Obbligi ta' manteniment - appoġġ għall-membri tal-familja

Ir-regoli dwar l-obbligi tal-manteniment ivarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor, u l-grad ta' appoġġ mhuwiex l-istess kullimkien. Madankollu, japplikaw ir-regoli tal-UE jekk teħtieġ tipprovdi jew tirċievi manteniment lil jew mingħand xi ħadd f'pajjiż ieħor tal-UE.

Fejn tista' tagħmel talba li tikkonċerna l-manteniment?

Tista' tagħmel talba li tikkonċerna l-manteniment prinċipalment mal-qrati:

  • fil-pajjiż fejn jgħix l-eks partner jew il-qarib tiegħek;
  • fil-pajjiż fejn tgħix il-persuna li tagħmel it-talba għall-manteniment;
  • fil-pajjiż responsabbli għall-każijiet li jinvolvu l-istat ċivili tiegħek (divorzju pereżempju) jew ir-responsabbiltà ta' ġenitur – jekk il-kwistjoni li tikkonċerna l-manteniment hi relatata ma' każijiet ta' din ix-xorta.

Jekk l-eks konjugi jew qarib jaqbel, u skont ċerti kundizzjonijiet, tistgħu tagħżlu flimkien liema qorti għandha teżamina l-każ tagħkom. Però dan ma japplikax jekk it-tilwima tikkonċerna obbligi ta' manteniment lejn tfal taħt it-18.

Liema liġijiet japplikaw għall-każ ta' manteniment tiegħi?

F'każijiet li jinvolvu żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE, il-liġi li tirregola l-manteniment mhix neċessarjament il-liġi tal-pajjiż fejn int tista' tagħmel it-talba tiegħek.

Skopri liema liġijiet japplikaw għall-każ ta' manteniment tiegħek Iftaħ bħala link estern , kif konflitt ta' liġijiet jista' jiġi solvut u x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi.

L-awtorità ċentrali responsabbli għall-manteniment fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix tista' tgħinek tintroduċi talba ta' manteniment f'pajjiż barrani: fittex l-awtorità ċentrali kkonċernata Iftaħ bħala link estern .

Infurzar tas-sentenzi ta' manteniment f'pajjiż barrani

Sentenza ta' manteniment mogħtija u ddikjarata infurzabbli f'pajjiż wieħed tal-UE, tkun infurzabbli f'pajjiż ieħor tal-UE.

Twissija

Eċċezzjoni - id-Danimarka

Għal deċiżjonijiet li jsiru fid-Danimarka, teżisti proċedura ssimplifikata biex tiddikjara s-sentenzi ta' manteniment infurzabbli.

L-awtorità ċentrali responsabbli għall-manteniment fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix tista' tgħinek tirkupra l-manteniment: fittex l-awtorità ċentrali kkonċernata Iftaħ bħala link estern .

Iċċekkja l-informazzjoni nazzjonali dwar il-miżuri ta' infurzar, il-proċedura simplifikata tal-UE dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet dwar il-manteniment u l-awtoritajiet li jittrattawhom, għall-pajjiż rilevanti għalik.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 10/12/2024
Ikkondividi din il-paġna