Mistoqsijiet frekwenti - Riċetti barra mill-pajjiż spejjeż u rimborżi
Se mmur vakanza l-Italja u għandi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC). Dan ifisser li mhux se jkolli nħallas fl-ispiżerija jekk nimrad u għandi bżonn nixtri mediċini fl-Italja?
LE - Bħala ċittadin tal-UE, jekk timrad b’mod mhux mistenni matul żjara temporanja barra
minn pajjiżek – kemm jekk tkun btala, vjaġġ ta’ negozju jew matul l-istudji tiegħek
– il-karta tal-EHIC tintitolak li tirċievi l-kura meħtieġa bl-istess kundizzjonijiet
bħall-persuni assigurati fil-pajjiż fejn tinsab. Dan ifisser li se tħallas l-istess
prezz fl-ispiżerija bħal xi ħadd li hu assigurat f’dak il-pajjiż. F’xi pajjiżi tal-UE,
dan jista’ jfisser li ma jkollok tħallas xejn, filwaqt li f’oħrajn jista’ jkollok
tħallas.
Jekk m’għandekx l-EHIC, ikollok tħallas l-ispiża sħiħa tal-prodott mogħti fl-ispiżerija. Imbagħad għandek titlob il-flus lura mingħand l-assiguratur tiegħek meta tmur lura f’pajjiżek.
Jekk m’għandekx l-EHIC, ikollok tħallas l-ispiża sħiħa tal-prodott mogħti fl-ispiżerija. Imbagħad għandek titlob il-flus lura mingħand l-assiguratur tiegħek meta tmur lura f’pajjiżek.
Meta kont fuq btala, kelli nħallas għall-mediċina transfruntiera tiegħi bir-riċetta tat-tabib fl-ispiżerija. Nista’ niġi rimborżat għal din l-ispiża meta nirritorna f’pajjiżi?
IVA – Jekk ikollok riċetta minn pajjiż ieħor tal-UE u tixtieq li tużaha barra minn pajjiżek
meta tkun qed tivvjaġġa, x’aktarx ikollok tħallas l-ispiża kollha tal-mediċina bir-riċetta
tat-tabib tiegħek fl-ispiżerija. Imbagħad għandek titlob il-flus lura mingħand l-assiguratur
tiegħek meta tmur lura f’pajjiżek. Int tiġi rimborżat jekk il-mediċina normalment
tiġi rimborżata mis-sistema nazzjonali tiegħek tal-assigurazzjoni tas-saħħa.
L-aħħar verifika: 04/11/2022