fejn possibbli, u sabiex jiġu mminimizzati l-piżijiet addizzjonali fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika u fuq awtoritajiet nazzjonali oħra u biex jittejjeb l-użu tad-data eżistenti f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tqis ukoll il-piż li jirriżulta minn studji pilota oħra li jkunu għaddejjin sabiex tillimita n-numru ta’ studji pilota konkurrenti matul l-istess perijodu ta’ żmien. 3. L-istudji pilota msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu relatati mas-suġġetti li ġejjin:
4. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa r-riżultati tal-istudji pilota f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u għandha tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-valur miżjud tal-ġabriet ġodda ta’ data taħt l-istudji pilota fil-livell tal-Unjoni u analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tal-ispejjeż tal-produzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. 5. B’kont meħud tal-evalwazzjoni pożittiva tar-riżultati tal-istudji pilota, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). 6. Sabiex ikun iffaċilitat it-twettiq tal-istudji pilota msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi l-finanzjament adatt f’konformità mal-Artikolu 9b lill-Istati Membri li jwettqu dawk l-istudji pilota. 7. Sat-13 ta’ Lulju 2022 u kull sentejn sussegwenti, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta dwar il-progress ġenerali li jkun sar fir-rigward tas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. Artikolu 9b Finanzjament 1. Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu pprovduti kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għal:
2. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). (*7) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;" (10) l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Atti ta’ implimentazzjoni għall-ispeċifikazzjoni ta’ tqassimiet Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-fini tal-ispeċifikazzjoni ta’ tqassimiet f’konformità mal-Artikoli 4 sa 7. Meta tkun qed tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ħtieġa għat-tqassimiet ikkonċernati għall-finijiet tal-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil u għandha tiżgura li tali atti ta’ implimentazzjoni ma jimponux spejjeż jew piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2) sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ referenza, fejn id-data tirreferi għal sena kalendarja, u mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ referenza, fejn id-data tirreferi għal perijodu inqas minn sena.”; (11) l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (12) jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 11a Derogi 1. Fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati taħtu, tkun tirrikjedi li jsiru adattamenti estensivi lis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deroga għat-tul ta’ żmien mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, sakemm dak il-perijodu ma jeċċedix tliet snin. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komparabbiltà tad-data tal-Istati Membri u l-kalkolu f’waqtu tat-tqassimiet Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa u għandha tqis il-piż fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu. 2. Fejn deroga skont il-paragrafu 1 tkun għadha ġustifikata b’evidenza suffiċjenti fi tmiem il-perijodu li għalih tkun ingħatat, il-Kummissjoni tista’ tagħti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deroga għal perijodu ulterjuri ta’ żmien mitlub mill-Istat Membru kkonċernat sakemm il-perijodu ma jkunx aktar minn sentejn. 3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, Stat Membru għandu jippreżenta talba ġustifikata kif dovut lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Ottubru 2020 jew fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni kkonċernat, jew fi żmien sitt xhur qabel tmiem il-perijodu li għalih tkun ingħatat id-deroga attwali, skont il-każ. 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (3)(a) u (b) u l-punt (6) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2021.
Il-punt (3)(c) u (d) u l-punt (5) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
N. BRNJAC
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-20 ta’ Marzu 2020 (ĠU C 139, 28.4.2020 p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-17 ta’ Ġunju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(3) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(4) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
(6) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(7) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(8) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/13 |
REGOLAMENT (UE) 2020/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2020
dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) ,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu l-għan li jistabbilixxi suq intern li jaħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa, ibbażat fost affarijiet oħra fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent. |
(2) |
Fil-25 ta’ Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat qafas globali ġdid għall-iżvilupp sostenibbli: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (l-‘Aġenda 2030’). L-Aġenda 2030 għandha fil-qalba tagħha l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs, Sustainable Development Goals) u tkopri t-tliet dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà: dik ekonomika, dik soċjali u dik ambjentali. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2016 dwar il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli torbot l-SDGs mal-qafas ta’ politika tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet u l-inizjattivi ta’ politika kollha tal-Unjoni, kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-livell dinji, jieħdu inkonsiderazzjoni l-SDGs mill-bidu nett. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2017 il-Kunsill ikkonferma l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 b’mod sħiħ, koerenti, komprensiv, integrat u effettiv, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab u partijiet ikkonċernati oħrajn. Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni tagħha dwar ‘Il-Patt Ekoloġiku Ewropew’. |
(3) |
Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) kien ġie approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (3). L-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi għandu l-objettiv li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi jagħmel il-flussi finanzjarji konsistenti ma’ perkors li jwassal għal livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u żvilupp reżiljenti għall-klima, fost metodi oħra. F’dak il-kuntest, fit-12 ta’ Diċembru 2019 il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar it-tibdil fil-klima. Fid-dawl ta’ dan, dan ir-Regolament jirrappreżenta pass ewlieni lejn l-objettiv li l-Unjoni ssir newtrali għall-klima sal-2050. |
(4) |
Is-sostenibbiltà u t-transizzjoni lejn ekonomija sigura, newtrali għall-klima, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, li tkun aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li tkun ċirkolari, huma kruċjali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sostenibbiltà ilha ħafna fil-qalba tal-proġett tal-Unjoni, u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirriflettu d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tagħha. |
(5) |
F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni nkarigat Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli biex jiżviluppa strateġija globali u komprensiva tal-Unjoni għall-finanzjament sostenibbli. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ppubblikat fil-31 ta’ Jannar 2018 jappella għall-ħolqien ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni teknikament robusta fil-livell tal-Unjoni biex tiġi stabbilita ċarezza dwar liema attivitajiet jikkwalifikaw bħala “ekoloġiċi” jew “sostenibbli”, bl-ewwel waħda fosthom li tkun il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. |
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-pjan ta’ azzjoni tagħha dwar il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli, li vara strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-finanzjament sostenibbli. Wieħed mill-objettivi stabbiliti f’dak il-pjan ta’ azzjoni huwa r-riorjentament tal-flussi tal-kapital lejn investiment sostenibbli sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv. L-istabbiliment ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni unifikata għal attivitajiet sostenibbli hija l-azzjoni l-aktar importanti u urġenti prevista mill-pjan ta’ azzjoni. Il-pjan ta’ azzjoni jirrikonoxxi li l-bidla fid-direzzjoni tal-flussi tal-kapital lejn attivitajiet iktar sostenibbli trid tkun mirfuda minn fehim kondiviż, olistiku tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ attivitajiet u investimenti. Bħala l-ewwel pass, gwida ċara dwar l-attivitajiet li jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali tgħin biex l-investituri jiġu infurmati dwar l-investimenti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Gwida ulterjuri dwar attivitajiet li jikkontribwixxu għal objettivi oħrajn marbutin mas-sostenibbiltà, inklużi objettivi soċjali, tista’ tiġi żviluppata fi stadju aktar tard. |
(7) |
Minħabba n-natura sistemika tal-isfidi ambjentali globali, hemm il-ħtieġa ta’ approċċ sistemiku u li jħares ’il quddiem lejn sostenibbiltà ambjentali, li jindirizza xejriet negattivi li qed jikbru, bħat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, il-konsum żejjed globali tar-riżorsi, l-iskarsezza ta’ ikel, it-tnaqqis tal-ożonu, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, id-deterjorazzjoni tas-sistema tal-ilma ħelu, u l-bidla fis-sistema tal-art kif ukoll id-dehra ta’ theddid ġdid, bħal sustanzi kimiċi perikolużi u l-effetti kkombinati tagħhom. |
(8) |
Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tagħmel sejħa għal żieda fil-finanzjament mis-settur privat għal infiq ambjentali u dak marbut mal-klima, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ inċentivi u metodoloġiji li jixprunaw lill-kumpaniji biex ikejlu l-kost ambjentali tan-negozju tagħhom u l-profitt derivat mill-użu ta’ servizzi ambjentali. |
(9) |
Il-kisba tal-SDGs fl-Unjoni teħtieġ li l-flussi ta’ kapital jiġu kanalizzati lejn investimenti sostenibbli. Huwa importanti li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq intern għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet. F’dak il-kuntest, huwa kruċjali li jitneħħew ostakli għall-moviment effiċjenti ta’ kapital f’investimenti sostenibbli fis-suq intern u li ma jitħallewx jitfaċċaw ostakli ġodda. |
(10) |
Fid-dawl tal-iskala tal-isfida u l-ispejjeż assoċjati ma’ nuqqas ta’ azzjoni jew ma’ azzjoni tardiva, jenħtieġ li s-sistema finanzjarja tiġi adattata gradwalment biex tappoġġa l-funzjonament sostenibbli tal-ekonomija. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-finanzjament sostenibbli jsir ewlieni fil-proċess u jenħtieġ li jitqies l-impatt fir-rigward tas-sostenibbiltà ta’ prodotti u s-servizzi finanzjarji. |
(11) |
Mod effettiv kif l-investiment privat jiġi kanalizzat lejn attivitajiet sostenibbli huwa li jsiru disponibbli prodotti finanzjarji li għandhom l-għan li jiksbu objettivi ambjentalment sostenibbli. Ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Unjoni biex jippermettu lil parteċipanti fis-swieq finanzjarji u emittenti jużaw tikketti nazzjonali, għandhom l-għan li jsaħħu l-fiduċja tal-investituri u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali ta’ dawk il-prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi, li joħolqu viżibbiltà u jindirizzaw it-tħassib dwar “greenwashing”. Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, il-greenwashing hija prattika fejn jinkiseb vantaġġ kompetittiv inġust permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott finanzjarju bħala ekoloġiku, meta fil-fatt ma jkunux sodisfatti standards ambjentali bażiċi. Bħalissa ftit Stati Membri għandhom fis-seħħ skemi ta’ tikkettar. Dawk l-iskemi eżistenti huma bbażati fuq sistemi differenti ta’ klassifikazzjoni għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Fid-dawl tal-impenji politiċi taħt il-Ftehim ta’ Pariġi u fil-livell tal-Unjoni, huwa probabbli li aktar u aktar Stati Membri ser jistabbilixxu skemi ta’ tikkettar jew jimponu rekwiżiti oħrajn fil-konfront ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew ta’ emittenti fir-rigward tal-promozzjoni ta’ prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi bħala ambjentalment sostenibbli. F’tali każijiet, l-Istati Membri jużaw is-sistemi nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tagħhom stess sabiex jiddeterminaw liema investimenti jikkwalifikaw bħala sostenibbli. Jekk dawk l-iskemi nazzjonali ta’ tikkettar jew rekwiżiti nazzjonali jużaw kriterji differenti biex jiġi determinat liema attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli, l-investituri jkunu skoraġġuti milli jinvestu fil-livell transkonfinali minħabba diffikultajiet fil-paragun ta’ opportunitajiet differenti ta’ investiment. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jattiraw l-investiment minn madwar l-Unjoni jkollhom jissodisfaw kriterji differenti fi Stati Membri differenti sabiex l-attivitajiet tagħhom jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli. In-nuqqas ta’ kriterji komuni b’hekk iżid l-ispejjeż u jiskoraġġixxi b’mod sinifikanti lill-operaturi ekonomiċi milli jaċċessaw swieq kapitali transkonfinali għall-iskop ta’ investiment sostenibbli. |
(12) |
Il-kriterji biex jiġi determinat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli jenħtieġ li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni sabiex jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-ġenerazzjoni ta’ fondi għal proġetti ta’ sostenibbiltà, u sabiex jiġi evitat li jerġgħu jitfaċċaw ostakli għal tali proġetti. B’din l-armonizzazzjoni, l-operaturi ekonomiċi jsibuha aktar faċli li jiġġeneraw finanzjament, fil-livell transkonfinali, għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħhom, minħabba li l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom ikunu jistgħu jiġu pparagunati ma’ kriterji uniformi sabiex jintgħażlu bħala assi sottostanti għal investimenti ambjentalment sostenibbli. B’hekk tali armonizzazzjoni tiffaċilita l-investiment sostenibbli fil-livell transkonfinali fi ħdan l-Unjoni. |
(13) |
Jekk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jagħtu l-ebda spjegazzjoni lill-investituri dwar kif l-attivitajiet li jinvestu fihom jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali, jew jekk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jużaw kunċetti differenti fl-ispjegazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ xi tkun attività ekonomika ambjentalment sostenibbli, l-investituri ser isibuha ta’ piż b’mod sproporzjonat li jivverifikaw u jipparagunaw prodotti finanzjarji differenti. Instab li tali prattiki jiskoraġġixxu lill-investituri milli jinvestu fi prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ fiduċja tal-investituri għandu impatt negattiv kbir fuq is-suq għall-investiment sostenibbli. Intwera wkoll li regoli nazzjonali u inizjattivi bbażati fuq is-suq meħudin biex tiġi indirizzata dik il-kwistjoni fi ħdan il-fruntieri nazzjonali jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq intern. Jekk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiddivulgaw kif u sa liema punt il-prodotti finanzjarji li jsiru disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli jinvestu f’attivitajiet li jissodisfaw il-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli taħt dan ir-Regolament, u jekk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal tali divulgazzjoni jużaw kriterji komuni madwar l-Unjoni, dan jgħin lill-investituri jipparagunaw opportunitajiet bejn il-fruntieri u jinċentiva lil kumpanniji li jsir investiment fihom biex jagħmlu l-mudelli kummerċjali tagħhom aktar ambjentalment sostenibbli. Barra minn hekk, l-investituri jinvestu fi prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli b’aktar fiduċja madwar l-Unjoni, u b’hekk jitjieb il-funzjonament tas-suq intern. |
(14) |
Biex jindirizzaw l-ostakli eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern u biex jevitaw li tali ostakli jitfaċċaw fil-futur, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jiġu rikjesti jużaw kunċett komuni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli meta jintroduċu rekwiżiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew ta’ emittenti għall-finijiet ta’ tikkettar ta’ prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li jkunu kummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli. Sabiex ikunu evitati l-frammentazzjoni tas-suq u ħsara lill-interessi tal-konsumaturi u tal-investituri bħala riżultat ta’ ideat diverġenti ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, rekwiżiti nazzjonali li magħhom il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew l-emittenti ikollhom jikkonformaw biex jikkummerċjalizzaw prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi bħala ambjentalment sostenibbli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji uniformi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Tali parteċipanti fis-swieq finanzjarji u emittenti jinkludu parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jagħmlu disponibbli prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u kumpanniji mhux finanzjarji li joħorġu bonds korporattivi ambjentalment sostenibbli. |
(15) |
L-istabbiliment ta’ kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jista’ jħeġġeġ lill-atturi ekonomiċi li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament biex, fuq bażi volontarja, jippubblikaw u jiddivulgaw fis-siti web tagħhom informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli li huma jwettqu. Dik l-informazzjoni tgħin mhux biss lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u atturi rilevanti oħrajn fis-swieq finanzjarji biex jidentifikaw faċilment liema operaturi ekonomiċi jwettqu attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, iżda tagħmilha wkoll aktar faċli għal dawk l-operaturi ekonomiċi biex jiġġeneraw finanzjament għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħhom. |
(16) |
Klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli fil-livell tal-Unjoni mistennija tiffaċilita l-iżvilupp ta’ politiki futuri tal-Unjoni f’appoġġ għall-finanzjament sostenibbli, inklużi standards fl-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u l-istabbiliment eventwali ta’ tikketti li jirrikonoxxu formalment il-konformità ma’ dawk l-istandards madwar l-Unjoni. Din tista’ wkoll isservi bħala l-bażi għal miżuri ekonomiċi u regolatorji oħra. Rekwiżiti legali uniformi għad-determinazzjoni tal-grad ta’ sostenibbiltà ambjentali tal-investimenti, abbażi ta’ kriterji uniformi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, huma meħtieġa bħala referenza għal-liġi futura tal-Unjoni li jkollha l-għan li tiffaċilita l-bidla direzzjonali tal-investiment lejn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. |
(17) |
Fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs fl-Unjoni, l-għażliet ta’ politika, bħall-ħolqien ta’ Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kienu effettivi biex jikkontribwixxu għall-kanalizzazzjoni ta’ investiment privat, flimkien man-nefqa pubblika, lejn investimenti sostenibbli. Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jispeċifika mira ta’ investiment relatat mal-klima ta’ 40 % għal proġetti ta’ infrastruttura u ta’ innovazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Il-kriterji komuni biex jiġi determinat jekk attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikawx bħala sostenibbli, inkluż l-impatt tagħhom fuq l-ambjent, jistgħu jservu ta’ pedament għal inizjattivi futuri simili tal-Unjoni għall-mobilizzazzjoni ta’ investiment li jkollu objettivi marbuta mal-klima jew objettivi ambjentali oħra. |
(18) |
Sabiex tiġi evitata ħsara lill-interessi tal-investituri, il-maniġers tal-fondi u l-investituri istituzzjonali li jagħmlu disponibbli prodotti finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw kif u sa fejn huma jużaw il-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex tiġi determinata s-sostenibbiltà ambjentali tal-investimenti tagħhom. L-informazzjoni ddivulgata jenħtieġ li tgħin lill-investituri jifhmu l-proporzjon tal-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju f’attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala perċentwal tal-investimenti kollha sottostanti għal dak il-prodott finanzjarju, u b’hekk tgħin lill-investituri jifhmu l-grad ta’ sostenibbiltà ambjentali tal-investiment. Fejn l-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju jkunu f’attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata jenħtieġ li tispeċifika l-objettiv jew objettivi ambjentali li għalihom jikkontribwixxi l-investiment sottostanti għall-prodott finanzjarju, kif ukoll kif u sa liema punt l-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u jenħtieġ li tinkludi dettalji dwar il-proporzjonijiet rispettivi tal-attivitajiet ta’ faċilitazzjoni u transizzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi ddivulgata f’dak ir-rigward. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jivverifikaw faċilment il-konformità ma’ dak l-obbligu ta’ divulgazzjoni, u jinfurzaw tali konformità taħt il-liġi nazzjonali applikabbli. Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jiħdux kont tal-kriterji għal investimenti ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni għal dak il-għan. Sabiex l-obbligu ta’ divulgazzjoni ma jiġix evitat, jenħtieġ li dak l-obbligu japplika wkoll fejn il-prodotti finanzjarji jkunu kummerċjalizzati bħala li jippromwovu karatteristiċi ambjentali, inklużi dawk il-prodotti finanzjarji li l-objettiv tagħhom ikun il-protezzjoni ambjentali fis-sens wiesa’. |
(19) |
L-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jissupplimentaw ir-regoli dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Biex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġi pprovdut punt ta’ paragun oġġettiv għall-investituri aħħarin mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji dwar il-proporzjon ta’ investimenti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli dwar it-trasparenza f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088. Id-definizzjoni ta’ “investiment sostenibbli” fir-Regolament (UE) 2019/2088 tinkludi investimenti f’attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali li, fost l-oħrajn, jenħtieġ li jinkludi investimenti f’“attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli” fis-sens ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/2088 jikkunsidra investiment bħala investiment sostenibbli jekk ma jagħmel ħsara sinifikanti lil ebda objettiv ambjentali jew soċjali kif stipulat f’dak ir-Regolament. |
(20) |
Sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà, il-konsistenza u l-komparabbiltà ta’ divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji, id-divulgazzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jużaw indikaturi tas-sostenibbiltà eżistenti sa fejn ikun fattibbli kif propost mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Mejju 2018 dwar il-finanzjament sostenibbli (7). F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, sa fejn ikun fattibbli, ikunu bbażati fuq l-indikaturi tas-sostenibbiltà li huma msemmija fir-Regolament (UE) 2019/2088. |
(21) |
Fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn impriżi li mhumiex meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni taħt dan ir-Regolament, jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jistgħux jiksbu b’mod raġonevoli l-informazzjoni rilevanti biex jiddeterminaw b’mod affidabbli l-allinjament mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament. F’tali każijiet eċċezzjonali u unikament għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom ma setgħetx tinkiseb informazzjoni kompluta, affidabbli u f’waqtha, jenħtieġ li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkunu jistgħu jwettqu valutazzjonijiet u stimi komplementari abbażi ta’ informazzjoni minn sorsi oħra. Tali valutazzjonijiet u stimi jenħtieġ li jikkumpensaw biss għal partijiet limitati u speċifiċi tal-elementi tad-data mixtieqa, u jipproduċu eżitu prudenti. Sabiex jiġi żgurat li d-divulgazzjoni lill-investituri tkun ċara u mhux qarrieqa, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jispjegaw b’mod ċar il-bażi għall-konklużjonijiet tagħhom kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn kellhom jagħmlu tali valutazzjonijiet u stimi komplementari għall-finijiet ta’ divulgazzjoni lill-investituri aħħarin. |
(22) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar “Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni relatata mal-klima”, il-Kummissjoni tirrakkomanda li ċerti kumpanniji kbar jirrappurtaw dwar ċerti indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin relatati mal-klima (KPIs, key performance indicators) li huma bbażati fuq il-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-informazzjoni dwar il-proporzjon tal-fatturat, in-nefqa tal-kapital (CapEx, capital expenditure) jew in-nefqa operattiva (OpEx, operating expenditure) ta’ tali kumpanniji mhux finanzjarji kbar li jkunu assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, kif ukoll il-KPIs li jkunu mfassla apposta għal kumpanniji finanzjarji kbar, hija utli għall-investituri li huma interessati f’kumpanniji li l-prodotti u s-servizzi tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti f’dan ir-Regolament. Huwa għalhekk xieraq li tkun meħtieġa l-pubblikazzjoni annwali ta’ tali KPIs minn tali kumpanniji kbar u li dak ir-rekwiżit jiġi definit aktar f’atti delegati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kumpanniji finanzjarji kbar. Filwaqt li jkun ta’ piż sproporzjonat li tali rekwiżit jiġi estiż għal kumpanniji li jkunu iżgħar, il-kumpanniji li jkunu iżgħar jistgħu volontarjament jiddeċiedu li jippubblikaw tali informazzjoni. |
(23) |
Sabiex tiġi determinata s-sostenibbiltà ambjentali ta’ attività ekonomika speċifika, jenħtieġ li titwaqqaf lista eżawrjenti ta’ objettivi ambjentali. Is-sitt objettivi ambjentali li dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri huma: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; it-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. |
(24) |
Attività ekonomika li għandha bħala objettiv ambjentali l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jenħtieġ li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra billi tevitahom jew tnaqqashom jew billi ssaħħaħ l-assorbimenti ta’ gassijiet serra. L-attività ekonomika jenħtieġ li tkun konsistenti mal-mira fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dak l-objettiv ambjentali jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(25) |
Attività ekonomika li għandha bħala objettiv ambjentali l-adattament għat-tibdil fil-klima jenħtieġ li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-tnaqqis jew il-prevenzjoni tal-impatt negattiv tal-klima attwali jew mistennija fil-futur, jew tar-riskji ta’ tali impatt negattiv, kemm jekk fuq dik l-attività nnifisha kif ukoll jekk fuq persuni, in-natura jew assi. Dak l-objettiv ambjentali jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030. |
(26) |
L-objettiv ambjentali tal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-Direttivi 2000/60/KE (10), 2006/7/KE (11), 2006/118/KE (12), 2008/56/KE (13) u 2008/105/KE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE (15), 91/676/KEE (16) u 98/83/KE (17) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 (18) u skont il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 bit-titolu “Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perijodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea”, tal-14 ta’ Novembru 2012 bit-titolu “Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa” u tal-11 ta’ Marzu 2019 bit-titolu “Approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-farmaċewtiċi fl-ambjent”. |
(27) |
L-objettiv ambjentali tat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ekonomija ċirkolari, tal-iskart u tas-sustanzi kimiċi, inklużi r-Regolamenti (KE) Nru 1013/2006 (19), (KE) Nru 1907/2006 (20) u (UE) 2019/1021 (21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 94/62/KE (22), 2000/53/KE (23), 2006/66/KE (24), 2008/98/KE (25), 2010/75/UE (26), 2011/65/UE (27), 2012/19/UE (28), (UE) 2019/883 (29) u (UE) 2019/904 (30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (31), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 (32) u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/532/KE (33) u 2014/955/UE (34), u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2015 bit-titolu “L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari” u tas-16 ta’ Jannar 2018 bit-titolu “Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari”. |
(28) |
Attività ekonomika tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-objettiv ambjentali ta’ transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari permezz ta’ diversi modi. Hija tista’, pereżempju, iżżid id-durabbiltà, ir-riparabbiltà, il-kapaċità ta’ titjib fil-kwalità u l-kapaċità tal-użu mill-ġdid ta’ prodotti, jew tista’ tnaqqas l-użu ta’ riżorsi permezz tad-disinn u l-għażla ta’ materjali, tiffaċilita l-użu għal skop ġdid, iż-żarmar u d-dekostruzzjoni fis-settur tal-bini u tal-kostruzzjoni, b’mod partikolari għat-tnaqqis tal-użu ta’ materjali tal-bini u l-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ materjali tal-bini. Hija tista’ wkoll tikkontribwixxi sostanzjalment għall-objettiv ambjentali ta’ transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari billi tiżviluppa mudelli ta’ negozju “prodott bħala servizz” u ktajjen ċirkolari ta’ valur, bil-għan li l-prodotti, il-komponenti u l-materjali jinżammu fl-ogħla utilità u valur tagħhom għall-itwal żmien possibbli. Jenħtieġ li kwalunkwe tnaqqis tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fil-materjali u l-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż billi jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri, ikun, bħala minimu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Attività ekonomika tista’ wkoll tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-objettiv ambjentali ta’ transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari billi tnaqqas il-ħela tal-ikel fil-produzzjoni, l-ipproċessar, il-manifattura jew id-distribuzzjoni tal-ikel. |
(29) |
L-objettiv ambjentali ta’ prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi d-Direttivi 2000/60/KE, 2004/35/KE (35), 2004/107/KE (36), 2006/118/KE, 2008/50/KE (37), 2008/105/KE, 2010/75/UE, (UE) 2016/802 (38) u (UE) 2016/2284 (39) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(30) |
L-objettiv ambjentali tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi r-Regolamenti (UE) Nru 995/2010 (40), (UE) Nru 511/2014 (41) u (UE) Nru 1143/2014 (42) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (44), id-Direttivi tal-Kunsill 91/676/KEE u 92/43/KEE (45), u skont il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2003 bit-titolu “Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT)”, tat-3 ta’ Mejju 2011 bit-titolu “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020”, tas-6 ta’ Mejju 2013 bit-titolu “L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa”, tas-26 ta’ Frar 2016 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi” u tat-23 ta’ Lulju 2019 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”. |
(31) |
Attività ekonomika tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-objettiv ambjentali tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, permezz ta’ diversi modi, inkluż billi tipproteġi, tikkonserva jew tirrestawra l-bijodiversità u l-ekosistemi, u b’hekk billi ttejjeb is-servizzi tal-ekosistema. Tali servizzi huma miġbura f’erba’ kategoriji, jiġifieri servizzi ta’ proviżjonament, bħall-proviżjonament tal-ikel u tal-ilma; servizzi ta’ regolamentazzjoni, bħall-kontroll tal-klima u tal-mard; servizzi ta’ appoġġ, bħaċ-ċikli tan-nutrijenti u l-produzzjoni tal-ossiġenu; u servizzi kulturali, bħall-għoti ta’ benefiċċji spiritwali u rikreattivi. |
(32) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “ġestjoni sostenibbli tal-foresti” jenħtieġ li jinftiehem billi jittieħed kont tal-prattiki u l-użu ta’ foresti u art tal-foresti li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità jew għat-twaqqif jew il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, id-deforestazzjoni u t-telf ta’ ħabitats, billi jittieħed kont tal-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-art tal-foresti b’mod u b’rata li jħarsu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jissodisfaw, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livell lokali, nazzjonali u dak globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn, kif definit fir-Riżoluzzjoni H1 tat-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa ta’ 16-17 ta’ Ġunju 1993 f’Helsinki dwar il-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa kif ukoll billi jittieħed kont tar-Regolamenti (UE) Nru 995/2010 u (UE) 2018/841 (46) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2013 dwar “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti”. |
(33) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “effiċjenza fl-użu tal-enerġija” jintuża b’mod wiesa’ u jenħtieġ li jinftiehem billi jittieħed kont tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48) u d-Direttivi 2012/27/UE (49) u (UE) 2018/844 (50) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati taħt id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51). |
(34) |
Għal kull objettiv ambjentali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji uniformi biex jiġi determinat jekk attivitajiet ekonomiċi jagħtux kontribut sostanzjali għal dak il-għan. Jenħtieġ li element wieħed tal-kriterji uniformi jkun li tiġi evitata ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali previsti f’dan ir-Regolament. Dan sabiex jiġi evitat li ċerti investimenti jitqiesu ambjentalment sostenibbli f’każijiet fejn l-attivitajiet ekonomiċi li jgawdu minn dawk l-investimenti jikkawżaw ħsara lill-ambjent li taqbeż il-kontribut tagħhom għal objettiv ambjentali. Jenħtieġ li tali kriterji jieħdu kont taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika minbarra l-impatti ambjentali tal-istess attività ekonomika, inkluż billi jittieħed kont ta’ evidenza minn valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, b’mod partikolari billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja tagħhom. |
(35) |
Filwaqt li jitfakkar l-impenn konġunt tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jiġu segwiti l-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’appoġġ tat-tkabbir sostenibbli u inklussiv, u b’rikonoxximent tar-rilevanza tal-istandards u d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol minimi internazzjonali, jenħtieġ li l-konformità mas-salvagwardji minimi tkun kundizzjoni għall-attivitajiet ekonomiċi biex jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli. Għal dik ir-raġuni l-attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ li jikkwalifikaw biss bħala ambjentalment sostenibbli fejn jitwettqu f’allinjament mal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi d-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO jiddefinixxu d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol li l-impriżi jenħtieġ li jirrispettaw. Bosta minn dawn l-istandards internazzjonali huma minquxa wkoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-projbizzjoni tal-iskjavitù u tax-xogħol furzat u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Dawk is-salvagwardji minimi huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti relatati mal-ambjent, is-saħħa, is-sigurtà u s-sostenibbiltà soċjali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, fejn japplikaw. Meta jikkonformaw ma’ dawk is-salvagwardji minimi, jenħtieġ li l-impriżi jaderixxu mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” msemmi fir-Regolament (UE) 2019/2088, u jieħdu kont tal-istandards tekniċi regolatorji adottati taħt dak ir-Regolament li jispeċifikaw aktar dak il-prinċipju. |
(36) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/2088, jenħtieġ li dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 biex jagħti mandat lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (52), (UE) Nru 1094/2010 (53) u (UE) Nru 1095/2010 (54) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (kollettivament, l-“ESAs”, European Supervisory Authorities) biex b’mod konġunt jiżviluppaw standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-indikaturi ta’ sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi kif msemmija fir-Regolament (UE) 2019/2088. Jenħtieġ li jkunu konsistenti wkoll mal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(37) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2088 jiġi emendat aktar sabiex jagħti mandat lill-ESAs biex permezz tal-Kumitat Konġunt jabbozzaw standards tekniċi regolatorji biex jissupplimentaw ir-regoli dwar it-trasparenza fil-promozzjoni ta’ karatteristiċi ambjentali u ta’ investimenti ambjentalment sostenibbli f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi. |
(38) |
Fid-dawl tad-dettalji tekniċi speċifiċi meħtieġa biex jiġi vvalutat l-impatt ambjentali ta’ attività ekonomika u n-natura li qed tinbidel b’rata mgħaġġla kemm tax-xjenza kif ukoll tat-teknoloġija, jenħtieġ li l-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jiġu adattati regolarment biex jirriflettu tali tibdil. Biex il-kriterji jkunu aġġornati, abbażi tal-evidenza xjentifika u l-kontribut minn esperti kif ukoll minn partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal “kontribut sostanzjali” u “ħsara sinifikanti” jiġu speċifikati b’aktar granularità għal attivitajiet ekonomiċi differenti u jenħtieġ li jiġu aġġornati regolarment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar granulari u kalibrati, għall-attivitajiet ekonomiċi differenti, abbażi ta’ input tekniku minn pjattaforma dwar il-finanzjament sostenibbli b’diversi partijiet ikkonċernati. |
(39) |
Ċerti attivitajiet ekonomiċi għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent, u t-tnaqqis ta’ tali impatt negattiv jista’ jagħti kontribut sostanzjali għal objettiv ambjentali wieħed jew aktar. Għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jeħtieġu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni ambjentali meta mqabbla ma’, fost l-oħrajn, il-medja tal-industrija, iżda li fl-istess ħin jevitaw effetti ta’ intrappolament ambjentalment dannuż, inklużi effetti ta’ intrappolament intensiv ta’ karbonju, matul il-ħajja ekonomika tal-attività ekonomika ffinanzjata. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jikkunsidraw ukoll l-impatt fit-tul ta’ attività ekonomika speċifika. |
(40) |
Jenħtieġ li attività ekonomija ma tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli jekk tikkawża aktar ħsara lill-ambjent mill-benefiċċji li ġġib magħha. Jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jidentifikaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal objettivi oħra, inkluż billi jibnu fuq kwalunkwe rekwiżit minimu stabbilit skont il-liġi tal-Unjoni. Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq l-evidenza xjentifika disponibbli, jiġu żviluppati billi jittieħed kont ta’ kunsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, u jiġu aġġornati b’mod regolari. Fejn l-evalwazzjoni xjentifika ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ riskju b’ċertezza suffiċjenti, jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni, f’konformità mal-Artikolu 191 TFUE. |
(41) |
Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-objettiv ambjentali ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont ta’, u tipprovdi inċentivi għal, it-transizzjoni kurrenti u meħtieġa lejn ekonomija newtrali għall-klima f’konformità mal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament. Minbarra l-użu tal-enerġija newtrali għall-klima u aktar investimenti f’attivitajiet u setturi ekonomiċi li diġà għandhom livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-transizzjoni tirrikjedi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’attivitajiet u setturi ekonomiċi oħra fejn m’hemmx alternattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju teknoloġikament u ekonomikament vijabbli. Dawk l-attivitajiet ekonomiċi ta’ transizzjoni jenħtieġ li jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jekk l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra jkunu sostanzjalment aktar baxxi mill-medja tas-settur jew tal-industrija, ma jfixklux l-iżvilupp u l-użu ta’ alternattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ma jwasslux għal intrappolament ta’ assi inkompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika, b’qies tal-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal tali attivitajiet ekonomiċi ta’ transizzjoni jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-attivitajiet ta’ transizzjoni jkollhom perkors kredibbli lejn in-newtralità klimatika, u jenħtieġ li jiġu aġġustati kif meħtieġ f’intervalli regolari. |
(42) |
Jenħtieġ li attività ekonomika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti f’dan ir-Regolament fejn hija direttament tiffaċilita attivitajiet oħra li jagħmlu kontribut sostanzjali għal wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. Jenħtieġ li tali attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ma jwasslux għal intrappolament ta’ assi li jimmina l-għanijiet ambjentali fit-tul, b’qies tal-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi, u jenħtieġ li jkollhom impatt ambjentali pożittiv sostanzjali fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja. |
(43) |
Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi r-Regolamenti (KE) Nru 1221/2009 (55) u (KE) 66/2010 (56) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE (57) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2018 dwar “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar”. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi mhux neċessarji bil-klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet ekonomiċi li diġà jeżistu għal għanijiet oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont ukoll tal-klassifikazzjonijiet tal-istatistika marbuta mas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, prinċipalment il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA, classification of environmental protection activities) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi (CReMA, classification of resource management activities) tar-Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58). Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont tal-indikaturi ambjentali eżistenti u l-oqfsa tar-rapportar, żviluppati minn, fost l-oħrajn, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u l-istandards internazzjonali eżistenti, bħal dawk żviluppati minn, fost l-oħrajn, l-OECD. |
(44) |
Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-infrastruttura, u jenħtieġ li tieħu kont ta’ esternalitajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi f’analiżi li tqis il-kost vis-à-vis l-benefiċċju. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi d-Direttivi 2001/42/KE (59), 2011/92/UE (60), 2014/23/UE (61), 2014/24/UE (62) u 2014/25/UE (63) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-istandards u l-metodoloġija attwali, kif ukoll il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-OECD. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jippromwovu l-oqfsa ta’ governanza adatti li jintegraw il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza kif imsemmija fil-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett. |
(45) |
Jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi f’settur speċifiku jistgħu jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli u jiġu trattati indaqs jekk jikkontribwixxu b’mod indaqs lejn wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-kapaċità potenzjali ta’ kontribuzzjoni lejn dawk l-objettivi ambjentali tista’ tvarja fost is-setturi, u dan jenħtieġ li jiġi rifless f’dawk il-kriterji. Madankollu, fi ħdan kull settur, jenħtieġ li dawk il-kriterji ma jiżvantaġġawx inġustament lil ċerti attivitajiet ekonomiċi fil-konfront ta’ oħrajn jekk dawk tal-ewwel jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali bl-istess mod bħal dawk tal-aħħar. |
(46) |
Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kriterji li ġew stabbiliti jwasslux għal assi li ma jibqgħux użabbli jew jirriżultawx f’inċentivi inkonsistenti, jew ikollhomx xi impatt negattiv ieħor fuq is-swieq finanzjarji. |
(47) |
Sabiex tevita spejjeż għall-konformità wisq onerużi fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jipprevedu ċertezza legali suffiċjenti, li jkunu prattiċi u b’applikazzjoni faċli, u li għalihom tista’ tiġi vverifikata l-konformità f’limiti raġonevoli ta’ spejjeż ta’ konformità, biex b’hekk jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jistgħu jirrikjedu t-twettiq ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fejn prattikabbli u meħtieġ b’mod suffiċjenti. |
(48) |
Sabiex tiżgura li l-investimenti jkunu kanalizzati lejn attivitajiet ekonomiċi li jkollhom l-akbar impatt pożittiv fuq l-objettivi ambjentali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lit-twaqqif ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi li għandhom il-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut lill-objettivi ambjentali. |
(49) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi adegwati ta’ skrinjar għas-settur tat-trasport, inkluż għal assi mobbli. Jenħtieġ li dawk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jieħdu kont tal-fatt li s-settur tat-trasport, inkluż it-trasport marittimu internazzjonali, jikkontribwixxi mas-26 % tal-emissjonijiet ta’ gass serra totali fl-Unjoni. Kif iddikjarat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament ta’ Tkabbir Sostenibbli, is-settur tat-trasport jirrappreżenta madwar 30 % tal-investiment annwali addizzjonali meħtieġ għall-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, pereżempju għaż-żieda tal-elettrifikazzjoni jew għall-appoġġ ta’ transizzjoni lejn metodi aktar nodfa ta’ trasport permezz tal-promozzjoni ta’ bidla modali u ta’ ġestjoni aħjar tat-traffiku. |
(50) |
Meta jiġu żviluppati l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa f’konformità mal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar. Jenħtieġ li l-proċess għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u jibbaża ruħu fuq il-parir ta’ espertili jkollhom għarfien u esperjenza ppruvata fl-oqsma rilevanti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf Pjattaforma dwar il-Finanzjament Sostenibbli (“il-Pjattaforma”). Jenħtieġ li l-Pjattaforma tkun iffurmata minn esperti li jirrappreżentaw kemm lis-settur privat kif ukoll lis-settur pubbliku. Jenħtieġ li l-esperti tas-settur pubbliku jinkludu rappreżentanti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, mill-ESAs, mill-Bank Ewropew għall-Investiment u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. Jenħtieġ li esperti tas-settur privat jinkludu rappreżentanti ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji u mhux finanzjarji u tas-setturi tan-negozju, li jirrappreżentaw l-industriji rilevanti, u persuni b’kompetenza esperta kontabilistika u ta’ rapportar. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tinkludi wkoll esperti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inklużi esperti fil-qasam ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tax-xogħol u ta’ governanza. Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkunu mħeġġa jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk iqisu li jenħtieġ li attività ekonomika li ma tissodisfax il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jew li għaliha għad ma ġewx stabbiliti kriterji, tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli, biex jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa jekk ikunx xieraq tikkumplimenta jew taġġorna l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar |
(51) |
Jenħtieġ li l-Pjattaforma tkun kostitwita f’konformità mar-regoli orizzontali applikabbli dwar il-ħolqien u l-operazzjoni tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tal-proċess tal-għażla. Il-proċess tal-għażla jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ għarfien espert, bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi, kif ukoll rappreżentanza bilanċjata tal-għarfien u l-kompetenzi rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kompiti speċifiċi tal-Pjattaforma. Matul il-proċess tal-għażla, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni f’konformità ma’ dawk ir-regoli orizzontali biex tiddetermina jekk jeżistux kunflitti ta’ interess potenzjali u jenħtieġ li tieħu l-miżuri adatti biex tirriżolvi kwalunkwe tali kunflitt. |
(52) |
Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp, l-analiżi u r-reviżjoni ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar, inkluż l-impatt potenzjali ta’ tali kriterji fuq il-valutazzjoni ta’ assi li jikkwalifikaw bħala assi ambjentalment sostenibbli skont il-prattiki tas-suq attwali. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri wkoll lill-Kummissjoni dwar jekk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar humiex adatti għall-użu f’inizjattivi futuri tal-politika tal-Unjoni mmirati lejn il-faċilitazzjoni ta’ investiment sostenibbli u dwar ir-rwol possibbli ta’ standards ta’ kontabbiltà u rappurtar tas-sostenibbiltà fl-appoġġ tal-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ miżuri ulterjuri biex titjieb id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data filwaqt li jittieħed kont tal-objettiv li jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ, dwar kif jiġu indirizzati objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, inklużi objettivi soċjali, u dwar il-funzjonament ta’ salvagwardji minimi u l-ħtieġa possibbli li dawn jiġu supplimentati. |
(53) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli l-Grupp ta’ Esperti eżistenti tal-Istati Membri dwar il-Finanzjament Sostenibbli u tipprovdih bi status formali. Il-kompiti ta’ dak il-grupp ta’ esperti, fost l-oħrajn, ser jikkonsistu fl-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar u l-approċċ meħud mill-Pjattaforma fir-rigward tal-iżvilupp ta’ dawk il-kriterji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm lill-Istati Membri informati permezz ta’ laqgħat regolari tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzjament Sostenibbli. |
(54) |
Sabiex tispeċifika r-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament, u b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi u taġġorna, għal attivitajiet ekonomiċi differenti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar granulari u kalibrati għal dak li jikkostitwixxi ‘kontribut sostanzjali’ u ‘ħsara sinifikanti’ għall-objettivi ambjentali, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-obbligu ta’ divulgazzjoni taħt dan ir-Regolament, u fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell tal-esperti, bħal permezz tal-Pjattaforma u l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzjament Sostenibbli, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (64). B’mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni indaqs fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tal-atti delegati. |
(55) |
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088. Sabiex jiżguraw il-monitoraġġ ordnat u effettiv tal-konformità mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddependu fuq l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2088. Barra minn hekk, biex tiġi infurzata l-konformità, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar miżuri u penali, li jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESAs jeżerċitaw is-setgħat ta’ intervent fuq il-prodotti stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 (65), (UE) Nru 1286/2014 (66) u (UE) 2019/1238 (67) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ukoll fir-rigward ta’ prattiki ta’ bejgħ inadatt jew divulgazzjonijiet qarrieqa ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà, inkluża l-informazzjoni meħtieġa taħt dan ir-Regolament. |
(56) |
Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni effiċjenti u sostenibbli tal-ħidma u l-prattiki tal-laqgħat kemm il-Pjattaforma kif ukoll tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzjament Sostenibbli, u sabiex ikunu possibbli parteċipazzjoni wiesgħa u interazzjoni effiċjenti fi ħdan il-gruppi, is-sottogruppi tagħhom, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat aktar użu ta’ teknoloġiji diġitali, inklużi virtwali, fejn ikun xieraq. |
(57) |
Sabiex jingħata biżżejjed ħin lill-atturi rilevanti biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kriterji għall-kwalifika bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti f’dan ir-Regolament u biex iħejju ruħhom għall-applikazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament isiru applikabbli, għal kull objettiv ambjentali, tnax-il xahar wara li jkunu ġew stabbiliti l-kriterji tekniċi rilevanti ta’ skrinjar. |
(58) |
Id-dispożizzjoni f’dan ir-Regolament li tirreferi għal skemi ta’ inċentivi tat-taxxa bbażati fuq iċ-ċertifikazzjoni li jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa, kif stipulat mit-Trattati. |
(59) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi rieżaminata regolarment sabiex jiġu vvalutati, inter alia, il-progress fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli; il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti u kkumplimentati dawk il-kriterji biex jiġi determinat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli; l-effettività tas-sistema ta’ klassifikazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex l-investiment privat jiġi kkanalizzat f’tali attivitajiet u b’mod partikolari fir-rigward tal-flussi ta’ kapital f’intrapriżi privati u entitajiet legali oħra; u aktar żvilupp ta’ dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni, anke billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha lil hinn mill-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, sabiex jiġu koperti attivitajiet li jagħmlu dannu sinifikanti lill-ambjentali, kif ukoll objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, inklużi objettivi soċjali. |
(60) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji uniformi fil-livell tal-Unjoni għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi determinat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tal-istabbiliment tal-grad ta’ sostenibbiltà ambjentali ta’ investiment.
2. Dan ir-Regolament japplika għal:
(a) |
miżuri adottati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti għal parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew emittenti fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li jsiru disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli; |
(b) |
parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jagħmlu disponibbli prodotti finanzjarji; |
(c) |
impriżi li huma soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw dikjarazzjoni mhux finanzjarja jew dikjarazzjoni mhux finanzjarja konsolidata skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a,rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“investiment ambjentalment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt dan ir-Regolament; |
(2) |
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser parteċipant fis-swieq finanzjarji kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u tinkludi manifattur ta’ prodott tal-pensjoni li għalih Stat Membru iddeċieda li japplika dak ir-Regolament taħt l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament; |
(3) |
“prodott finanzjarju” tfisser prodott finanzjarju kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088; |
(4) |
“emittent” tfisser emittent kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69); |
(5) |
“mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess biex titrażżan iż-żieda tat-temperatura medja globali biex tinżamm ferm inqas minn 2 °C u t-twettiq ta’ sforzi biex tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali, kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Pariġi; |
(6) |
“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess ta’ aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistenni u l-impatti tiegħu; |
(7) |
“gass serra” tfisser gass serra elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70); |
(8) |
“ġerarkija tal-iskart” tfisser ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(9) |
“ekonomija ċirkolari” tfisser sistema ekonomika li permezz tagħha jinżamm il-valur tal-prodotti, tal-materjali u ta’ riżorsi oħra fl-ekonomija għall-itwal żmien possibbli, jissaħħaħ l-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u l-konsum, biex b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu tagħhom, u jitnaqqas l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart; |
(10) |
“sustanza niġġiesa” tfisser sustanza, vibrazzjoni, sħana, ħoss, dawl jew inkwinant ieħor preżenti fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għal proprjetà materjali, jew li jistgħu jgħarrqu jew ifixklu faċilitajiet u użi leġittimi oħra tal-ambjent; |
(11) |
“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq tad-Dinja li jinsab bejn il-blat tal-qiegħ u l-wiċċ, li huwa magħmul minn partiċelli minerali, materjal organiku, ilma, arja u organiżmi ħajjin; |
(12) |
“tniġġis” tfisser:
|
(13) |
“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikro-organiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxi bħala unità funzjonali; |
(14) |
“servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontribuzzjonijiet diretti u indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji ekonomiċi, soċjali, kulturali u oħrajn li n-nies jieħdu minn dawk l-ekosistemi; |
(15) |
“bijodiversità” tfisser il-varjabbiltà bejn l-organiżmi ħajjin derivati mis-sorsi kollha li jinkludu ekosistemi terrestri, tal-baħar u oħrajn akkwatiċi, u l-kumplessitajiet ekoloġiċi li huma parti minnhom u tinkludi d-diversità fl-ispeċi stess, bejn l-ispeċi u tal-ekosistemi; |
(16) |
“kundizzjoni tajba ” tfisser, relattivament għal ekosistema, li l-ekosistema hija f’kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tajba jew ta’ kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tajba bil-kapaċità ta’ riproduzzjoni jew awto-restawr, li fiha ma ssirx ħsara lill-kompożizzjoni ta’ speċi, lill-istruttura tal-ekosistema u lill-funzjonijiet ekoloġiċi; |
(17) |
"effiċjenza enerġetika" tfisser l-użu aħjar, f’termini ta’ effiċjenza, tal-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija mill-produzzjoni sal-konsum finali; |
(18) |
"ilmijiet marini" tfisser ilmijiet marini kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE; |
(19) |
"ilma tal-wiċċ" tfisser ilma tal-wiċċ kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE; |
(20) |
"ilma ta’ taħt l-art" tfisser ilma ta’ taħt l-art kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE; |
(21) |
"status ambjentali tajjeb" tfisser status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE; |
(22) |
"status tajjeb" tfisser:
|
(23) |
"potenzjal ekoloġiku tajjeb" tfisser potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definit fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
KAPITOLU II
ATTIVITAJIET EKONOMIĊI AMBJENTALMENT SOSTENIBBLI
Artikolu 3
Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli
Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-grad sa fejn investiment ikun ambjentalment sostenibbli, attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli fejn dik l-attività ekonomika:
(a) |
tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 f’konformità mal-Artikoli 10 sa 16; |
(b) |
ma tagħmilx ħsara sinifikanti għal ebda objettiv ambjentali stabbilit fl-Artikolu 9 f’konformità mal-Artikolu 17; |
(c) |
titwettaq f’konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fl-Artikolu 18; u |
(d) |
tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2). |
Artikolu 4
Użu tal-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli f’miżuri pubbliċi, fi standards u f’tikketti
L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 biex jiġi determinat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżura li tistipula rekwiżiti għal parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew emittenti fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li jsiru disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli.
Artikolu 5
Trasparenza ta’ investimenti ambjentalment sostenibbli f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi
Fejn prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2019/2088 jinvesti f’attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali fis-sens tal-punt (17) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-Artikoli 6(3) u 11(2) ta’ dak ir-Regolament għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-informazzjoni dwar l-objettiv ambjentali jew l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament li għalihom jikkontribwixxi l-investiment sottostanti għall-prodott finanzjarju; u |
(b) |
deskrizzjoni ta’ kif u sa liema punt l-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju jkunu saru f’attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandha tispeċifika l-proporzjon tal-investimenti f’attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli magħżul għall-prodott finanzjarju, inklużi dettalji dwar il-proporzjonijiet ta’ attivitajiet ta’ faċilitazzjoni u ta’ transizzjoni msemmija fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 10(2), rispettivament, bħala perċentwal tal-investimenti kollha magħżula għall-prodott finanzjarju.
Artikolu 6
Trasparenza ta’ prodotti finanzjarji li jippromwovu karatteristiċi ambjentali f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi
Fejn prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2019/2088 jippromwovi karatteristiċi ambjentali, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-Artikoli 6(3) u 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/2088 għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni li ġejja:
"Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti" japplika biss għal dawk l-investimenti sottostanti għall-prodott finanzjarju li jieħdu kont tal-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
L-investimenti sottostanti għall-porzjon li jifdal ta’ dan il-prodott finanzjarju ma jiħdux kont tal-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.”.
Artikolu 7
Trasparenza ta’ prodotti finanzjarji oħra f’divulgazzjonijiet prekuntrattwali u f’rapporti perjodiċi
Fejn prodott finanzjarju ma jkunx soġġett għall-Artikolu 8(1) jew għall-Artikoli 9(1), (2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2019/2088, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni settorjali msemmija fl-Artikoli 6(3) u 11(2) ta’ dak ir-Regolament għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni li ġejja:
“L-investimenti sottostanti għal dan il-prodott finanzjarju ma jiħdux kont tal-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.”.
Artikolu 8
Trasparenza ta’ impriżi f’dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji
1. Kwalunkwe impriża li hija soġġetta għal obbligu li tippubblika informazzjoni mhux finanzjarja taħt l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja tagħha jew fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata tagħha informazzjoni dwar kif u sa liema punt l-attivitajiet tal-impriża huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9 ta’ dan ir-Regolament.
2. B’mod partikolari, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw dan li ġej:
(a) |
il-proporzjon tal-fatturat tagħhom derivat minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9; u |
(b) |
il-proporzjon tan-nefqa kapitali tagħhom u l-proporzjon tan-nefqa operattiva tagħhom relatati ma’ assi jew proċessi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt l-Artikoli 3 u 9. |
3. Jekk impriża tippubblika informazzjoni mhux finanzjarja taħt l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE f’rapport separat f’konformità mal-Artikolu 19a(4) jew mal-Artikolu 29a(4) ta’ dik id-Direttiva, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ppubblikata f’dak ir-rapport separat.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu biex tispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità ma’ dawk il-paragrafi, inkluża l-metodoloġija li għandha tintuża għall-konformità magħhom, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet kemm tal-impriżi finanzjarji kif ukoll ta’ dawk mhux finanzjarji u l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat sal-1 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 9
Objettivi ambjentali
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn li ġejjin għandhom ikunu objettivi ambjentali:
(a) |
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; |
(b) |
l-adattament għat-tibdil fil-klima; |
(c) |
l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; |
(d) |
it-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; |
(e) |
il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; |
(f) |
il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. |
Artikolu 10
Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima li jkun konsistenti mal-mira fit-tul tat-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu evitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew billi jiżdiedu l-assorbimenti tal-gassijiet serra, inkluż permezz ta’ innovazzjonijiet tal-proċess jew innovazzjonijiet tal-prodott, permezz ta’:
(a) |
il-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, il-ħażna, id-distribuzzjoni jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġija innovattiva li jkollha l-potenzjal għal tfaddil sinifikanti fil-futur jew permezz ta’ tisħiħ jew l-estensjoni meħtieġa tal-grilja; |
(b) |
it-titjib tal-effiċjenza enerġetika ħlief għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 19(3); |
(c) |
żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali għall-klima; |
(d) |
bidla fl-użu għal dak ta’ materjali rinnovabbli minn sorsi rinnovabbli; |
(e) |
żieda fl-użu ta’ teknoloġiji ta’ ġbir u użu tal-karbonju li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (CCU, carbon capture and utilisation) u teknoloġiji tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS, carbon capture and storage) li jwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra; |
(f) |
it-tisħiħ ta’ bjar tal-karbonju fl-art, inkluż permezz tal-evitar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, ir-restawr tal-foresti, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tar-raba’, tal-bwar u artijiet mistagħdra, l-afforestazzjoni, u l-agrikoltura riġenerattiva; |
(g) |
l-istabbiliment ta’ infrastruttura tal-enerġija meħtieġa biex tkun iffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni ta’ sistemi tal-enerġija; |
(h) |
il-produzzjoni ta’ fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali għall-karbonju; jew |
(i) |
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (h) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività ekonomika li għaliha ma hemm l-ebda alternattiva teknoloġikament u ekonomikament vijabbli b’livell baxx ta’ karbonju għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn din tappoġġa t-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima konsistentement ma’ perkors li jillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, inkluż bit-tneħħija gradwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari emissjonijiet minn karburanti fossili solidi, u fejn dik l-attività:
(a) |
ikollha livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-aħjar prestazzjoni fis-settur jew fl-industrija; |
(b) |
ma tfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ alternattivi b’livell baxx ta’ karbonju; u |
(c) |
ma twassalx għal intrappolament ta’ assi b’livell għoli ta’ karbonju, meta titqies il-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi. |
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu u għall-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kontribut potenzjali u l-fattibbiltà tat-teknoloġiji eżistenti rilevanti kollha.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
4. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 sal-31 ta’ Diċembru 2020, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 11
Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima fejn dik l-attività:
(a) |
tinkludi soluzzjonijiet ta’ adattament li jew inaqqsu sostanzjalment ir-riskju tal-impatt negattiv tal-klima attwali u l-klima futura mistennija fuq dik l-attività ekonomika jew inaqqsu sostanzjalment dak l-impatt negattiv, mingħajr ma jiżdied ir-riskju ta’ impatt negattiv fuq persuni, natura jew assi; jew |
(b) |
tipprovdi soluzzjonijiet ta’ adattament li, barra milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16, jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju tal-impatt negattiv tal-klima attwali u l-klima futura mistennija fuq persuni, natura jew assi, mingħajr ma jiżdied ir-riskju ta’ impatt negattiv fuq persuni, natura jew assi oħra. |
2. Is-soluzzjonijiet ta’ adattament imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati u klassifikati f’ordni ta’ prijorità bl-użu tal-aħjar projezzjonijiet klimatiċi disponibbli u għandhom, bħala minimu, jipprevjenu jew inaqqsu:
(a) |
l-impatt negattiv, speċifiku għall-post u speċifiku għall-kuntest, tat-tibdil fil-klima fuq l-attività ekonomika; jew |
(b) |
l-impatt negattiv potenzjali tat-tibdil fil-klima fuq l-ambjent li fih isseħħ l-attività ekonomika. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema l-kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
4. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3 sal-31 ta’ Diċembru 2020, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 12
Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fejn dik l-attività jew tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-kisba tal-istatus tajjeb ta’ korpi tal-ilma, inklużi korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art jew biex jiġi evitat id-deterjorament ta’ korpi tal-ilma li diġà jkunu fi stat tajjeb, jew tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex jinkiseb l-istatus ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet marini jew biex jiġi evitat id-deterjorament ta’ ilmijiet marini li diġà jkunu fi stat ambjentali tajjeb, billi:
(a) |
jkun protett l-ambjent mill-effetti negattivi tal-iskariki ta’ ilma skart, urban u industrijali, inkluż minn kontaminanti ta’ tħassib emerġenti bħall-farmaċewtiċi u l-mikroplastiċi, pereżempju billi jiġi żgurat il-ġbir, trattament u skariku adegwati tal-ilma skart urban u industrijali; |
(b) |
tkun protetta s-saħħa tal-bniedem mill-impatt negattiv ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jiġi żgurat li jkun ħieles minn kwalunkwe mikroorganiżmu, parassita u sustanza li jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll billi jiżdied l-aċċess, lill-pubbliku, għall-ilma tax-xorb nadif; |
(c) |
jittejbu l-ġestjoni u l-effiċjenza fir-rigward tal-użu tal-ilma, inkluż bil-protezzjoni u t-titjib tal-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi, bil-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ilma permezz tal-protezzjoni fit-tul tar-riżorsi tal-ilma disponibbli, inter alia permezz ta’ miżuri bħall-użu mill-ġdid tal-ilma, billi jiġi żgurat it-tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art, b’kontribut għall-mitigazzjoni tal-effetti tal-għargħar u n-nixfiet, jew permezz ta’ kwalunkwe attività oħra li tipproteġi jew li ttejjeb l-istatus kwalitattiv u kwantitattiv tal-korpi tal-ilma; |
(d) |
jiġi żgurat l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema tal-baħar jew jingħata kontribut għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, inkluż permezz tal-protezzjoni, il-preservazzjoni jew ir-restawr tal-ambjent tal-baħar u billi jiġu prevenuti jew jitnaqqsu l-inputs fl-ambjent tal-baħar; jew |
(e) |
tkun faċilitata kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
3. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 13
Kontribut sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, fejn dik l-attività:
(a) |
tuża riżorsi naturali, inklużi materja prima b’bażi bijoloġika u materja prima oħra miksuba b’mod sostenibbli, fil-produzzjoni b’mod aktar effiċjenti, inkluż permezz ta’:
|
(b) |
iżżid id-durabbiltà, ir-riparabbiltà, il-kapaċità ta’ titjib fil-kwalità jew il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid tal-prodotti, b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ tfassil u ta’ manifattura; |
(c) |
iżżid il-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-prodotti, inkluża r-riċiklabbiltà ta’ materjali individwali inklużi f’dawk il-prodotti, fost l-oħrajn permezz ta’ sostituzzjoni jew tnaqqis fl-użu ta’ prodotti u materjali li mhumiex riċiklabbli b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ tfassil u ta’ manifattura; |
(d) |
b’mod sostanzjali tnaqqas il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi u tissostitwixxi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna f’materjali u prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, inkluż billi tali sustanzi jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri u billi tiġi żgurata t-traċċabbiltà; |
(e) |
testendi l-użu ta’ prodotti, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid, disinn għal-lonġevità, skop ġdid, żarmar, manifatturar mill-ġdid, titjib u tiswija, u l-kondiviżjoni ta’ prodotti; |
(f) |
iżżid l-użu ta’ materji primi sekondarji u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-iskart; |
(g) |
tipprevjeni jew tnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, inkluża l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-estrazzjoni ta’ minerali u tal-iskart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini; |
(h) |
iżżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart; |
(i) |
iżżid l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, filwaqt li jiġi żgurat li l-materjali rkuprati jiġu riċiklati bħala input ta’ materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja fil-produzzjoni, biex b’hekk jiġi evitat id-downcycling; |
(j) |
tnaqqas għall-minimu l-inċinerazzjoni tal-iskart u tevita r-rimi tal-iskart, inkluż il-landfilling, f’konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart; |
(k) |
tevita u tnaqqas iż-żibel; jew |
(l) |
tiffaċilita kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (k) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
3. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 14
Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal protezzjoni ambjentali mit-tniġġis permezz ta’:
(a) |
il-prevenzjoni jew, fejn din ma tkunx prattika, it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art, barra mill-gassijiet serra; |
(b) |
it-titjib tal-livelli tal-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija fiż-żoni li fihom isseħħ l-attività ekonomika filwaqt li jitnaqqas għall-minimu kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jew kwalunkwe riskju ta’ dan; |
(c) |
il-prevenzjoni jew it-tnaqqis għall-minimu ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-produzzjoni, l-użu jew ir-rimi ta’ prodotti kimiċi; |
(d) |
it-tindif ta’ żibel u ta’ forom oħra ta’ tniġġis; jew |
(e) |
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
3. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 15
Kontribut sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr ta’ bijodiversità u ekosistemi fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-protezzjoni, għall-konservazzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità jew għall-kisba tal-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba, permezz ta’:
(a) |
il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, inklużi l-kisba tal-istatus favorevoli ta’ konservazzjoni ta’ ħabitats naturali u semi-naturali u speċijiet, jew il-prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tagħhom fejn diġà jkollhom status favorevoli ta’ konservazzjoni, u l-protezzjoni u r-restawr ta’ ekosistemi terrestri, tal-baħar u oħrajn akkwatiċi sabiex titjieb il-kundizzjoni tagħhom u tiżdied il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi tal-ekosistemi; |
(b) |
l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tal-art, inklużi l-protezzjoni adegwata tal-bijodiversità tal-ħamrija, in-newtralità għad-degradazzjoni tal-art, u r-rimedjar ta’ siti kontaminati; |
(c) |
prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi dawk li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità jew għat-twaqqif jew prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamriji u ekosistemi oħra, id-deforestazzjoni u t-telf ta’ ħabitats; |
(d) |
ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inklużi prattiki u użu ta’ foresti u ta’ art tal-foresti li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità jew għat-twaqqif jew il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, id-deforestazzjoni u t-telf ta’ ħabitats; jew |
(e) |
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 23 biex:
(a) |
tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat taħt liema kundizzjonijiet attività ekonomika speċifika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi; u |
(b) |
tissupplimenta l-Artikolu 17 billi tistabbilixxi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi determinat jekk attività ekonomika, li fir-rigward tagħha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta’ skrinjar taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. |
3. Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 20 fir-rigward tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’att delegat wieħed, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti fl-Artikolu 19.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2021, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 16
Attivitajiet ta’ faċilitazzjoni
Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 billi direttament tiffaċilita attivitajiet oħra li jagħmlu kontribut sostanzjali għal wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi, dment li tali attività ekonomika:
(a) |
ma twassalx għal intrappolament ta’ assi li jimmina l-għanijiet ambjentali fit-tul, meta titqies il-ħajja ekonomika ta’ dawk l-assi; u |
(b) |
ikollha impatt ambjentali pożittiv sostanzjali, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja. |
Artikolu 17
Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali
1. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 3, b’kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi pprovduti minn attività ekonomika, inkluża evidenza minn valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, dik l-attività ekonomika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti:
(a) |
lill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fejn dik l-attività twassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra; |
(b) |
lill-adattament għat-tibdil fil-klima, fejn dik l-attività twassal għal impatt aktar negattiv fuq il-klima attwali u l-klima mistennija fil-futur, fuq l-attività stess jew fuq persuni, natura jew assi; |
(c) |
lill-użu sostenibbli u l-protezzjoni ta’ riżorsi tal-ilma u tal-baħar, fejn dik l-attività tkun ta’ detriment:
|
(d) |
lill-ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, fejn:
|
(e) |
lill-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, fejn dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ma tkun bdiet din l-attività; jew |
(f) |
lill-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, fejn dik l-attività tkun:
|
2. Meta tiġi vvalutata attività ekonomika taħt il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu kemm l-impatt ambjentali tal-attività stess kif ukoll l-impatt ambjentali tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b’mod partikolari billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk il-prodotti u servizzi.
Artikolu 18
Salvagwardji minimi
1. Is-salvagwardji minimi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3 għandhom ikunu proċeduri implimentati minn impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura l-allinjament tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
2. Meta jimplimentaw il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-impriżi għandhom jaderixxu mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” msemmi fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088.
Artikolu 19
Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar
1. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) għandhom:
(a) |
jidentifikaw l-aktar kontributi potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, filwaqt li jitqiesu kemm l-impatt fuq perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul ta’ attività ekonomika partikolari; |
(b) |
jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali rilevanti, filwaqt li jitqiesu kemm l-impatt fuq perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul ta’ attività ekonomika partikolari; |
(c) |
ikunu kwantitattivi u kemm jista’ jkun jinkludu limiti, u b’mod ieħor ikunu kwalitattivi; |
(d) |
fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi tal-Unjoni ta’ tikkettar u ċertifikazzjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi tal-Unjoni ta’ klassifikazzjoni statistika, u jieħdu kont ta’ kull leġislazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni; |
(e) |
fejn ikun fattibbli, jużaw indikaturi ta’ sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/2088; |
(f) |
ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 TFUE; |
(g) |
jieħdu kont taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluża l-evidenza mill-valutazzjonijiet eżistenti taċ-ċiklu tal-ħajja, billi jikkunsidraw kemm l-impatt ambjentali tal-attività ekonomika stess kif ukoll l-impatt ambjentali tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika, partikolarment billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk il-prodotti u servizzi; |
(h) |
jieħdu kont tan-natura u l-iskala tal-attività ekonomika, inkluż:
|
(i) |
jieħdu kont tal-impatt potenzjali fuq is-suq tat-transizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, inkluż ir-riskju li ċerti assi ma jibqgħux użabbli bħala riżultat ta’ tali transizzjoni, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti għall-investiment b’mod sostenibbli; |
(j) |
ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f’settur speċifiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet ikunu trattati b’mod ugwali jekk jikkontribwixxu b’mod ugwali għall-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq; u |
(k) |
ikunu faċli biex jintużaw u jitfasslu b’mod li jiffaċilita l-verifika tal-konformità magħhom. Fejn l-attività ekonomika tkun tappartjeni għal xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-punt (h), il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għandhom jindikaw dak il-fatt b’mod ċar. |
2. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mat-transizzjoni lejn enerġija nadifa konsistenti ma’ perkors biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, b’mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
3. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw fjuwils fossili solidi ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
4. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mal-qlib għall-mobbiltà nadifa jew newtrali għall-klima, inkluż permezz ta’ bidla modali, miżuri ta’ effiċjenza u fjuwils alternattivi, sa fejn dawk jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b’mod regolari l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn ikun adatt, temenda l-atti delegati adottati taħt dan ir-Regolament f’konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
F’dak il-kuntest, qabel ma temenda jew tissostitwixxi att delegat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kriterji b’kont meħud tal-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-impatt tagħhom fuq is-swieq kapitali, inkluż fuq il-kanalizzazzjoni tal-investiment lejn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ekonomiċi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) jibqgħu fuq perkors kredibbli ta’ transizzjoni konsistenti ma’ ekonomija newtrali għall-klima, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal dawk l-attivitajiet mill-inqas kull tliet snin u, fejn ikun adatt, temenda l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 10(3) f’konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
Artikolu 20
Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli (il-“Pjattaforma”). Din għandha tkun komposta b’mod bilanċjat mill-gruppi li ġejjin:
(a) |
rappreżentanti ta’:
|
(b) |
esperti li jirrappreżentaw partijiet privati kkonċernati rilevanti, inklużi parteċipanti fis-swieq finanzjarji u mhux finanzjarji u setturi tan-negozju, li jirrappreżentaw l-industriji rilevanti, u persuni b’kompetenza kontabilistika u ta’ rapportar; |
(c) |
esperti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inklużi dawk b’għarfien espert fil-qasam ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tax-xogħol u ta’ governanza; |
(d) |
esperti maħtura f’kapaċità personali, li jkollhom għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament; |
(e) |
esperti li jirrappreżentaw lill-akkademja, inklużi universitajiet, istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet xjentifiċi oħra, inklużi persuni b’għarfien espert globali. |
2. Il-Pjattaforma għandha:
(a) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fl-Artikolu 19, kif ukoll dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu aġġornati dawk il-kriterji; |
(b) |
tanalizza l-impatt tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom; |
(c) |
tassisti lill-Kummissjoni fl-analiżi tat-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attività ekonomika partikolari; |
(d) |
tagħti parir lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, dwar ir-rwol possibbli ta’ standards ta’ kontabbiltà u ta’ rappurtar, fir-rigward tas-sostenibbiltà, b’appoġġ għall-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar; |
(e) |
timmonitorja u regolarment tirrapporta lill-Kummissjoni dwar xejriet fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri rigward il-flussi ta’ kapital fl-investiment sostenibbli; |
(f) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu żviluppati aktar miżuri biex jitjiebu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data; |
(g) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-użabbiltà tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkunu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; |
(h) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat dan ir-Regolament; |
(i) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ta’ politiki ta’ finanzi sostenibbli, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ koerenza ta’ politika; |
(j) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-indirizzar ta’ objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, inklużi objettivi soċjali; |
(k) |
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-ħtieġa possibbli li jiġu supplimentati r-rekwiżiti tagħhom. |
3. Il-Pjattaforma għandha tieħu kont tal-fehmiet ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati.
4. Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta mill-Kummissjoni u kostitwita f’konformità mar-regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni. F’dak il-kuntest il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti b’għarfien espert speċifiku fuq bażi ad hoc.
5. Il-Pjattaforma għandha twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Pjattaforma u dokumenti rilevanti oħra fis-sit web tal-Kummissjoni.
6. Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li attività ekonomika li ma tikkonformax mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament, jew li għaliha għadhom ma ġewx stabbiliti tali kriterji tekniċi ta’ skrinjar, għandha tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli, huma jistgħu jinfurmaw lill-Pjattaforma dwarha.
Artikolu 21
Awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/2088 jimmonitorjaw il-konformità tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi meħtieġa kollha għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u għandhom jipprovdu lil xulxin, mingħajr dewmien bla bżonn, dik l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tat-twettiq ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Miżuri u penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri u penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 5, 6 u 7. Il-miżuri u l-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 23
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(4), 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat mit-12 ta’ Lulju 2020.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 8(4), 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-għarfien espert kollu meħtieġ, qabel l-adozzjoni u matul l-iżvilupp ta’ atti delegati, inkluż permezz tal-konsultazzjoni mal-esperti tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 24. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat taħt l-Artikoli 8(4), 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien erba’ xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 24
Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli
1. Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli (il-“Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri”) għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar u l-approċċ meħud mill-Pjattaforma fir-rigward tal-iżvilupp ta’ dawk il-kriterji f’konformità mal-Artikolu 19.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri permezz ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri biex tiffaċilita, b’mod f’waqtu, skambju ta’ fehmiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-output ewlieni tal-Pjattaforma, bħal kriterji tekniċi ġodda ta’ skrinjar jew aġġornamenti materjali tagħhom, jew abbozzi ta’ rapporti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2088
Ir-Regolament (UE) 2019/2088 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Il-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’ 1. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (kollettivament, l-“ESAs”, European Supervisory Authorities) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’ msemmi fil-punt (17) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament b’mod konsistenti mal-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni fir-rigward tal-indikaturi ta’ sostenibbiltà relattivament għall-impatti negattivi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. 2. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. 3. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.”; |
(2) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
|
Artikolu 26
Rieżami
1. Sat-13 ta’ Lulju 2022, u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:
(a) |
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli; |
(b) |
il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti u komplementati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 biex attività ekonomika tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli; |
(c) |
l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli fil-liġi tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inklużi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
(d) |
l-effettività tal-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament fir-rigward tal-kanalizzazzjoni ta’ investimenti privati lejn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u b’mod partikolari fir-rigward ta’ flussi ta’ kapital, inklużi ishma, f’intrapriżi privati u entitajiet legali oħrajn, kemm permezz ta’ prodotti finanzjarji koperti minn dan ir-Regolament kif ukoll permezz ta’ prodotti finanzjarji oħra; |
(e) |
l-aċċess minn parteċipanti, fis-swieq finanzjarji, koperti minn dan ir-Regolament u minn investituri għal informazzjoni u data affidabbli, f’waqthom u verifikabbli fir-rigward ta’ impriżi privati u entitajiet legali oħra, inklużi kumpaniji destinatarji ġewwa u barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fiż-żewġ każijiet, fir-rigward ta’ ishma u kapital ta’ dejn, filwaqt li jitqiesu l-piż amministrattiv assoċjat kif ukoll il-proċeduri għall-verifika tad-data li tkun meħtieġa għad-determinazzjoni tal-livell ta’ allinjament mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar u biex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-proċeduri; |
(f) |
l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 22. |
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil hinn minn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru:
(a) |
attivitajiet ekonomiċi li ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq is-sostenibbiltà ambjentali u attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lis-sostenibbiltà ambjentali, kif ukoll reviżjoni tal-adegwatezza ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni relatati ma’ attivitajiet ta’ transizzjoni u ta’ faċilitazzjoni; u |
(b) |
objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, bħal objettivi soċjali. |
3. Sat-13 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività tal-proċeduri konsultattivi għall-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 u l-Artikolu 8(1), (2) u (3) għandhom japplikaw:
(a) |
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9, mill-1 ta’ Jannar 2022; u |
(b) |
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9, mill-1 ta’ Jannar 2023. |
3. L-Artikolu 4 ma għandux japplika għal skemi ta’ inċentivi tat-taxxa, ibbażati fuq iċ-ċertifikati, li jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jistipulaw rekwiżiti għal prodotti finanzjarji li jkollhom l-għan li jiffinanzjaw proġetti sostenibbli.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
N. BRNJAC
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 103.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Kunsill, fl-ewwel qari, tal-15 ta’ April 2020 (ĠU C 184, 3.6.2020, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-17 ta’ Ġunju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(4) Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(5) Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(6) Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(8) Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(9) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(10) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(11) Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37)
(12) Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(13) Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(14) Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(15) Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(16) Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(17) Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(18) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43).
(19) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(20) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(21) Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(22) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(23) Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
(24) Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1).
(25) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(26) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(27) Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(28) Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(29) Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(30) Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).
(31) Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
(32) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 89).
(33) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).
(34) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).
(35) Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).
(36) Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).
(37) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(38) Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).
(39) Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(40) Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).
(41) Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 59).
(42) Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(43) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(44) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).
(45) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(46) Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(47) Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(48) Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(49) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(50) Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).
(51) Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(52) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(53) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(54) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(55) Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(56) Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(57) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).
(58) Regolament (UE) Nru 538/>2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 113).
(59) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(60) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ŻĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(61) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(62) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(63) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(64) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(65) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(66) Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall- konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(67) Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).
(68) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r- rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(69) Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
(70) Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
DEĊIŻJONIJIET
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/44 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/853 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2020
li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq (3) (il-"Ftehim UE-Żvizzera"), it-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn żewġ punti li jinsabu fit-territorju tal-istess Parti Kontraenti minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, magħruf bħala kabotaġġ, mhuwiex awtorizzat. |
(2) |
Skont l-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera, id-drittijiet ta' kabotaġġ eżistenti skont il-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera li kienu fis-seħħ meta ġie konkluż il-Ftehim UE-Żvizzera, jiġifieri fil-21 ta' Ġunju 1999, jistgħu jibqgħu jiġu eżerċitati dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni. Il-ftehim bilaterali dwar it-trasport bit-triq bejn l-Iżvizzera u l-Ġermanja tas-17 ta' Diċembru 1953 (4) (il-"Ftehim Żvizzera-Ġermanja") ma jawtorizzax operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, id-dritt li jitwettqu tali operazzjonijiet mhuwiex fost id-drittijiet koperti mill-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera u elenkati fl-Anness 8 tiegħu. |
(3) |
Impenji internazzjonali li jippermettu lit-trasportaturi stabbiliti fl-Iżvizzera jwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fi ħdan l-Unjoni jistgħu jaffettwaw l-Artikolu 20 tal-Ftehim UE-Żvizzera, peress li dak l-Artikolu ma jawtorizzax tali operazzjonijiet. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jippermetti li jitwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fi ħdan l-Unjoni esklużivament minn trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja, taħt ċerti kundizzjonijiet. Impenji internazzjonali li jippermettu lil trasportaturi minn pajjiżi terzi, li ma jkollhomx tali liċenzja, iwettqu operazzjonijiet ta' dak it-tip jistgħu jaffettwaw dak ir-Regolament. |
(5) |
Konsegwentement, tali impenji internazzjonali jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw, jew jidħlu għal, tali impenji biss jekk huma jingħataw is-setgħa mill-Unjoni biex jagħmlu dan f'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(6) |
L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ li jitwettqu fi ħdan l-Unjoni minn trasportaturi minn pajjiżi terzi li ma jkollhomx liċenzja Komunitarja kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa taħt l-Artikolu 2(1) TFUE mil-leġislatur tal-Unjoni f'konformità mal-proċedura leġislattiva msemmija fl-Artikolu 91 TFUE. |
(7) |
Permezz tal-ittra tal-11 ta' Mejju 2017, il-Ġermanja talbet li tingħata s-setgħa mill-Unjoni biex temenda l-Ftehim Żvizzera-Ġermanja bil-għan li tawtorizza operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja u l-Iżvizzera. |
(8) |
L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ jippermettu li l-fattur tat-tagħbija tal-vetturi jikber, li jżid l-effiċjenza ekonomika tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank. Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati tali operazzjonijiet waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera fir-reġjuni tal-fruntiera taż-żewġ pajjiżi. Dan jista' jsaħħaħ b'mod ulterjuri l-integrazzjoni mill-qrib ta' dawk ir-reġjuni tal-fruntiera. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ ikkonċernati ma jbiddlux eċċessivament il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ tkun bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni u li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(10) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ ikunu awtorizzati biss fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li r-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja jiġu ddefiniti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni b'mod li jqis kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, filwaqt li jippermetti li l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ikkonċernati tiżdied, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja b'dan tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera tas-17 ta' Diċembru 1953 (il-"Ftehim Żvizzera-Ġermanja") bil-ħsieb li tawtorizza operazzjonijiet ta' kabotaġġ fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja u tal-Iżvizzera waqt l-għoti ta' servizzi ta' trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi, dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.
Id-distretti amministrattivi ta' Freiburg u Tübingen f'Baden-Württemberg u d-distrett amministrattiv ta' Swabia fil-Bavarja għandhom jitqiesu li huma reġjuni tal-fruntiera tal-Ġermanja skont it-tifsira tal-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
Il-Ġermanja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-emendar tal-Ftehim Żvizzera-Ġermanja skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bit-test ta' dik l-emenda.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
N. BRNJAC
(1) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 118.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2020.
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.
(4) Kompilazzjoni Sistematika ta' Leġislazzjoni Federali Żvizzera Nru 0.741.619.136.
(5) Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/47 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/854 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2020
li l-Italja tingħata s-setgħa li tinnegozja u tikkonkludi ftehim mal-Iżvizzera li jawtorizza l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ matul il-forniment ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta’ Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq (3) (il-"Ftehim UE-Żvizzera"), it-trasport ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn żewġ punti li jinsabu fit-territorju tal-istess Parti Kontraenti minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, magħruf bħala kabotaġġ, mhuwiex awtorizzat. |
(2) |
Skont l-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera, id-drittijiet eżistenti ta’ kabotaġġ skont il-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera li kienu fis-seħħ meta ġie konkluż il-Ftehim UE-Żvizzera, jiġifieri fil-21 ta’ Ġunju 1999, jistgħu jibqgħu jiġu eżerċitati dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni. L-Italja m’għandha l-ebda ftehim bilaterali mal-Iżvizzera li jawtorizza operazzjonijiet ta’ kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, id-dritt li jitwettqu tali operazzjonijiet mhuwiex fost id-drittijiet koperti mill-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera u elenkati fl-Anness 8 tiegħu. |
(3) |
Impenji internazzjonali li jippermettu lit-trasportaturi stabbiliti fl-Iżvizzera jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fi ħdan l-Unjoni jistgħu jaffettwaw l-Artikolu 20 tal-Ftehim UE-Żvizzera, peress li dak l-Artikolu ma jawtorizzax tali operazzjonijiet. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jippermetti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fi ħdan l-Unjoni esklużivament minn trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja, taħt ċerti kondizzjonijiet. Impenji internazzjonali li jippermettu li trasportaturi minn pajjiżi terzi, li ma jkollhomx tali liċenzja, iwettqu operazzjonijiet ta’ dak it-tip jistgħu jaffettwaw dak ir-Regolament. |
(5) |
Konsegwentement, tali impenji internazzjonali jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw, jew jidħlu għal, tali impenji biss jekk huma jingħataw is-setgħa mill-Unjoni biex jagħmlu dan f’konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(6) |
L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jitwettqu fi ħdan l-Unjoni minn trasportaturi minn pajjiżi terzi li ma jkollhomx liċenzja Komunitarja kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi bil-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa taħt l-Artikolu 2(1) TFUE mil-leġislatur tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura leġislattiva msemmija fl-Artikolu 91 TFUE. |
(7) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Frar 2018, l-Italja talbet li tingħata s-setgħa mill-Unjoni biex tikkonkludi ftehim mal-Iżvizzera li jawtorizza operazzjonijiet ta’ kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Italja u l-Iżvizzera. |
(8) |
L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jippermettu li l-fattur tat-tagħbija tal-vetturi jikber, li jżid l-effiċjenza ekonomika tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank. Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati tali operazzjonijiet waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Italja u l-Iżvizzera fir-reġjuni tal-fruntiera taż-żewġ pajjiżi. Dan jista’ jsaħħaħ b’mod ulterjuri l-integrazzjoni mill-qrib ta’ dawk ir-reġjuni tal-fruntiera. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ikkonċernati ma jbiddlux eċċessivament il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tkun bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn trasportaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni u li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(10) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ikunu awtorizzati biss fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Italja waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Italja u l-Iżvizzera. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li r-reġjuni tal-fruntiera tal-Italja jiġu definiti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni b’mod li jqis kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, filwaqt li jippermetti li l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ikkonċernati tiżdied, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Italja b’dan tingħata s-setgħa li tinnegozja u tikkonkludi ftehim mal-Iżvizzera li jawtorizza operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Italja u l-Iżvizzera waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi, dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.
Ir-reġjuni ta’ Piemonte u Lombardia u r-reġjuni awtonomi ta’ Valle d’Aosta u Trentino-Alto Adige għandhom jitqiesu li huma reġjuni tal-fruntiera tal-Italja skont it-tifsira tal-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bit-test ta’ dak il-ftehim.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
N. BRNJAC
(1) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 118.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2020.
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).