Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
- Direttur László Ignéczi
- Stabbilita: 2010
- Numru ta’ staff: 47
- Post: Riga (il-Latvja)
- Sit web: Uffiċċju tal-BEREC
X’jagħmel
L-Uffiċċju tal-BEREC huwa Aġenzija tal-UE li tappoġġja lill-BEREC fit-twettiq tal-missjoni tagħha biex tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Biex jinkiseb dan, l-Uffiċċju tal-BEREC jipprovdi l-appoġġ professjonali u amministrattiv kollu meħtieġ għall-ħidma tal-BEREC, inklużi s-servizzi finanzjarji, organizzattivi u tal-ICT, u jikkontribwixxi għall-ħidma regolatorja tal-BEREC għall-benefiċċju tan-nies fl-Ewropa.
Min jibbenefika
L-appoġġ tal-Uffiċċju tal-BEREC lill-BEREC huwa għall-benefiċċju kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji kollha tal-Unjoni Ewropea.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju BEREC)
- Isem
- Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju BEREC)
- Sit web
- https://berec.europa.eu/en
- berecberec [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +371 2957 8999+371 6000 7602
- Indirizz postali
Z.A. Meierovica Bulvaris 14 Riga ,
LV-1050
Latvia- Media soċjali