It-tibdil fil-klima u s-superviżjoni bankarja
It-tibdil fil-klima huwa sors ta’ riskju finanzjarju
It-tibdil fil-klima jaffettwa s-sikurezza tas-settur bankarju tagħna permezz ta’ riskji fiżiċi, bħal avvenimenti estremi tat-temp, kif ukoll riskji ta’ tranżizzjoni, bħal inċertezzi relatati mal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.
Fir-rwol tagħna bħala superviżur tal-banek Ewropej, naħdmu biex niżguraw li l-banek jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiżvelaw ir-riskji kif suppost, inklużi dawk li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima. Dan jgħin lill-banek isiru aktar reżiljenti għax-xokkijiet klimatiċi u ta’ tranżizzjoni, li min-naħa tagħhom jikkontribwixxu għas-sikurezza u s-solidità tas-settur bankarju taż-żona tal-euro u tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi.
Riżultati tat-test tal-istress tar-riskju tal-klima tal-2022
Minkejja li sar xi progress, l-ewwel test tal-istress tar-riskju klimatiku li qatt sar wera li l-banek kienu għadhom lura f’diversi oqsma.
Stqarrija għall-istampaGwida dwar ir-riskji relatati mal-klima u mar-riskji ambjentali
Kif nistennew eżattament li l-banek jimmaniġġjaw u jiżvelaw ir-riskji finanzjarji klimatiċi u ambjentali? Aħna noffru spjegazzjoni dettaljata fil-gwida superviżorja tagħna.
Stqarrija għall-istampaQED TFITTEX L-AĦĦAR TAGĦRIF FUQ IT-TIBDIL FIL-KLIMA
SIBU HAWN TAĦT
Kif il-banek jimmaniġġjaw ir-riskju klimatiku u ambjentali
Il-banek għandhom jaġġustaw il-prattiki tagħhom u jħaffu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali. Sfortunatament, il-banek kollha taħt superviżjoni kienu ’l bogħod milli jilħqu l-aspettattivi tagħna sa Novembru 2021.
Stqarrija għall-istampaKif il-banek jiddivulgaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali
Jeħtieġ li l-banek itejbu l-prattiki tagħhom għad-divulgazzjoni tar-riskji klimatiċi u ambjentali. Ir-regolamenti għal dan it-tip ta’ divulgazzjoni se jsiru aktar stretti fil-futur, bil-parteċipanti tas-suq u l-pubbliku ġenerali jistennew dejjem aktar informazzjoni.
Stqarrija għall-istampaPrijoritajiet superviżorji għall-2024-26
Il-lista tagħna ta’ prijoritajiet superviżorji tidentifika r-riskji klimatiċi u ambjentali bħala vulnerabbiltà ewlenija għall-banek u tiddeskrivi kif se nindirizzaw din il-kwistjoni fir-rwol tagħna ta’ superviżur.
Prijoritajiet superviżorjiReviżjoni tematika dwar ir-riskji klimatiċi u ambjentali
Jeħtieġ li l-banek jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-kejl u l-ġestjoni tar-riskji klimatiċi u ambjentali. L-analiżi tematika tagħna tal-2022 turi l-impenn tagħna li nintegraw bis-sħiħ dawn ir-riskji fil-ħidma ta’ kuljum tat-timijiet superviżorji tagħna.
Stqarrija għall-istampaIt-tibdil fil-klima u l-BĊE
Bħala bank ċentrali u superviżur, it-tibdil fil-klima għandu influwenza sinifikanti fuq ir-responsabbiltajiet kollha tagħna. Huwa għalhekk li qed nieħdu azzjoni mill-aspetti kollha kollha biex nagħtu sehemna fl-indirizzar ta’ din l-isfida globali.
L-azzjonijiet l-oħra tal-BĊE dwar it-tibdil fil-klima