Europass Mobility

X’inhu

Dokument li jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor. Eżempji:

  • xogħol f'xi kumpanija;
  • term akkademiku bħala parti minn programm ta' skambju;
  • xogħol volontarju f'organizzazzjoni mhux tal-gvern.

Għal min hu

Kwalunkwe persuna li tivvjaġġa f’pajjiż Ewropew sabiex titgħallem jew tikseb esperjenza tax-xogħol, tkun xi tkun l-età jew il-livell ta’ edukazzjoni tagħha.

Min qed jimlih

Żewġ organizzazzjonijiet imsieħba involuti fil-proġett ta’ mobbiltà, l-ewwel waħda fil-pajjiż ta’ oriġni u t-tieni fil-pajjiż ospitu.

L-imsieħba jistgħu jkunu universitajiet, skejjel, ċentri ta’ taħriġ, kumpaniji, NGOs, eċċ.

Min fejn tista' tikseb informazzjoni

Jekk jogħġbok għamel kuntatt ma' l-organizzazzjoni li qed tibgħatek barra u staqsiha biex tikkomunika maċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass tagħha.

Ara l-Gwida għall-Utent dwar il-Europass Mobility.