Fittex u agħmel offerta għal kuntratt pubbliku

Il- proċedura biex tressaq offerta pubblika tvarja skont it-tip ta' kuntratt u l-valur tal-kuntratt. Il-mod standard għall-għoti ta' kuntratti huwa permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi. Fis-sejħiet għal offerti kompetittiv hemm tipi differenti ta' proċeduri ta' akkwist .

Fittex offerta pubblika

Il-valur tal-kuntratt, u għal offerti anqas minn ċerti limiti (offerti ta' valur aktar baxx), il-post fejn ix-xerrej hu lokat jiddetta fejn l-offerta tiġi ppubblikata.

Offerti koperti mir-regoli tal-UE

Għal sejħiet ta' offerti ta' valur ogħla, l-awtoritajiet pubbliċi huma obbligati li jippubblikaw avviżi fuq il-portal tat- Tenders Electronic Daily (TED). Tiġi ppubblikata informazzjoni bażika fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE iżda l- avviżi sħaħ ta' akkwist hemm bżonn li jiġu ppubblikati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Offerti li mhumiex koperti bir-regoli tal-UE

Għal sejħiet ta' offerti ta' valur aktar baxx, l-awtorità pubblika li tniedi l-offerta normalment tippubblikaha biss fuq il-portali nazzjonali tal-akkwist pubbliku tagħha. Jekk int interessat li tieħu sehem f'dawn l-offerti trid timmonitorja l-portals tal-pajjiżi li jinteressawk. Tista' wkoll tirreġistra għal twissijiet, meta dawn ikunu disponibbli.

Sejħiet għal offerti minn istituzzjonijiet tal-UE

Is-sejħiet għall-offerti ta' valur medju u ta' valur għoli mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u korpi oħra huma ppubblikati fuq il-portal tat- Tenders Electronic Daily(TED) L-avviżi kollha mill-istituzzjonijiet tal-UE huma ppubblikati b'mod sħiħ fil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Il-portal tat-Tenders Electronic Daily (TED)

Il-portal tat-Tenders Electronic Daily (TED) huwa verżjoni online tas-Suppliment ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fejn jiġu ppubblikati s-sejħiet għall-offerti Ewropej kollha ta' valur għoli. Int tista' tibbrawżja, tfittex u tagħżel l-avviż ta' akkwist skont is-suġġett, il-pajjiż, ix-xerrej u aktar, u jekk tirreġistra fuq il-portal int tista' tissejvja it-tiftixiet personalizzati tiegħek u tissettja t-tiwssijiet tal-emails.

Awtoritajiet tal-kuntratti u entitajiet li jippubblikaw fit-TED għandhom jużaw il-klassifikazzjoni tal- Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV). In-numru ta' klassifikazzjoni użat jista' jagħmilha aktar faċli għalik biex issib l-avviżi li tista' tkun interessat fihom.

Is-sottomissjoni tal-offerti

Meta tressaq offerta pubblika ppubblikata fuq it-TED, f'ħafna mill-każijiet, trid tissottometti l-offerta tiegħek b'mod elettroniku.

Matul il-proċedura ta' akkwist, ix-xerrejja jistgħu jitolbuk ċerta dokumentazzjoni relatata mal-istatus jew l-esperjenza tiegħek. Tista' tuża l-portal ta' informazzjoni e-Certis en biex jgħinek tidentifika ċ-ċertifikati mitluba mill-awtoritajiet li qed jixtru minn Stat Membru ieħor. Il-funzjonijiet fuq il-pjattaforma e-Certis huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE, iżda eżempji ta' dokumenti huma disponibbli biss fil-lingwi oriġinali ta' użu.

Dokumenti ta' prova dwar is-sitwazzjoni professjonali tiegħek

Meta tissottometti offerta għal offerta li hi ppubblikata fit-TED, int trid tiddikjara li n-negozju tiegħek għandu l-kapaċità professjonali u finanzjarja li tippermettilu jimplimenta l-kuntratt li għalih qed tagħmel l-offerta, billi timla l-formola diġitali magħrufa bħala d- Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ESPD) Iftaħ bħala link estern .

M'għandekx bżonn li tipprovdi kwalunkwe dokumenti dwar is-sitwazzjoni professjonali tiegħek fl-istadju tas-sottomissjoni tal-offerta tiegħek, iżda kun af li se jkollok tipprovdi dawn id-dokumenti bħala prova jekk tirbaħ din is-sejħa għall-offerti.

Riżorsi komuni

Jekk il-kumpanija tiegħek m'għandhiex il-kapaċità mitluba biex tagħmel offerta għas-sejħa għall-offerti, għandek l-għażla li tissottometti offerta billi tiġbor flimkien ir-riżorsi tiegħek ma' sħabek fin-negozju.

Żbalji meta jiġu ppreżentati l-offerti

Meta tkun qed tħejji offerta għandek tiżgura li tkun issodisfajt ir-rekwiżiti kollha kif iddikjarat fid-dokumenti tal-offerta minħabba li l-iżbalji jew l-ommissjonijiet meta tkun qed tissottometti l-offerta tiegħek jistgħu jwasslu għal rifjut. Ma hemm l-ebda konċessjoni jekk tapplika wara l-iskadenza.

Skadenzi għas-sottomissjoni tal-offerti

Il-limitu ta' żmien stabbilit mix-xerrejja għandu jkun biżżejjed biex jagħtik żmien raġonevoli biex tħejji offerti; il-limitu ta' żmien minimu jista' jvarja skont it-tip ta' proċedura ta' akkwist.

Proċedura miftuħa

Għandek 30 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt biex tissottometti offerta jekk avviż ta' informazzjoni minn qabel ma ġiex ippubblikat. Jekk avviż ta' informazzjoni minn qabel ġie ppubblikat, il-limitu ta' żmien għandu jkun mill-anqas 15-il jum.

Proċedura ristretta

Inti għandek mill-anqas 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt biex tibgħat talba biex tipparteċipa.

Imbagħad, il-kandidati magħżulin għandhom mill-anqas 25 jum biex jissottomettu l-offerti tagħhom, mid-data meta l-istedina biex tissottometti l-offerta tkun intbagħtet jekk avviż ta' informazzjoni minn qabel ma jkunx ġie ppubblikat. Jekk avviż ta' informazzjoni minn qabel ġie ppubblikat, il-limitu ta' żmien għandu jkun mill-anqas 10-il jum.avviż ta' tagħrif minn qabel

Proċedura nnegozjata kompetittiva

Inti għandek mill-anqas 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt biex tibgħat talba biex tipparteċipa. Imbagħad, il-kandidati magħżulin għandhom mill-anqas 30 jum biex jissottomettu l-offerti tagħhom.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 14/10/2024
Ikkondividi din il-paġna