Mur għall-kontenut ewlieni

Il-euro internazzjonalment

L-euro barra ż-żona tal-euro

L-euro hu t-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja.

Il-proporzjon ta’ pagamenti internazzjonali magħmulin f’euro u dollari Amerikani hu bejn wieħed u ieħor indaqs u l-euro globalment hu t-tieni munita favorita għal self, tislif u riżervi tal-bank ċentrali.

Jintuża wkoll bħala munita uffiċjali jew de facto kif ukoll bħala munita “ankra” minn għadd ta’ reġjuni ġeografikament barra mill-Unjoni Ewropea:

  • Azores u Madeira (il-Portugall)
  • il-Gżejjer Kanarji (Spanja)
  • Ceuta u Melilla (Spanja)
  • il-Guyana Franċiża
  • il-gżejjer Franċiżi fil-Karibew
  • Majott u Réunion (Franza)
  • Saint Pierre u Miquelon (Franza)

Flimkien maż-żona tal-euro, l-euro hu wkoll il-munita ta’ xi pajjiżi li mhumiex fl-UE:

  • L-Andorra
  • Il-Kosovo*
    * Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244/99 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
  • Il-Montenegro
  • Monako
  • San Marino
  • Il-Belt tal-Vatikan

Is-sistema monetarja stabbli li tappoġġja l-euro tagħmilha munita “ankra” attraenti: diversi pajjiżi u territorji barra miż-żona tal-euro u l-UE rabtu l-muniti tagħhom mal-euro. F’xi każijiet, dan isir permezz ta’ ftehim bilaterali mal-pajjiżi taż-żona tal-euro, filwaqt li f’oħrajn hi deċiżjoni unilaterali tal-pajjiż ikkonċernat.