Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE wara 5 snin

Jien Spanjola u nixtieq napplika għal ċertifikat ta' residenza permanenti fl-Italja fejn ili ngħix għal dawn l-aħħar ħames snin. Mil-liema data eżattament se jingħadd il-perjodu ta' 5 snin? Iftaħ Agħlaq

Il-perjodu ta' 5 snin għandu jibda jgħodd mid-data meta tkun effettivament ħadt ir-residenza fl-Italja, mhux minn meta rċevejt l-ewwel ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

Jien Franċiż u nixtieq napplika għal ċertifikat ta' residenza permanenti fil-Ġermanja fejn ili ngħix għal dawn l-aħħar ħames snin. Madankollu, ta' spiss tlaqt mill-Ġermanja għal perjodi ta' 3 xhur, biex nara l-familja tiegħi fi Franza. Dan jaffettwa l-kontinwità tar-residenza tiegħi fil-Ġermanja? Iftaħ Agħlaq

LE - Il-kontinwità tar-residenza tiegħek fil-Ġermanja mhix affettwata minn assenzi temporanji li ma jaqbżux total ta' 6 xhur fis-sena.

Jien Spanjol u għext fl-Irlanda għal dawn l-aħħar ħames snin; applikajt għal dokument li jiċċertifika r-residenza permanenti tiegħi hemmhekk. L-awtoritajiet tal-Irlanda talbuni nagħti prova li kont qed naħdem, nistudja jew li kont qed infendi għal rasi b'mod indipendenti fl-Irlanda matul il-ħames snin. Dan legali skont ir-regoli Ewropej? Iftaħ Agħlaq

IVA - Biex ikollok id-dritt ta' residenza permanenti fl-Irlanda, trid tkun qed taħdem, tistudja jew tfendi għal rasek b'mod indipendenti fl-Irlanda, għal perjodu kontinwu ta' ħames snin.

Jien pensjonant Finlandiż fl-Italja u nissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għad-dritt ta' residenza. Għaliex ma ningħatax karta ta' residenza permanenti? Iftaħ Agħlaq

Li tgħix f'pajjiż għal aktar minn 3 xhur hu spiss deskritt bħala "resident permanenti" hemmhekk. Madankollu, dan ma jfissirx li int awtomatikament takkwista, skont ir-regoli tal-UE, id-dritt ta' residenza permanenti. Din tingħata wara li tgħix fl-Italja għal ħames snin.

Kemm idum validu ċ-ċertifikat ta' residenza permanenti, u meta għandi napplika għalih jew inġeddu? Iftaħ Agħlaq

Iċ-ċertifikat ta' residenza permanenti għandu jkun validu għal mhux inqas minn 10 snin. Għandek tapplika għalih jew iġġeddu, qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat preċedenti tiegħek. Tista' tingħata multa jekk ma tagħmilx dan, jekk ir-regoli nazzjonali jipprovdu hekk.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 08/11/2024
Ikkondividi din il-paġna