Mur għall-kontenut ewlieni

Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija

Promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

L-Unjoni Ewropea hi bbażata fuq impenn qawwi biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt kemm fi ħdanha stess kif ukoll madwar id-dinja. 

L-azzjoni u l-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jinqasmu fi tnejn:

Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa essenzjali f’soċjetajiet demokratiċi bbażati fuq l-istat tad-dritt. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tistabbilixxi d-drittijiet fundamentali li jorbtu lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. Tapplika wkoll għall-gvernijiet nazzjonali meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Il-politika tal-UE tinkludi li:

  • niddefendu d-drittijiet u libertajiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali, u kulturali
  • nippromwovu n-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, u l-orjentazzjoni sesswali
  • nagħtu l-mezzi liċ-ċittadini, lill-ħaddiema, lil min iħaddem, u lill-konsumaturi tal-UE biex ikunu f’qagħda li jaġixxu
  • nippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, il-minoranzi, it-tfal, u l-anzjani
  • nippromwovu l-libertà tal-espressjoni, tar-reliġjon jew tat-twemmin
  • nagħtu l-mezzi biex tkun tista’ tittieħed azzjoni favur is-soċjetà ċivili u d-demokrazija
  • niggarantixxu l-aċċess għall-ġustizzja u għal protezzjoni legali effettiva
  • nopponu l-piena tal-mewt, it-tortura, u t-traffikar tal-bnedmin
  • niddefendu d-drittijiet tal-bniedem billi naħdmu fi sħubija attiva mal-pajjiżi sħabna, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u gruppi u assoċjazzjonijiet fil-livelli kollha tas-soċjetà
  • indaħħlu klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha ta’ kummerċ jew kooperazzjoni li jsiru ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE