Prijoritajiet u riskji
Il-prijoritajiet superviżorji tagħna jistabbilixxu l-fokus tal-attivitajiet tagħna għat-tliet snin li ġejjin. Dawn jiġu riveduti kull sena biex jirriflettu l-bidliet fix-xenarju tar-riskju u l-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet tas-sena preċedenti, u jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun iġġustifikat mill-iżviluppi tar-riskju. Dawn jiggwidaw l-ippjanar operazzjonali tal-attivitajiet superviżorji fuq terminu medju u jiżguraw li r-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti.
Il-prijoritajiet huma bbażati fuq ir-riskji ewlenin li jiffaċċjaw il-banek taħt superviżjoni fl-ambjent makrofinanzjarju u ġeopolitiku attwali.
Prijoritajiet superviżorji 2025-2027X’inhuma l-prijoritajiet superviżorji?
Prijorità 1
Tisħiħ tal-kapaċità ta’ reżistenza għax-xokkijiet makrofinanzjarji u ġeopolitiċi
L-ambjent attwali huwa msawwar minn inċertezza persistenti madwar il-perspettiva makroekonomika u minn intensità dejjem akbar ta’ theddid ġeopolitiku. Jeħtieġ li niżguraw li l-banek ikunu jistgħu jindirizzaw l-impatt immedjat ta’ xokkijiet esterni fuq in-negozju, l-operazzjonijiet u l-profil tar-riskju tagħhom.
It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banek għax-xokkijietFokus speċjali
Ġestjoni tar-riskji ġeopolitiċi
Riskji ġeopolitiċi akbar jirrikjedu li l-banek jivvalutaw mill-ġdid l-istrateġiji u l-operazzjonijiet tagħhom biex jindirizzaw it-theddid li dejjem qiegħed jiżdied u għaldaqstant jadottaw kontrolli tar-riskju u pjanijiet ta’ mitigazzjoni robusti fil-kategoriji kollha tar-riskju.
Ġestjoni tar-riskji ġeopolitiċiPrijorità 2
Rimedju għan-nuqqasijiet materjali b’mod effettiv
Il-bidla progressiva fil-fokus mill-identifikazzjoni tar-riskju għar-rimedju tar-riskju hija karatteristika essenzjali tal-istrateġija superviżorja għall-MSU kollu. Il-banek b’nuqqasijiet materjali mhux solvuti se jintalbu jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-aspettattivi superviżorji.
Rimedju f’waqtu u effettiv għal nuqqasijiet materjaliPrijorità 3
It-tisħiħ tal-istrateġiji tad-diġitalizzazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi emerġenti
Il-banek jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom ta’ trasformazzjoni diġitali biex ilaħħqu maż-żieda fil-kompetizzjoni u jkollhom salvagwardji adegwati fis-seħħ biex jillimitaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw minn prattiki u minn teknoloġiji ġodda tan-negozju.
Strateġiji ta’ diġitalizzazzjoni u sfidi emerġentiKif nużaw il-prijoritajiet superviżorji u l-valutazzjoni tar-riskju?
Il-prijoritajiet tal-MSU jikkontribwixxu għall-ippjanar superviżorju speċifiku għall-banek, peress li t-timijiet superviżorji konġunti japplikaw qafas immirat ta’ tolleranza tar-riskju li jippromwovi superviżjoni effettiva u bbażata fuq ir-riskju. B’dan il-mod, il-prijoritajiet huma importanti wkoll għall-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni (SREP) tas-sena ta’ wara u jibbenefikaw mill-eżitu tal-eżerċizzju SREP tas-sena ta’ qabel.