Mistoqsijiet frekwenti - Appoġġ finanazjarju għat-traineeships
Jien residenta fi Franza u ninsab bla xogħol. Interessata f'taħriġ vokazzjonali fil-Belġju, iżda l-awtoritajiet Franċiżi qaluli li nitlef il-benefiċċji tal-qgħad tiegħi peress li t-taħriġ iseħħ barra Franza. Dan legali?
JISTA' JKUN. Sakemm inti residenta fi Franza u tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-impjieg, inti tibqa' intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad. Jekk tiddeċiedi li ssegwi taħriġ vokazzjonali f'pajjiż ieħor tal-UE, b'ċerti kondizzjonijiet għandek mnejn tkun intitolata li tibqa' tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad għal perjodu limitat ta' żmien. L-awtoritajiet ma jistgħux jirrifjutaw li jkomplu jħallsuk il-benefiċċji tal-qgħad għall-unika raġuni li t-taħriġ iseħħ f'pajjiż ieħor tal-UE. Madankollu, jistgħu jirrifjutaw jekk l-iskema ta' taħriġ ma tilħaq l-ebda kriterju speċifiku li jeżisti fil-liġi Franċiża.