Mur għall-kontenut ewlieni
International Partnerships

Pajjiżi

L-UE tiddefinixxi l-oqsma ta’ politika u l-objettivi speċifiċi tagħha ma’ kull pajjiż u reġjun sieħeb permezz tal-proċess ta’ programmazzjoni. Il-pjanijiet indikattivi pluriennali (MIPs) jiddeskrivu l-bażi ġenerali tal-kooperazzjoni tal-UE fil-pajjiżi u r-reġjuni. Il-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jistabbilixxu l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni f’pajjiż. 

L-Afrika sub-Saħarjana

Fl-Afrika qed jitfaċċaw prospetti u sfidi ġodda li jirriżultaw minn bidliet ekonomiċi, politiċi, soċjali, teknoloġiċi, klimatiċi u ambjentali, kriżijiet tas-saħħa kif ukoll theddid għas-sigurtà li qed jevolvi. L-Unjoni Ewropea tappella għal sħubija strateġika mal-Afrika biex dawn l-isfidi emerġenti jiġu indirizzati flimkien u biex jiġu segwiti prijoritajiet u interessi komuni. 

Aktar dwar l-Afrika sub-Saħarjana

Il-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Paċifiku

Dan ir-reġjun hu estremament eteroġenju f’termini ta’ ġeografija umana u fiżika, ekonomija, progress soċjali u livell ta’ żvilupp u demokrazija, li jinkludi l-ispettru sħiħ bejn pajjiżi industrijalizzati ħafna u dawk l-anqas żviluppati. Madankollu, jeżistu prijoritajiet konverġenti ġenerali għall-impenn tal-UE u azzjonijiet konġunti, li joffru possibbiltajiet biex jiġi massimizzat l-impatt.

Aktar dwar l-Asja, il-Paċifiku u l-Lvant Nofsani

Il-Kontinent Amerikan u l-Karibew

Is-sħubija mal-Kontinent Amerikan u l-Karibew hi ċentrali għall-ambizzjoni tal-UE li tiżgura Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja. Din iż-żona diversa tinkludi erbgħa mis-sħab strateġiċi tal-UE (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Messiku u l-Brażil) u ħames membri tal-G20. L-assoċjazzjoni tal-UE ma’ dan il-grupp ta’ pajjiżi tal-istess fehma hi ta’ rilevanza ġeostrateġika - l-Ewropa u l-Kontinent Amerikan u l-Karibew jista’ jkollhom influwenza deċiżiva fit-tiswir tal-ordni dinji ta’ wara l-COVID.

Aktar dwar il-Kontinent Amerikan u l-Karibew

Il-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej

L-assoċjazzjoni bejn il-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej (PTEE) u l-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE u tistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-UE kollha kemm hi. Hi bbażata fuq objettivi, prinċipji u valuri li huma komuni għall-PTEE, għall-Istati Membri li jaqgħu taħtu u għall-Unjoni Ewropea.

Aktar informazzjoni dwar il-PTEE