Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi
Tista’ tagħmel awtovalutazzjoni dwar kemm taf titkellem, tifhem u taqra b’lingwi differenti. Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi joffri sett ta’ deskrizzjonijiet biex jgħinuk tifhem il-ħiliet lingwistiċi tiegħek.
FEHIM
Kapaċi nifhem kliem familjari u xi frażijiet bażiċi fuqi nnifsi,fuq ilfamilja tiegħi u fuq lambjent ta’ madwari meta n-nies jitkellmu bil-mod u ċar.
Kapaċi nifhem frażijiet u li jintużaw ta’ spiss u li huma relatati ma esperjenzi personali li jolqtu fil qrib il-familja (eż informazzjoni bażika ħafna dwari, ix-xiri, lambjent ta’ madwari u limpjiegi). Kapaċi nifhem il-punt prinċipali f’messaġġi u avviżi qosra, ċari u sempliċi.
Kapaċi nifhem il-punti ewlenin ta’ taħdit ċar dwar temi familjari li niltaqgħu magħhom regolarment fix-xogħol, fliskola, waqt il-ħin liberu eċċ. Kapaċi nifhem ilpunt ewlieni ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ir-radju u tteleviżjoni jew temi ta’ interess personali u professjonali meta ddiskors isir bil-mod u ċar.
Kapaċi nifhem taħdidiet u ‘lectures’ twal u nifhem ukoll argumenti kumplessi sakemm ittema tkun waħda familjari. Kapaċi nifhem il-biċċa l-kbira ta’ laħbarijiet u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq itteleviżjoni. Kapaċi nifhem il-biċċa l-kbira ta’ films bil-lingwa ‘standard’.
Kapaċi nifhem taħditiet twal anke meta l-istruttura tassentenza ma tkunx ċara u meta rrelazzjonijiet ikunu biss implikati u ma jkunux spjegati b’mod ċar. Kapaċi nifhem programmi tatteleviżjoni u films mingħajr sforz żejjed.
Ma nsib l-ebda diffikultà biex nifhem kull lingwa mitkellma sew jekk tkun diretta jew imxandra, anke jekk mitkellma bħala lingwa nattiva b’mod mgħaġġel sakemm ikolli ftit taż-żmien biex nidra l-aċċent.
Kapaċi nifhem ismijiet u kliem familjari u sentenzi sempliċi ħafna bħal f’avviżi, f’kartelluni jew f’katalgi.
Kapaċi naqra testi qosra ħafna u sempliċi. Kapaċi nsib informazzjoni speċifika u li tista’ tobsorha f’publikazzjonijiet sempliċi u ta’ kuljum bħal f’reklami, prospetti, menus, u timetables u nista’ nifhem ittri qosra, sempliċi u personali.
Kapaċi nifhem testi li jikkonsistu prinċipalment f’lingwaġġ użat ta’ spiss u ta’ kuljum jew li għandu x’jaqsam ma’ xogħol. Kapaċi nifhem iddeskrizzjoni ta’ avvenimenti, ħsus u xewqat f’ittri personali.
Kapaċi naqra artikli u rapporti li għandhom x’jaqsmu ma’ problemi attwali li fihom il-kittieba jaddottaw attitudnijiet jew opinjonijiet partikulari. Kapaċi nifhem proża letterarja kontemporanja.
Kapaċi nifhem testi twal, kumplessi, fattwali u letterarji u napprezza d-diversità fl-istil. Kapaċi nifhem artikli speċjalizzati u struzzjonijiet tekniċi twal anke meta dawn m’għandhomx x’jaqsmu mal-linja tiegħi.
Kapaċi naqra faċilment kull forma tal-lingwa mitkellma nkluż testi astratti u kumplessi flistruttura u fil-lingwa bħal f’'manwali, artikli speċjalizzati u xogħlijiet letterarji.
TAĦDIT
Kapaċi nikkomunika b’mod sempliċi sakemm il-persuna loħra hija lesta li tirrepeti jew tbiddel ilkliem u titkellem b’mod inqas mgħaġġel u tgħinni ngħid dak li nkun qiegħed nipprova ngħid. Kapaċi nistaqsi u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi fir-rigward ta’ bżonnijiet immedjati jew suġġetti familjari ħafna.
Kapaċi nikkomunika b’xogħlijiet sempliċi u ta’ rutina li jesiġu bdil ta’ nformazzjoni sempliċi u diretta dwar suġġetti u attivitajiet familjari. Kapaċi nagħmel diskors qasir ħafna u soċjali iżda normalment ma nifhimx biżżejjed biex inżomm konverżazzjoni.
Kapaċi niffaċċja ħafna sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu waqt vjaġġ f’post fejn il-lingwa talpost hi mitkellma u nidħol mhux ippreparat f’konverżazzjoni fuq temi familjari ta’ interess personali jew pertinenti fil-ħajja ta’ kuljum. (eż. familja, passatempi, xogħol, vjaġġar u ġrajjiet kurrenti).
Kapaċi nikkomunika b’mod spontanju li tgħinni nikkomunika man-nies tal-lokal. Kapaċi nieħu parti attiva f’diskussjoni f’kuntest familjari u nsostni u nispjega l-opinjoni tieghi.
Kapaċi nesprimi ruħi b’mod mexxej u spontanju mingħajr ħafna tlaqliq biex insib il-kelma. Kapaċi nuża l-lingwa b’mod flessibli u effettiv għal skopijiet soċjali u professjonali. Kapaċi nifformula ideat u opinjonijiet bi preċiżjoni u norbot b’sengħa l-kontribut tiegħi ma’ dawk ta’ kelliema oħra.
Kapaċi nipparteċipa bla edba sforz żejjed f’kull konverżazzjoni jew diskussjoni u jkolli ħakma tajba ta’ l-espressjonijiet idjomatiċi u tallingwa mitkellma. Kapaċi nesprimi ruħi b’mod mexxej u nagħti tifsiriet preċiżi ħafna billi nirristruturha b’mod li ħadd ma jinduna. Jekk insib xi problema naf insib tarfha.
Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi sempliċi biex niddeskrivi fejn noqgħod u n-nies li naf.
Kapaċi nuża serje ta’ frażijiet u sentenzi biex niddeskrivi b’mod sempliċi, il-familja u nies oħra, ilkundizzjonijiet ta’ għijxien, l-edukazzjoni tiegħi u l-impjieg preżenti u l-aktar reċenti.
Kapaċi ngħaqqad frażijiet b’mod sempliċi biex niddeskrivi esperjenzi u avvenimenti, il-ħolm tiegħi, ix-xewqat u lambizzjonijiet tiegħi. Kapaċi nagħti raġunijiet u spjegazzjonijiet fil-qosor u nispjega opinjonijiet u pjanijiet. Naf ngħid storja jew nitkellem dwar innisġa ta’ ktieb jew ta’ film u niddeskrivi rreazzjonijiet tiegħi.
Kapaċi niddeskrivi b’mod ċar u dettaljat firxa wiesgħa ta’ suġġetti relatati ma oqsma li jinteressawni. Kapaċi nispjega lopinjoni tiegħi dwar ilvantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ argumenti varji.
Kapaċi nagħti deskrizzjonijiet ċari u dettaljati ta’ suġġetti kumplessi u ninkorpora temi sekondarji niżviluppa partikolari u nagħlaq b’mod adattat.
Kapaċi noffri deskrizzjoni jew argument b’mod ċar u mexxej fl-istil xieraq għall-kuntest u bi struttura effettiva u loġika li tgħin lis-semmiegħ biex jagħraf u jiftakar il-punti laktar importanti.
KITBA
I can write a short, simple postcard, for example sending holiday greetings. I can fill in forms with Kapaċi nikteb kartolina fil-qosor u b’mod sempliċi biex nibgħat tislijiet meta nkun bi btala. Nista’ nimla formoli b’dettalji personali bħal ismi, innazzjonalità u l-indirizz fuq formola ta’ reġistrazzjoni f’lukanda.
Kapaċi nikteb noti u messaġġi qosra u sempliċi. Kapaċi nikteb ittra sempliċi u personali biex nirringrazzja lil xi ħadd għal xi ħaġa.
Kapaċi nikteb test sempliċi u stilistikament konness dwar interessi familjari u personali. Kapaċi nikteb ittri personali li jiddeskrivu esperjenzi u impressjonijiet.
Kapaċi nikteb b’mod dettaljat u ċar fuq suġġetti relatati ma’ linteressi tiegħi. Kapaċi nikteb esej jew rapport fejn nagħti informazzjoni u raġunijiet biex insaħħaħ jew nikkontradixxi opinjoni partikulari. Kapaċi nikteb ittri u nagħmel enfasi fuq limportanza personali ta’ avvenimenti u esperjenzi.
Kapaċi nesprimi ruħi b’testi ċari u strutturati u li jesprimu opinjonijiet fit-tul. Kapaċi nikteb dwar suġġetti kumplessi f’ittra, esej jew f’rapport u nagħmel enfasi dwar x’inqis li jkunu l-punti ewlenin. Kapaċi nagħżel stil tajjeb għall-qarrej konċernat.
Kapaċi nikteb test ċar u mexxej bi stil adattat. Kapaċi nikteb ittri kumplessi, rapporti jew artikli li jippreżentaw każ, bi struttura effettiva u loġika li tgħin lillqarrej jinnota u jiftakar l-punti mportanti. Kapaċi nikteb taqsiriet u xogħlijiet professjonali jew letterarji.